Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4278 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Leg 11 PQ #4281 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent — Sewage treatement plant

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4457.
Leg 11 PQ #4499 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjal Principal Anzjan — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3784/11/1 fuq l-istess suġġett. Għaldaqstant il-vakanzi f’dan il-grad jimtlew skond kif opportun kif ukoll skond analiżi bir-reqqa tal-kompetenzi personali ta’ l-uffiċjali li jmisshom jinħatru skond il-mertu miksub fil-proċess ta’ l-għażla fl-interess tal-aspirazzjonijiet tal-uffiċjali nfushom kif ukoll tas-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #4531 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Leg 11 PQ #4561 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru mill-ajruport għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3296.

Ċentri tas-saħħa — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta' kull ċentru tas-saħħa li għandu l-gvern? Kemm joffru servizzi differenti dawn iċ-ċentri, ċentru b'ċentru? Kemm marru pazjenti f'dawn iċ-ċentri bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 ċentru b'ċentru? Kemm hemm tobba, nurses u staff ieħor f'kull ċentru tas-saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma teżistix sistema biex tiġi identifikata l-ispiża individwali ta' kull ċentru tas-saħħa. Ser inpoġġi żewġ tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra li b'dettalji dwar is-servizzi offruti miċ-ċentri tas-saħħa u l-pazjenti li għamlu użu minn dawn is-servizzi u dettalji dwar l-istaff f'kull ċentru tas-saħħa.

Teatri tal-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teatri tal-operazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm-il teatru jintuża kuljum u għal kemm ħin? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tul ta' ħin li qed jintużaw dawn it-teatri jiżdied?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-iSptar Boffa hemm teatru wieħed li jintuża mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m. u s-Sibt bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. Għalissa ma hemmx ħsieb li jiżdied it-tul ta’ħin għall-użu tat-teatru. Fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm żewġ swali tal-operazzjonijiet. Dawn jintużaw kuljum waqt il-hin tax-xogħol tal-Konsulenti, u kull ħin ieħor tal-ġurnata meta jkun hemm bżonn ta’ operazzjonijiet urġenti. Fl-Isptar Mater Dei hemm 25 sala ta’ l-operazzjonijiet u sala għal-Labour Ward. Bħalissa qed jintużaw bejn 13 u 15 il-tejtru kuljum. Il-Labour Ward Theatre jintuża kuljum skond il-bżonn. Iżjed teatri jinfetħu malli jkun hemm il-personnel necessarju. Informat ukoll li t-tul ta’ ħin għall-użu ta’ dawn it-teatri jiddependi min-numru u tip ta’ interventi skond il-listi. Hemm numru ta’ listi li jispiċċaw bejn is-2.00 u t-3.00 p.m., filwaqt li medja ta’ ħames listi kuljum jispiccaw bejn il-5.00 u s-6.00 p.m.

Settur pubbliku — ħaddiema - sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fis-settur pubbliku grad, grad? Liema grad ta' ħaddiema jieħu l-aktar sick leave? Kemm jieħdu sick leave f'dan il-grad ras għal ras f'sena kalendarja, ngħidu aħna bejn Jannar 2007 u Diċembru ta' l-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Settur Pubbliku hemm 40,879 persuna, li huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Servizz Pubbliku 29,091 Entitajiet/Organizazzjonijiet Indipendenti Statutorji 9,127 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Isħma Pubbliċi 2,661 Total 40,879 Dettalji ta’ kemm ħadu ġranet sick-leave dawn il-ħaddiema bejn Jannar u Diċembru 2007 huma kif jidher hawn taħt: Klerikali u Amministrattivi Professjonali, Dipartimentali, Temporanji u b’Kuntratt Industrijali Totali ta’ġranet Sick-Leave meħuda Dipartimenti tal-Gvern 59,894 102,953 46,749 209,596 Entitajiet/ Kumpaniji 28,910 28,610 39,350 96,870 Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitluba f’din il-Mistoqsija, irid jittieħed ħafna żmien biex tinġabar l-informazzjoni min ħabba l-kwantita’ kbira ta’ gradi differenti , iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni fuq xi grad partikulari nitolbu jkun aktar speċifiku.

Spiża ta' pagi lill-ħaddiema fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-isptarijiet tagħna sptar, sptar? F'liema gradi qegħdin? Kemm tiġi l-ispiża ta' kull sptar f'pagi lill-ħaddiema kollha minn dawk manwali sa dawk professjonali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Eco-tax fuq proġetti favur l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti li għandhom l-eco-tax fuqhom? Kemm hija din it-taxxa fuq kull prodott? X'qiegħed isir minn din it-taxxa? F'liema proġetti qed tintuża favur l-ambjent? Hemm xi ħsieb li din il-lista tal-prodotti li għandhom eko-kontribuzzjoni tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Materjali riċiklati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-materjali li qed jiġu riċiklati f'Malta? Hemm xi ħsieb li ma' dawn jiżdiedu oħrajn? Kemm hija l-ispiża biex dawn il-prodotti jiġu riċiklati? Fejn qed jintbagħtu dawn l-materjali biex jiġu riċiklati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-materjali li qed jinġabru mill-WasteServ u jintbagħtu għar-riċiklaġġ huma, Plastik, Metall, Karta, Kartun, Ħġieġ, Tyres, batteriji tal-karozzi u batteriji żgħar, skart tal-elettriku u elettroniku (WEEE), żejt ta’ l-ikel u żejt tal-karozzi. Aktar materjali jiżdiedu jekk ikun hemm suq għalihom. L-ispiża għar-riċiklaġġ hija kif ġej: · Plastik, Metall, Karta, Kartun, Ħġieġ – spiża medja ta’ € 39 għal kull tunellata li tinkludi s-separazzjoni tal-materjali differenti u l-produzzjoni ta’ bales li jinbiegħu. Din l-ispiża ma tinkludix l-ispiża tal-ġbir per eżempju minn siti għal skart isseparat. Id-dħul mill-bejgħ tal-materjal huwa diġà mnaqqas. · Tyres: € 272.54 kull tunellata · Batteriji tal-karozzi – mingħajr spiża għax hemm dhul nett · Batteriji zgħar – spiża ta’ € 1,860.00 ghal kull tunellata · WEEE – l-ispiża għar-riċiklaġġ għadha mhix finalizzata għaliex għadu ma ġiex esportat materjal għar-riċiklaġġ · Żejt ta’ l-ikel - mingħajr spiża · Żejt tal-karozzi – spiża ta’ € 4.66 għal kull 200 litru Il-materjali kollha li jinġabru għar-riċiklaġġ jiġu mgħoddija lil numru ta’ kumpaniji lokali. Iż-żejt ta’ l-ikel, iż-żejt tal-karozzi u tyres jiġu riċiklati hawn Malta. Il-bqija jigu esportati.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Volum ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4388, 4112 u 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Refund fuq xiri ta' solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4231 u jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għadu għaddej il-proċess biss fuq 218-il talba oħra li fadal li mhumiex iffinalizzati minħabba xi informazzjoni nieqsa.
Leg 11 PQ #4782 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr — Proġett tal-port l-antik

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa mill-proġett tal-port l-antik tal-Imġarr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4783 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan għat-titjib tas-sistema tal-ġbir tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3098, tista' l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jitlesta l-pjan imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li bħalissa qiegħdin jiġu mistħarġa r-riżorsi meħtieġa biex il-Ministeru għall Għawdex jiżviluppa dan il-pjan.

Proġett fuq iċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3222, jista' l-Ministru jgħid meta hija mistennija li toħroġ din is-sejħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li It- tenders mistennija li jinħarġu aktar tard din is-sena wara li tiġi kkonfermata l-allokazzjoni tal-fondi mill-UE u jinħareġ il-permess mill-MEPA.

Labour Force Surveys

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Labour Force Surveys — Turiżmu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4435 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4787 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - Ħaddiema li jaħdmu ma' kumpanniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u Novembru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond id-diversi tipi ta’ attività ekonomika u skond it-tip ta’ xogħol li jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat biex jiġbor l-informazzjoni mitluba u wara jerġa jirreferi l-Mistqosija lill-Ministeru tiegħi biex b'hekk inkunu nistgħu naħdmu fuq l-informazzjoni miġbura.

Ta' Qali — Bini ta' villaġġ tas-snajja'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjan li jiġi mibni mill-ġdid il-villaġġ tas-snajja' f’Ta’Qali twarrabx għal kollox? Jekk iva, għaliex? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li ssir xi ħaġa konkreta biex jinbeda bi sħiħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma illi l-pjan imsemmi ġie mwaqqaf wara li ma kisibx fondi mill-Unjoni Ewropea. L-alternattiva li qed tiġi evalwata hi li Dock 1 jintuża għal skop simili.