Universita` ta' Malta — Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona ċ-Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta' Malta u kemm għandu budget allokat ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ċ-Ċentru dwar il-Familja fl-Universita’ ta’ Malta ġie approvat mill-Kunsill fil-25 ta’ Settembru 2008. Fil-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2008 ġew approvati iċ-Chairperson u l-membru akkademiku appuntat mill-Kunsill li ser iservi fuq dan il-Bord. Il-finanzi biex jitmexxa dan iċ-Ċentru għadhom ma ġewx allokati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4335 u jgħid għal liema raġuni l-impjegati tad-distribtution tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Għawdex m'għandhomx l-istess shift bhal impjegati sħabhom f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għadu kif ġie introdott shift pattern ġdid fis-sezzjoni tad-Distribuzzjoni tal-Ilma f’Malta u qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex jiġi applikat f'Għawdex fl-aqsar żmien possibli.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — Edukazzjoni sesswali fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma qed iwettaq id-Dipartiment tal-Edukazzjoni in konnessjoni mal-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel f'pajjiżna kif ukoll xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar din it-tip ta' edukazzjoni fost it-tfal u żgħażagħ tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-edukazzjoni sesswali hija materja mgħallma fis-suġġett tal-Iżvilulpp Personali u Soċjali (Personal and Social Development – PSD) kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell sekondarju.
Żewġ uffiċjali edukattivi tal-Iżvilupp Personali u Soċjali flimkiem ma xi għalliema mis-settur sekondarju qed iħejju pubblikazzjoni ta’ riżorsi dwar it-tema
L-Edukazzjoni Sesswali
biex jitqassam lill-għalliema kollha f’dan is-settur biex jiffaċilita’ iżjed din it-tema.
Tista' l-Ministru tghid x'xogħlijiet saru fiċ-ċentru ta' taħriġ għall-adulti fir-Rabat, Ghawdex f'din l-aħħar sena, xahar xahar separatament u tgħid x'għad fadal isir biex dan iċ-ċentru jibda jiffunzjona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi matul is-sena li għaddiet sar il-membrane tal-bejt, rampa fuq barra għall-aċċess għal persuni b’diżabilita’, xogħol ta’ tikħil, tqiegħed tal-madum, twaħħil ta’ l-aperturi ta’ barra u bibien ta’ ġewwa, inbeda it-tibjid u x-xoghol fuq l-għamara minn mastrudaxxa tal-Gvern, kif ukoll l-istallazzjoni tas-sistema ta’ l-arja kundizzjonata. It-tender ghall-installazzjoni tal-lift ġiet aġġudikata u din il-ġimgħa ser tiġi aġġudikata l-aħħar tender, dik tas-suffitti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex pajjiżna jibda jimporta kwantitajiet kbar ta' LNG - liquid natural gas? Jekk dan diġà beda, b'seħħ minn meta beda u jekk le, meta mistenni jsir dan? L-importazzjoni sejra ssir mingħand kumpannija waħda u li dan ser jsir b'tankers speċjali permezz tal-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ppublikat f’Mejju tal-2007 dokument (Request for Proposals) għal użu tan-Natural Gas biex jintuża fl-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Kull alternattiva possibli kienet miftuħa għal konsiderazzjoni inkluż pipeline, compressed natural gas (CNG) u LNG. Il-proposti li waslu kif ukoll possibilitajiet oħra għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Enemalta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?
Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni — Każijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet li għadhom pendenti quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni? Liema huma? Kemm ilhom pendenti? Kemm inqatgħu każi quddiem din il-kummissjoni fis-snin rispettivi 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 każijiet li qed jiġu nvestigati, tnejn minnhom infetħu fl-2008 u t-tnejn l-oħra infetħu fl-2006 u fl-2007 rispettivament. L-informazzjoni dwar liema huma dawn il-każijiet ma tistgħax tingħata billi l-Kummissjoni hi marbuta bis-segretezza skond l-Artikolu 15 (1) u (2) tal-Kap 326.
Infurmat ukoll illi fis-snin 2005 u 2006 ingħalqu 10 każijiet kull sena, fl-2007 ingħalqu 5 każijiet u fl-2008 ingħalqu 13 il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jieħu il-ground tal-football ta’ Xgħajra Tornado Football Club? X’mistenni jiġi żviluppat minfloku?
Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — persuni li jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Minn fejn huma dawk li jirreġistraw għax-xogħol f'dan l-uffiċċju (naturalment skond il-karta tal-identità)?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar huwa ta’ 335 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2008. Dawn il-persuni ġejjin mill-lokalitajiet tal-Mellieħa (48) u San Pawl il-Baħar (287).
San Pawl il-Baħar — Single mothers li jirċievu ċ-childrens' allowance
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'ommijiet li joqogħu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u li jirċievu ċ-childrens' allowance? Kemm minn dawn huma single mothers skond l-informazzjoni li għandu d-dipartiment?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar li qegħdin jirċievu ic-Children Allowance huwa ta’ 1027. Minn dawn 18 huma rġiel u 1009 huma nisa. Informat ukoll li 95 minn dawn huma Single Mothers.
Billi l-ġurnali rrapurtaw li 130,000 persuna fis-sena jkollhom xi forma ta' problema ta' saħħa mentali f'Malta, u dan ifisser li madwar 30% tal-poplu Malti jkollu xi forma ta' problema mentali kull sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali — Nies eliġibbli li jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm l-elezzjoniet għall-kunsilli lokali din is-sena? X’inhi l-popolazzjoni ta’ kull lokal u kemm hu n-numru ta’ nies li huma eligibbli li jivvutaw f’kull lokal? Meta sar dan ir-round ta’ elezzjonijiet tlett snin ilu x’kienet il-poplazzjoni ta’ kull lokal? Kemm kien in-numru ta’ nies li kienu eligibbli li jivvutaw f’kull lokal?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-gvern? Kif inhuma mqassma dawn it-tobba skond il-poliklinika li jaħdmu fiha?