Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Siġar tal-Palm — Bumunqar aħmar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ttieħdu u ser ikomplu jittieħdu biex is-siġar tal-palm f'Malta ma jkomplux jinqerdu mill-bumunqar aħmar? Kemm kien in-nurmu ta' siġar li dwarhom id-dipartiment kien infurmat li ġew affettwati? Fejn jinsabu dawn il-postijiet li fihom kien hemm problemi fil-palm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jara li l-palm infettat jiġi kkurat bil-bexx speċjalment dawk li jkunu fl-ewwel stadju tal-infezzjoni. Pero anki dawk li ma jkunux infettati jingħataw attenzjoni. Jingħata wkoll parir ta’ kif wieħed jista’ jikkura l-palma. Tqassmu b’xejn madwar 78 Pheromone Traps lil diversi individwi li talbu dan is-servizz.Fejn il-palm ikun attakkat serjament, id-Dipartiment jibgħat ittra ta’ nfurzar biex il-palm mejjet jitneħħa. Dan isir fil-presenza ta’ uffiċjali mid-Dipartiment li joħroġ il-permessi meħtieġa u jikkoordina biex il-palm mejjet jiġi eliminat skond kif rakkomandat mill-istess Dipartiment. Uffiċjali tad-Dipartiment dejjem jispezzjonaw u jinvestigaw kull rapport li jsir minn individwi dwar xi palm. L-uffiċjali mid-Dipartiment jieħdu ukoll nota ta’ dawk il-palm li jinstabu f’postijiet abbandunati u flimkien ma’ awtoritajiet oħra governattivi, jinstab il-persuna responsabbli mill-post abbandunat. Fejn dan ma jinstabx, il-palm jinqala’ xorta waħda. Matul is-sena 2008 saru madwar 478 spezzjoni f’residenzi privati u postijiet pubbliċi u nqalgħu madwar 193 siġra tal-palm. Intbagħtu wkoll madwar 129 ittra ta’ infurzar biex jinqala’ l-palm. Huma diversi l-postijiet fejn hemm palm milqut b’din il-marda speċjalment fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-postijiet l-aktar milquta huma: Burmarrad, Ta’ Xbiex, Gżira, Sliema, San Ġiljan, Mosta, Naxxar, Attard, Balzan, Swieqi, B’Kara, Rabat, Pembroke, Mellieħa, Siġġiewi, Mtarfa, Msida, Kappara/San Gwann, Tal-Ibraġ, Madliena, Sta Venera, Ħamrun,, Ta’ Qali, Għaxaq u Safi. Sadanittant, il-Ministeru qed jikkunsidra numru ta’ inizjattivi oħra.

Biċċerija tal-Gvern — Qtil ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tad-diversi annimali li ssir fil-biċċerija tal-Gvern matul l-2008? Kemm kien il-piż ta' kull tip ta' annimal separatament? Kemm kien l-ammont ta' qatla tal-istess tip ta' bhejjem matul l-2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nefqa għall-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm ser tkun in-nefqa mill-ministeru li tiegħu hu responsabbli, biex jiġi assigurat li l-bdiewa jkomplu jaħdmu r-raba' tagħhom matul l-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku.
Leg 11 PQ #4978 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Għassa ta' San Pawl il-Baħar, fi Triq San Pawl tibda tinfetaħ regolarment u dan biex taqdi l-ħteġijiet tar-residenti tal-madwar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet meħtieġa sabiex din l-Għassa tkun renovata issa bdew. Pero’ ta’ min ifakkar illi fil-frattemp, apparti li l-Għassa tal-Qawra qegħdha tipprovdi servizz lill-komunita' ta' San Pawl il-Baħar, f’din il-lokalita' ssir ukoll ronda minn sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija, fosthom tat-traffiku u tal-mobile.
Leg 11 PQ #4979 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' day centres għall-anzjani li għandna madwar Malta u Għawdex? X'tip ta' għajnuna jagħti l-Gvern biex dawn id-day centres ikunu jistgħu jinżammu miftuħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4998 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'benefiċċji tal-mard matul is-sena 2008 xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baċier numru 1 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-Baċir numru 1? Meta jaħseb li dawn ix-xogħlijiet tant mistennija u tant imwiegħda fl-aħħar jibdew?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern informa l-iżviluppaturi illi għal diversi raġunijiet, il-proġett tal-Baċir numru 1 kif propost minnhom, ma kienx aktar desiderabbli . Kif diġa tħabbar f'dan il-Parlament, il-Gvern iddeċieda li l-areatal-Baċir numru 1 ikun konvertit f'Arts and Crafts Centrebilli jiġi restawrat il-bini eżistenti. Fil-ġimgħat li ġejjin inkun f'pożizzjoni fejn nagħti aktar dettalji dwar dan il-proġett.
Leg 11 PQ #5001 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju taċ-Childrens' Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'benefiċċju taċ-Childrens' Allowance matul is-sena 2008 xahar b'xahar skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5002 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo channel — vjaġġi mill-vapuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru vjaġġi mill-vapuri differenti tal-Gozo Channel matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3124 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount fit-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Malta Shipyards diġà talab lill-PWC biex jagħmlu inkjesta.

First Aid lil Għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn għalliema f'kull skola f'Malta u Għawdex li għandhom ċertifikat basiku u validu fil-First Aid, skola b'skola? Ma jidhrilix li jagħmel sens li kull għalliem ikun mitlub jagħmel basic course fl-Ewwel Għajnuna biex tissaħħaħ aktar il-Health and Safety fl-iskejjel? Ma jidhrilix li għandha tkun obbligatorja li wieħed ikollu ċertifikat basiku fil-First Aid bħala wieħed mir-rekwiżiti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għalliema kollha tal-Health and Safety għandhom ċertifikat fil-First Aid. Ma jinżammx rekord fuq l-għalliema l-oħra, imma dawn mhumiex obbligati li jkollhom dan iċ-ċertifikat. L-għalliema li għandhom dan iċ-ċertifikat ikunu ġabuh minn jeddhom fil-ħin liberu tagħhom u mhumiex obbligati li jinformaw lill-iskola tagħhom li għandhom dan iċ-ċertifikat. Għalkemm jagħmel sens li kull għalliem ikollu ċertifikat bażiku fil-First Aid, ninsab infurmata li l-għalliema ġew offruti din il-possibilita’ b’mod volontarju, sew mid-Direttorat kif wkoll minn numru ta’ skejjel.

Dipartiment tal-Eżamijiet — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-Eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? Min kienu n-nies li għamlu dan l-overtime? Kemm għamlu overtime kull wieħed jew waħda, xi grad kienu u kemm kien il-ħlas għal kull individwu xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni — extraordinary expenditure

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'extraordinary expenditure daħal għalihom id-dekasteru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tagħti lista ta' dan l-infiq u f'kull każ x'kienet is-sitwazzjoni li ġiet meqjusa bħala straordinarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika għal xiex qed jirreferi b’extraordinary expenditure.

Librerija Nazzjonali u Librerija Pubblika — donazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il donazzjoni jew bequest saru lil Librerija Nazzjonali u lil Librerija Pubblika matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kienu id-donazzjonijiet f'kull każ, isem b'isem? Min kienu id-donaturi? Fejn tpoġġew dawn id-donazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health and Safety — safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar safar mis-sezzjoni tal-Health and Safety f'dawn l-aħħar tliet snin in konnessjoni mal-Health and Safety? F'liema pajjiżi kienu dawn il-mawriet? X'kien il-għan ta' kull żjara? Taħt l-awspiċi ta' liema entitajiet tal-Health and Safety Ewropej jew internazzjonali? Kemm marru individwi kull darba u min kienu? Kif ġew magħżula dawn l-individwi? Kemm ġiet tiswa kull mawra? X'ġie akkwistat minn kull żjara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health and Safety — proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti saru matul dawn l-aħħar tliet snin b'isimhom u bid-data tagħhom wieħed b'wieħed? Min kien il-project manager fis-sezzjoni tal-Health and Safety li ħa ħsieb dawn il-proġetti? Kif kien intagħżel dan l-individwu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret biex timtela' din il-pożizzjoni? Kemm dam biex ġie konkluż kull proġett? Min ġie involut f'kull proġett? Kemm minm dawk involuti kienu studenti u kemm kienu għalliema, u mill-liema skejjel ġew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #3971 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tilwim industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din is-sena ġew rapportati 78 każ ta’ tilwim industrijali. Fl-aħħar erbgħa snin in-numru ta’ każijiet kien: 2004 73 2005 82 2006 82 2007 74 Minn dawn il-każijiet għad hemm tmienja pendenti.