Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Malta Enterprise — azjendi jispeċjalizzaw fil-fotografija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’opportunitajiet ta’ assistenza tagħti l-Malta Enterprise għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-fotografija li jikkuntrattaw xogħol ta’ fotografija f’pajjizi oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex ix-xogħol imbagħad jinħadem f’Malta? Jista jgħid jekk tali skemi jeżistux u f’każ li le, jekk l-Malta Enterprise tikkunsidrax li tagħti inċentivi u/jew assistenza lil din il-kwalità ta’ industrija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impriżi Maltin li jagħmlu xogħol ta’ fotografija għall-klienti fi swieq barranin jistgħu jibbenifikaw mill-iskema ta’ l-International Competitiveness. L-impriżi jistgħu jibbenifikaw minn fondi biex jiġu koperti parti mill-ispejjeż involuti biex jitkabbru s-swieq tagħhom.
Dettalji dwar din l-iskema ġew ippubblikati fis-sit elettroniku www.20millionforindustry.com.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4373 u 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li filwaqt li s-CDAU, li l-operat tiegħu jaqa’ taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa, jipprovdi servizz mediku u ta’ rijabilitazzjoni għal tfal bi problemi ta’ żvilupp, is-servizz ta’ facilitator lil dawn it-tfal hija responsabbilità tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Skond ir-records tas-CDAU, il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qatt ma ġie riferut lilu.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4245 u jgħid x’qed isir mill-ilma tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ilma tad-drenaġġ ittrattat fl-impjant f’Għawdex bħalissa qed imur il-baħar.
Il-KSI qegħda bħalissa tevalwa l-implikazzjonijiet finanzjarji u tekniċi biex dan l-ilma jiġi utilizzat, fosthom fil-qasam agrikolu u industrijali. Dan l-eżerċizzju mistenni jagħti direzzjoni aħjar f’dan il-qasam, b’konsultazzjoni ma’ diversi korpi kostitwiti.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4259 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni Għawdxin fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru, 2008 huwa kif jidher hawn taħt:
2003
2004
2005
2006
2007
2008
(Jannar - Ottubru
Dipartimenti tal-Gvern
40
45
66
73
61
42
Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji
3
9
13
10
14
7
Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi
0
1
4
8
2
4
Total
43
55
83
91
77
53
Il-gradi li kellhom dawn il-persuni qabel irtiraw jinstabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4258 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Settur Pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru tas-sena 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella:
2003
Diċembru
2004
Diċembru
2005
Diċembru
2006
Diċembru
2007
Diċembru
2008
Diċembru
Dipartimenti tal-Gvern
3227
3119
3075
2994
2962
3055
Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji
305
400
355
315
300
292
Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi
250
244
234
240
235
249
Total
3782
3763
3664
3549
3497
3596
Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant, jekk l-imputat iħoss li għandu jagħmel xi sottomissjoni, din għandha ssir quddiem dik l-istess Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn il-jiem hemm numru ta’ ħaddiema tal-Air Malta fiċ-Ċili? Hemm il-ħsieb li xi ajruplan tal-Air Malta jkun mikri fiċ-Ċili s-sena d-dieħla?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4507 u jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li ntuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabar taxxa tal-VAT s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minn dak li ġabar tħallsu mill-industriji u kemm mill-edukazzjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4509 u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4402, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġiex iffirmat dan il-ftehim bejn il-Ministeru u l-Malta Industrial Parks? Għalfejn dan il-ftehim qed iżomm milli l-accounts jiġu awditjati meta l-MIP xorta qed tagħmel użu minn fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-ftehim kien ser jiġi ffirmat fi Frar 2008, iżda peress li tħabbret l-elezzjoni, għal raġunijiet ovvji, l-iffirmar ġie pospost. Naturalment, il-bdil fil-Kabinett ta’ lok għan-neċessità illi jergħu jinfetħu taħdidiet dwar dettalji ta’ dan il-ftehim. Dan il-ftehim wasal biex jiġi finalizzat.
Il-preżentazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-accounts tal-kumpanija jiddependu minn dan il-ftehim. Għaldaqstant, l-accounts ma jistgħux jiġu finalizzati. Dan ukoll għaliex il-fehim hu retroattiv.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija li jingħataw it-tarmac matul l-2009 f’Ħal-Balzan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, ma fadalx toroq xi jsiru fil-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant peress li ix-xogħolijiet fi Triq Birbal tlestew matul l-2007 u l-2008.
Programmi għal tfal li jkollhom very challenging behaviour
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni nvoluti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ imexxu konġuntament il-programm Budz għal tfal b’very challenging behaviour. Il-programm Budz joffri għajnuna psiko-soċjali lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li juru sinjali ta’ mġieba li tista’ tqegħdilhom ħajjithom fil-periklu, bħalma huma l-aggressjoni, it-teħid tas-sustanzi, l-prostituzzjoni, d-delinkwenza u mġieba problematika oħra. Il-programm Budz jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ sitt ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed, u jaqdi l-bżonnijiet ta’ massimu ta’ tmien żgħażagħ ġo kull programm. Barraminhekk hemm ko-ordinatur/ko-ordinatriċi li tagħti 10 sigħat xogħol. Fil-budget li ġie maħdum mill-gvern għas-sena 2008 kienu ġew allokati €56,000 għal Youth Outreach Programmes (Vote 44, item 5476) li parti minnhom tmur għall-proġett Budz.