Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3927.
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif sejjer ikun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond il-Liġi, deċiżjonijiet dwar dan l-istaġun isiru wara rakkomandazzjonijiet tal-ORNIS.
Maħfra fuq ċittazjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali
Question
Fil-ħarġa tal-Malta Today ta’ nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2008, sorsi governattivi ġew kwotati li qalu li l-Bord tal-Petizzjonijiet ħafer 57% tal-penali kollha maħruġa mill-gwardjani lokali mill-2006 għax kienu żbaljati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mid-9,560 petizzjoni li allegatament ġew milqugħa mill-bord:
(1) Kienu dwar taħrikiet maħruġa mill-Pulizija?
(2) Kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport?
(3) Kemm minn mit-taħrikiet tal-gwardjan kienu taħrikiet validi u maħruġin korrettament iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom?
(4) Kemm minnhom kienu dwar taħrikiet għal sewqan bi speed eċċessiv ippruvat iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom?
(5) X’inhu l-perċentwali tal-petizzjonijiet milqugħa komparat man-numru totali ta’ taħrikiet maħruġa mill-gwardjani bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li fih l-istatistika tan-numru ta’ petizzjonijiet li l-Bord dwar il-Petizzjonijiet irċieva mill-1 ta’ Jannar 2006 sas-26 ta’ Novembru 2008. In-numru ta’ petizzjonijiet aċċettati mill-Bord tela’ għal 10,742 mid-9,560 kif irrapurtat fil-Malta Today tas-16 ta’ Novembru 2008.
Minn dawn l-10,742 petizzjonijiet li ġew milqugħa mill-Bord:
1. 1,620 kienu taħrikiet maħruġa mill-Pulizija;
2. 53 kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport;
3. 8,195 kienu maħruġa mill-Gwardjani Lokali. L-Onor Interpellant jaf tajjeb li l-Membru tal-Bord għandu l-parametri imsemmija fl-Avviż Legali 414 ta’ l-2005, li jinkludu d-diskrezzjoni li tiġi aċċettata petizzjoni għal raġunijiet umanitarji;
4. 874 kienu dwar speed eċċessiv.
5. Mill-istatistika kif imsemmija hawn fuq, jirriżulta li 59% mill-petizzjonijiet kollha li kienu ġew ipproċessati (inklużi dawk tal-ADT u l-Pulizija) ġew milqugħa.
Ta’ min isemmi wkoll li 310 petizzjoni ġew aċċettati parzjalment.
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4133 u 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3927.
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Rabat ser jieħu azzjoni fuq it-toroq tad-Dwejra u Tal-Virtu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti Maltin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dawn it-tabelli ma jinkludux turisti Maltin li użaw akkommodazzjoni privata jew self-catering. Informazzjoni provduta mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (l-NSO) tinkludi biss turisti Maltin li joqogħdu f’akkomodazzjoni ta’ tip lukandi.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
B'referenza għat-tnedija tal-website 'visitmalta.com' jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Min għamel ix-xogħol fuq din il-
website
?
b) Kemm ħallset l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal dan ix-xogħol?
ċ) Jekk kenitx ħarġet offerta biex jiġi magħżul min ser jagħmel dan ix-xogħol?
d) Kemm ikun hemm hits fil-ġimgħa fuq dan il-portal?
e) Jekk tingħatax kummissjoni għal kull booking li jsir permezz ta' din il-website? Jekk fl-affermativ, lil min?
f) X'kontrolli hemm biex l-awtorità tassigura trasparenza assoluta fit-tħaddim ta' dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-website sar mill-kumpanija Alert Communications Ltd.
Fir-rigward tal-partijiet b) u ċ) tal-mistoqsija, dettalji dwar il-proċess tal-għażla għall-iżvilupp ta’ din il-
website
u dwar kemm ġiet tiswa diġà ingħataw preċedentement. Nistieden l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23507, 23668 u 24813 tal-Għaxar Leġislatura.
Fir-rigward tal-parti d) tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-
website
tirċievi medja ta’ madwar 8000 viżitatur kuljum, u li mill-ewwel ta’ Jannar 2008 ’l hawn kienu reġistrati ’il fuq minn 2.65 miljun viżitatur. In-numru ta’
hits
fl-istess perjodu ammontaw għal madwar 236 miljun.
Fir-rigward tal-parti e) tal-mistoqsija, nikkonferma illi l-
portal
joffri l-opportunità lit-turist prospettiv li jirriserva akkommodazzjoni f’lukanda jew li jikri karozza tal-kiri. Il-
portal
joffri diversi mezzi kif wieħed jista’ jagħmel dan, fosthom li juża’ il-
booking engine
li tinstab fuq is-sit stess. Meta jintuża dan is-servizz, il-lukanda jew kumpanija tal-karozzi li tibbenefika mill-
booking
, tħallas perċentwali lill-MTA. Dan ma japplikax fil-każ ta’
bookings
li jsiru direttament mal-lukanda jew mal-kumpanija tal-kiri tal-karozzi, jew permezz ta’ siti oħrajn li joffru dan is-servizz, anke meta il-klijent ikun wasal għandhom permezz ta’
link
minn fuq il-
portal
tal-
MTA.
Fir-rigward tal-parti f) tal-mistoqsija, dan is-servizz huwa suġġett għall-istess kontrolli li għandhom il-funzjonijiet kollha tal-Awtorità, inkluż il-possibbiltà ta’ verifiki interni u mill-awditur.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament l-emendi marbuta mar-riforma fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hu maħsub li l-ewwel emendi għal-leġislazzjoni dwar gvern lokali jitressqu fil-Parlament fl-ewwel xhur tas-sena 2009.
Permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4133, 3927 u 4382 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3927.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4031 u jagħti statistika ta' kemm daħħal flus minn fuq l-vetturi minħabba t-test tal-VRT matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Fiex qed jintużaw dawn il-flus? Kemm minnhom qed jintużaw ħalli jissewwew it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-VRT, l-ADT daħħlet LM 26,140.80 fl'2006, LM 28,591.90 fl'2007 u €58,241.55 fl'2008 (Jannar - Ottubru) għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4035 u jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4580 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi għal dawn l-aħħar tlett snin:
a) id-dħul ta’ kull Kunsill;
b) l-ispejjeż rikorrenti ta’ kull Kunsill; u
c) il-bilanċ li jirriżulta.
Dawn il-figuri huma meħudin mill-
audited financial statements
ta’ kull Kunsill ħlief għal dawk tal-Kunsill Lokali tal-Pietà li għadhom mhux approvati mill-Kunsill.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4105, 3151, 2507, 1802 u 1391 u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi mistoqsijiet parlamentari 4106, 3150, 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4030 u jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz ta' hekk jonqos il-mard li huwa semma' bħall-ażma u l-kanċer?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4151 u jgħid kemm jiswa f'nefqa rikorrenti kull metru kubu ta' ilma li tipproduċi l-polishing plant f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża hi 25c ta Euro kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-ispieri.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4150 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern matul is-snin għall-bini tal-caravan site f'Baħar iċ-Ċagħaq?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-indiċi tal-għoli tal-ħajja fl-aħħar ta' Diċembru għal kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher f’dawn it-tabelli.
Tabella A Tabella B
Sena
Indiċi
Rata ta' l-Inflazzjoni
Baż
i 1995 = 100
2000
607.07
2.37%
Diċembru 2000
113.51
2001
624.85
2.93%
Diċembru 2001
118.76
2002
638.54
2.19%
Diċembru 2002
119.14
2003
646.84
1.30%
Diċembru 2003
121.98
2004
664.88
2.79%
Diċembru 2004
125.42
2005
684.88
3.01%
Diċembru 2005
129.89
2006
703.88
2.77%
Diċembru 2006
130.91
2007
712.68
1.25%
Diċembru 2007
135.25
Tabella A tindika l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut u r-rata ta’ l-Inflazzjoni annwali filwaqt li tabella B turi l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut għax-xahar ta’ Diċembru ta’ kull sena.