Legislature:
Category:
Reset
Active:

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4970 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qawra — bini ta' blokk t'appartamenti tal-gvern

Question

Billi l-gvern bena blokk t'appartamenti preċiż ħdejn il-knisja tal-Qawra ddedikata lil Massimiljanu Kolbe, li iżda huwa diffiċli ħafna biex dawk li joqogħdu fil-flats indikati jaslu f'darhom, jista' l-Ministru jikkoordina ma' min hu responsabbli, l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Korporazzjoni Enemalta, biex isiru toroq u jitwaħħlu l-bozoz neċessarji fil-post?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4992 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji tal-Qgħad — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-qgħad matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar u skond il-lokalita'?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Malta Shipyards — xogħlijiet fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li fuqhom sar xogħol mill-Malta Shipyards matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid f'kull każ kemm dam ix-xogħol fuq kull vapur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4996 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju tal-invalidità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-invalidità matul is-sena 2008, xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5033 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Private Secretariat

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-private secretariat (li jinkludu private jew personal assistants, communications coordinators u segretarji/assistenti) tas-segretarji parlamentari li jaħdmu fl-OPM jiġifieri dak tat-turiżmu u dak tad-djalogu pubbliku u nformazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Mario Demarco huwa kompost hekk: Jesmond Schembri Head of Secretariat Genevieve Abela Private Secretary Reuben Sciberras Communications Co-Ordinator Lourdes Micallef Secretariat Officer Paul Spiteri Secretariat Officer Josephine Guillaumier Member of Secretariat Pool Anthony Demicoli Member of Secretariat Pool Michael Azzopardi Secretariat Messenger Gauci Doris Secretariat Messenger Emanuel Attard Driver/Security Officer Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Chris Said huwa kompost hekk: Manuel Tabone Head of Secretariat Mark Mizzi Private Secretary Claire Micallef Pule Communications Co-Ordinator Alexia Maria Sultana Secretariat Officer Amanda Jones Secretariat Officer Mario Borg Member of Secretariat Pool Marlene Muscat Member of Secretariat Pool Tiziana Castillo Member of Secretariat Pool Doris Pace Secretariat Messenger Anthony Theuma Driver/Security Officer Andrew Muscat Driver/Security Officer

Fondazzjoni Arka

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 297 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali — Xogħol mingħajr approvazzjoni ta' l-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li wara li saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ Traffic Management Unit irriżulta li kien sar xogħol mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità Dwar it-Trasport? X’tip ta’ xogħol? X’passi se jittieħdu kontra dawn il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.

Taħriġ għall-instructors tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ għandhom l-instructors li jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozzi? Minn liema istituzzjoni hu rikonoxxut il-kors li għandhom huma u jekk dawn jingħatawx on going training? Kemm huwa twil f'numru ta' ġranet il-kors li jagħmlu biex jsiru instructors u xi kwalifiki għandhom bzonn sabiex jidħlu għal dan il-kors?

Response (GATT, AUSTIN)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-eżaminaturi , nirreferh għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3349.

Testijiet tal-karozza — Studenti li għaddew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu studenti bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 għat-test tal-karozza? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-ewwel? Kemm minnhom għaddew mat-tieni darba, tielet, raba', ħames, sitta u kemm minnhom m'għaddew qatt? Jista' jgħid jekk hemmx xi numru ta' drabi li tista' titla għat-test u jekk dan teċċedih mingħajr ma tkun għaddejt it-test, ma tkunx tista' tagħmlu iktar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-total ta' studenti li telgħu għat-Test tas-Sewqan bejn 01/01/2008 u 30/09/2008 kien ta' 8761. Kien hemm 1931 student li għaddew ma' l-ewwel darba Kien hemm 1199 student li għaddew mat-tieni darba Kien hemm 550 student li għaddew mat-tielet darba Kien hemm 226 student li għaddew mar-raba' darba Kien hemm 95 student li għaddew mal-ħames darba Kien hemm 50 student li għaddew mas-sitt darba Kien hemm 14-il student li għaddew mas-seba' darba Kien hemm 10 studenti li għaddew wara s-seba' darba. Sakemm applikazzjoni tibqa' valida (applikazzjoni hija valida għal sena) m'hemmx limitu ta' Testijiet tas-Sewqan li student jista' jpoġġi għalihom. Separate Cover:

Liċenzja tas-sewqan — test tat-teorija u l-prattika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan kull xahar bejn Jannar u Awwissu 2008? Kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu mit-teorija/prattika rispettivament f'dan l-istess perijodu kull xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Liċenzji — Vetturi kummerċjali u normali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw f'dawn l-aħħar sentejn għal-liċenzja tas-sewqan, kemm minnhom applikaw għal-liċenżja ta' vetturi kummerċjali u kemm għal-liċenzja ta' vetturi normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għas-sena 2007 u sat-28 t'Ottubru 2008 kien hemm 11,905 applikazzjoni għal liċenzja ta' sewqan ta' vettura "normali" u 881 applikazzjoni għal liċenzja ta' sewqan ta' vettura kummerċjali.

Bdil fir-rotot tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rotot tal-karozzi tal-linja li nbidlu fit-28 ta' Settembru 2008? F'liema lokalitajiet kienu dawn ir-rotot? Ma' min saru l-konsultazzjonijiet biex fil-fatt ir-rotta tinbidel u xi spejjeż kien hemm biex dan it-tibdil seta' jseħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-28 ta' Settembru 2008 ma nbidlet ebda rotta tal-karozzi tal-linja.

Smart city — Nefqa fuq bini ta' infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ser jintnefaq globalment għall-bini ta' infrastruttura xierqa f'affarijiet bħal dawl, ilma, drenaġġ eċċ biex tkun moqdija Smart City? Meta hemm il-ħsieb li jinħarġu s-sejħiet biex dan ix-xogħol jibda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali hija ta' madwar 9,200,000 ewros. Parti mis-sejħiet ta' xogħol diġa ħarġu waqt li oħrajn qed jiġu preparati.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - water culverts

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn l-Ministru għarraf li saru spezzjonijiet fuq il-water culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta u li t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet ippjanati, jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex jara li dan ix-xogħol isir għaliex il-periklu għal karozzi u min isuq rota jew mutur qed jiżdied?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 4409.

Awtorità dwar it-Trasport — arretrati ta' multi tal-wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex tapprova fil-prinċipju l-possibilità li xi ħadd li jkollu vetturi liċenzjati fuq ismu u li jkollu arretrati ta' multi tal-wardens jkun jista' jħallas id-dejn ratealment kull xahar u l-liċenzji tiġġeddidlu xorta waħda? Jaħseb li m'humiex sewwa li liċenzja ma tistax tiġġedded qabel ma jitħallsu l-multi kollha f'nifs wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.