Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tneħħija ta' capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Irranġar ta' triq quddiem l-Iskola G. Despott

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tigi rranġata darba għal dejjem il-problema fit-triq quddiem l-iskola Guzeppi Despott f'’Bormla, fejn wara kull xita jinġabar kwantita` kbira t'ilma eżattament quddiem il-bieb l-antik tad-dħul mill-iskola?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4852 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment u uffiċini tal-gvern — Aċċessibilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fid-dipartimenti u uffiċini tal-Gvern f'Għawdex biex jiġu ndirizzati l-problemi ta' aċċessibilità għal dawn il-postijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4853 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq il-Ministeru u x'għajnuna ta lill-għaqdiet tal-persunu b'diżabilità f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi minn barra l-ħidma imwettqa kif spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4852 b'risq persuni b'diżabilita', matul is-sena li għaddiet il-Ministeru iffirma ftehim mal-Federezzjoni Għawdxija Persuni b'Diżabilita' għat-twaqqif ta' one-stop-shop għas-servizzi kollha li jingħataw f'dan il-qasam.

Għawdex — Avukati u nutara

Question

Peress li f'Għawdex l-avukati u nutara prattikanti qed jiltaqgħu ma' problemi kbar fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom minħabba l-fatt li ma jistgħux jaraw denunzji minħabba l-att dwar il-protezzjoni tad-data u peress ukoll li din hija sitwazzjoni anomala meta jitqies il-fatt li biex tara dikjarazzjoni causa mortis mingħand nutar hija ħaġa sempliċi ħafna, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tiġi ndirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data qiegħed jindirizza l-imsemmija anomalija sabiex jiġi stabbilit jekk din il-prattika tmurx kontra l-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Protezzjoni u Privatezza tad-Data.

Għawdex — Reati mwettqa fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti t'Għawdex in konnessjoni ma' reati mwettqa fuq it-tfal matul is-snin 2007 u 2008 u jindika l-etajiet tat-tfal involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2007 u 2008, tmien (8) persuni tressqu l-Qorti t’Għawdex in konnessjoni ma’ reati mwettqa fuq it-tfal. L-etajiet tat-tfal involuti kienu hekk: Numru ta’ każ Etajiet tat-tfal involuti (snin) 1 3 1 12, 13, 14, 15, 15 u 15 4 (jirreferu għall-istess minuri) 14 1 14 1 13

Reserved parking għal persuni b'diżabilità

Question

Peress li rċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw għaliex minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika u allura kull min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker; peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabiltà li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jigi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4932 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni — Proċeduri kriminali kontra uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew proċeduri kriminali kontra uffiċjali pubbliċi b’riżultat ta’ każi li nqatgħu mill- Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni minn kemm ilha li twaqqfet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress li d-doveri tal-Kummissjoni jintemmu hekk kif hi tibgħat ir-rapport tagħha lill-Ministru tal-Ġustizzja skond kif jipprovdi L-Art. 11(a) tal-Kap 326, ma għandhiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Leg 11 PQ #4934 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4937 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Akkużi dwar pub

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija għażlet li tibqa' siekta dwar l-akkużi speċifiċi li kien hemm fil-media lokali f’temp ta’ 48 siegħa, anqas minn ġimgħa ilu, dwar pub li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li qed iwassal għal: - noise pollution qawwi b’inkonvenjent għar-residenti matul il-lejl u s-sigħat bikrin ta’ filgħodu - parking bl-addoċċ fuq yellow lines minkejja li l- pub jinsab biss ftit metri 'l bogħod mill-għassa tal-pulizija u dan f’tali mod li jimblokka l-entratura għal 30 garage privat seperati minn xulxin - il-fatt li ħafna nies qrib il- pub qed jagħmlu ħerba sħiħa fl-akwati permezz ta' tifrik ta’ fliexkien tax-xorb, urina mal-art eċċ Billi f’wieħed mill-artikli intqal li s-Sindku ta’ San Giljan għamel rapport dwar dan kollu lill-Pulizija, jista' jippubblika l- kontenut tar-rapport u jgħid x’passi ttieħdu mill-Pulizija dwaru? Kif jispjega l-fatt li minkejja li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 28982 fil-legislatura l-oħra, l-Ministru preċedenti għall-Intern kien qal li kull meta l-Pulizija kellha ilmenti minn xi sid ta’ garaxx li l-entratura għall-garaxx tiegħu kienet qed tkun ostakolata minn xi vetturi oħra (b’referenza għan-nies li jkunu f’dan il-pub) il-Pulizija dejjem ħadet azzjoni billi ssejjaħ it-tow truck, jista' jgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il darba ssejjaħ it-tow truck f’dan ir-rigward billi saru diversi ilmenti minn għadd ta’ residenti? L-aħħar ilment li sar telefonikament sbieħ il-Ħadd 4 ta' Jannar 2008, lill-Għassa ta’ San Giljan wassal għat-tweġiba li ma setgħax isir towing qabel ma jkun hemm pulizija fl-Għassa, għaliex l-uffiċjal mara li wieġbet it-telefon qalet li l-pulizija kienu kollha barra u ma kien hemm ħadd biex jieħu ħsieb it-towing? Jaf il-Ministru li s-sitwazzjoni marret ferm għall-agħar minn mindu l-bar ra bidla fil-liċenzja għal fuq il-persuni li preżentement qed jiġġestixxu l-bar mid-9 ta' Marzu 2007 'il quddiem, għaliex fis-snin ta’ qabel li kienu ilu jopera l-istess pub qatt ma inqalgħu inċidenti jew inkonvenjenti simili?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fejn kien il-każ, il-Pulizija ħadet passi kontra min instab li qed jikser il-liġi fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt, matul is-sena l-oħra l-pulizija ħarġet mhux anqas minn 215 ċitazzjoni fuq kontravvenzjonijiet tat-traffiku. Infurmat ukoll illi kien hemm tlett okkażjonijiet fejn inbdew proċeduri kriminali dwar daqq ta’ mużika b’volum għoli.

Enemalta Petroeum Division — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Enemalta Petroleum Division u tal-attivitajiet kummerjċali tal-MOBC? Jista' jgħid ukoll meta bdew in-negozjati mal-first preferred bidder, fiex waslu u jekk sarux investigazzjonijiet dwar is-sidien barranin tal-bidders barranin kollha nvoluti f’dan it- tender massiċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Delimara — Power Plant ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdida f’Delimara? Din ser tkun stand alone power plant ġdida għal kollox, jew estensjoni ġdida b’impjant ġdid mal-power plant eżistenti? Huma x’inhuma l-għażliet strateġiċi li ħa l-Gvern – mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-kumpanniji potenzjalment interessati fil-proċess – jista' jippubblika l-istudji purament tekniċi li wasslu lill-Gvern jagħżel jekk għandhiex tkun stand alone power plant jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender tal-"power plant" il-ġdida f’Delimara qiegħed fi stat avvanzat imma għadu ma ġiex finalizzat. Dan l-impjant ħa jkun estensjoni ma’ Delimara Power Station u mhux impjant għalih waħdu. L-istrateġiji tal-Gvern qegħdin indikati fil-"Generation Plan" ippublikat mill-Enemalta fl-2006 u li jien qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4971 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera eletti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew eletti kunsilliera fl-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu f’kull lokal u għal liema partit politiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

ftuħ ta' mużew — affarijiet relatati mal-biedja f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru jkunx dispost li jgħin biex jinfetaħ mill-privat mużew li fih ikun hemm esebiti għodod u affarijiet oħra relatati mal-biedja f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm miżuri mill-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013 li jistgħu jagħtu l-opportunità sabiex jiġu kkunsidrati inizjattivi bħal dik imsemmija fil-Mistoqsija. Tajjeb wieħed jgħid li bħalissa l-Gvern qed jeżamina inizjattiva ta’ sħubija bejn Gvern u wieħed mill-Kunsilli Lokali propju fuq din l-idea.
Leg 11 PQ #4973 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiġu eletti kunsilliera f’kull lokal għall-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità jiġi determinat skond l-aħħar statistika dwar il-popolazzjoni ta’ kull lokalità. L-aġġornament ta’ din l-istatistika għas-sena 2009 u li abbażi tagħha jiġu determinati n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità tiġi maħruġa wara Marzu 2009.