Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx l-Prim Ministru li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — Bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm erbgħa u sittin persuna li servu fuq bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dettalji dwar il-bordijiet u l-perijodu li għalih ilhom iservu dawn il-membri jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-parti l-kbira, il-kriterji li fuqhom jintgħażlu dawn il-membri joħorġu mill-liġijiet stess li taħthom jiġu appuntati dawn il-bordijiet, bħal fil-każ tal-Kostituzzjoni jew liġijiet l-oħra li jistabbilixxu min għandu jservi fuq il-bordijiet rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3423.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kull operatur Ewropew fis-settur ta’ l-avjazzjoni jista’ jekk hekk jixtieq, jopera servizz bejn iż-żewġ gżejjer bil-ħelikopter. Apparti dan, il-Gvern iżomm kull alternattiva miftuħa għall-operazzjoni sostenibbli li tista’ tkun proposta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw lezzjonijiet fil-Health and Safety matul dawn l-aħħar tliet snin, skola b'skola u klassi b'klassi? X'kienu s-suġġetti trattati? Kull kemm imorru il-peripatetic teachers tal-Health and Safety fl-iskejjel u x'inhu ir-roster tagħhom? X'inhi r-raġuni li dawn l-għalliema ma jmorrux aktar ta' spiss? X'tip ta' sillabu jimxu fuqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Peripatetic Teachers tal-Health and Safety tal-Primarja iżuru l-iskejjel primarji kollha tal-Gvern f’Malta u Għawdex wara xulxin darbtejn fis-sena u l-lezzjonijiet jkopru l-klassijiet kollha tal-Year 4, Year 5, Year 6 u Year 7. Is-suġġetti trattati huma kif jidher hawn taħt:
Year 4
Year 5
Year 6 & 7
1
st
Semester
Road Safety
(Crossing the road, pelican/traffic lights, child passenger safety – private car, school transport, public transport)
Bicycle Safety
(Day and/or night cycling, personal protective equipment, child pedestrian safety)
Internet Safety
(Chat rooms, porno sites, online bullying, emails, data protection)
2
nd
Semester
Safety at Sea
(Swimming, boats, paddle boats, sea and pool safety, sun safety)
Healthy Lifestyle
(Drugs and needles, diet, alcohol, cigarettes, good rest, water consumption, fireworks, personal hygiene, basic First Aid, food preparation, ergonomics – schoolbags, computer stations, TV, choking/strangulation, exercise/physical education)
Safety in the Home
(Fall prevention – window safety, stair gates and railings, burn and scald prevention – cigarette lighters, hot water, poisoning and medicines, chemicals and labeling, electrical safety, stranger danger, fire safety, school safety – evacuation, chemicals)
Il-Health and Safety Unit hu magħmul minn tim ta’ 12-il għalliem għall-iskejjel primarji kollha ta’ Malta u Għawdex, inklużi dawk speċjali u li mhumiex parti mill-mainstream. Minbarra il-lezzjonijiet, dawn l-għalliema jiċċekjaw il-Fire Extinguishers, il-kaxxi ta’ l-Ewwel Għajnuna, jagħmlu proċeduri ta’ emerġenza, l-pjan ta’ evakwazzjoni u risk analysis ta’ l-iskejjel primarji statali kollha. Il-Peripatetic Teachers jagħmlu appuntamenti mal-Kap ta’ l-Iskola konċernata biex jintegraw l-attivita’ tagħhom fil-kalendarju ta’ l-iskola. Peress illi s-suġġett tal-Health and Safety mhux parti mill-Kurrikulu, is-suġġetti li jittrattaw ġew magħżula u ppreparati mill-Education Officer (Health and Safety).
Tista' l-Ministru tgħid kemm il-esibizzjoni tal-Health and Safety ġew organizzati s'issa mill-Health and Safety Unit f'Malta u f'Għawdex? Fejn saret kull esibizzjoni u kemm damet ġranet kull waħda? Kemm skejjel u kemm tfal invistaw dawn l-esibizzjonijiet? Liema azjendi jew entitatjiet ipparteċipaw f'kull waħda, u x'kienu il-prodotti li ipparteċipaw bihom? Kemm swiet kull esibizzjoni lid-Direttorati jew Divizjoni tal-Edukazzjoni f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Broadcasting Services — Vot 5389 - Estimi 2009
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif se jintnefqu l-€1,164,000 ivvutati lill-Public Broadcasting Services tul is-sena 2009 bħala Public Service Obligation?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddejin diskussjonijiet interni dwar il-programmi li jridu jsiru minn Ottubru 2009 sa Settembru 2010 u l-ammont tal-kontribuzzjoni EPSO (Extended Public Service Obligation) li tmur għal kull ġeneru. It-tagħrif jingħata meta d-diskussjonijiet jingħalqu.
Tista' l-Ministru tgħid kif intnefqu l-€5,358,000 fuq il-Junior College fis-sena 2008 u kif se jintnefqu l-€6,192,000 għas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-Nefqa fuq il-Junior College fis-sena 2008 kienet ta’ €6,476,288 waqt li dik għas-sena 2009 għandha tkun ta’ € 6,740,885.
Dawn il-fondi sejrin jintefqu hekk:
Jannar-Settembru 2008
Infieq propju
Ottubru – Diċembru 2008
Infieq antiċipat
2008
2009
€
€
€
€
Salarji staff akkademiku
3,809,858
1,359,206
5,169,064
5,286,547
Salarji staff mhux akkademiku
413,838
170,586
584,424
664,538
Infieq għall-operat
565,479
157,321
722,800
789,800
Infieq totali
4,789,175
1,687,113
6,476,288
6,740,885
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel privati li huma stmati li ser jibbenefikaw min-nefqa ta' €200,000 minfuqa fuq Learning Support Assistants tul is-sena 2009? Kif ser jiġu magħżula dawn l-LSAs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s’issa hemm sbatax-il tifel u tifla minn skejjel indipendenti li ġew statemented u hemm ħames applikazzjonijiet pendenti.
Issa li l-Gvern investa €200,000 għas-sena 2009, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ser jipproponi l-proċeduri kif dawn il-Learning Support Assistants jistgħu jiġu ingaġġati u allokati.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3148.