Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li għad għandhom il-ħlas tas-sussidji pendenti fil-mument? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Nefqa globali fuq Mobile Phones
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħti matul l-2008 kienet tammonta għal € 192,726.93.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati requisition orders fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, skond il-lokalità? Għalfejn ġew irtirati dawn ir-requisition orders? Kemm minnhom jirreferu għal orders li skattaw wara l-1995? Kemm inħarġu requisition orders sena b'sena mill-1995 sal-lum?
Jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li r-rekords tal-atti, mandati eċċ ikunu online?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parti mill-informazzjoni li qed jirreferi għaliha hija fil-fatt diġa' aċċessibbli fuq il-computers tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ippubblikati kotba bil-Malti sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-kotba bil-Malti ppubblikati f’dawn l-aħħar għaxar snin huma kif ġej:
SENA NRU. TA’ KOTBA
BIL-MALTI 1999 218
2000 210
2001 251
2002 281
2003 286
2004 250
2005 295
2006 291
2007 232
2008 158
L-ammont ta’ kotba għas-sena 2008 għad irid jiżdied peress li skond il-liġi tad-Depożitu Legali hemm żmien ta’ 3 xhur biex ktieb jiġi depożitat fil-Biblijoteka Nazzjonali u għaldaqstant għad iridu jidħlu diversi kotba li ġew ippubblikati fl-aħħar 3 xhur tas-sena 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġeit riferuta lilu u jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jwieġeb mistoqsija parlamentari 4397 u jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4397.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4400 u jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ħarġu 41 care order bejn Mejju u Novembru 2008. Informat ukoll li hadd mit-tfal ma qed jgħix mal-ġenituri.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 140 fejn il-Ministru għarraf li x-xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel kellu jitkompla mill-Works Division, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3669 u jgħid xi żviluppi saru li jwasslu biex ix-xogħol ta' tindif f'dan il-wied jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-enforcement minn naħa tal-MEPA sar u x-xogħol ta’ tindif fil-wied beda u mistenni jitkompla fl-imkien ma’ xi xogħol ieħor lejn nofs din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema sptarijiet barranin marru għal kura pazjenti Maltin? Kemm pazjenti Maltin marru fi sptarijiet barranin fl-aħħar tliet snin?
Kunsill Lokali Pembroke — laqgħa mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji sena b'sena mill-2000 sal-lum lokal b'lokal?
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jilqa' t-talba biex issir laqgħa bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-kunsill ta' Pembroke? Din it-talba saret fit-13 ta' Ottubru 2008.
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirrispondi għat-talba vis-à-vis il-finanzjament ta' żewġ inizjattivi sportivi tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. Dwar il-laqgħa mitluba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, din ser issir nhar it-Tlieta 20 ta’ Jannar, u f’din il-laqgħa tiġi diskussa ukoll il-materja tat-tielet parti tal-mistoqsija.
Ministeru tas-saħħa — talbiet pendenti fuq spiżeriji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li għandu l-Ministeru tas-Saħħa biex jinfetħu spiżeriji madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu t-talbiet li għadhom pendenti, għand il-Ministru jew għand xi awtorità li taqa' taħtu?
Warferina — testijiet tad-demm - l-Isptar minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Wara li xi xhur ilu, dawk li jitteħdilhom id-demm minħabba l-Warferina, u li jirrisjedu fin-nofsinhar tal-pajjiż, kienu nfurmati biex jibdew jagħmlu dan fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, dan l-aħħar, ħafna minn dawn il-persuni ġew imġiegħla jmorru jagħmlu dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei?
Huwa minnu li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid mhux qed jiġu aċċettati aktar minn 20 persuna kuljum għat-test tal-Warferina minħabba nuqqas ta' staff?
Hemm xi problemi raġjonevoli kbar li qed iżommu lid-dipartiment milli jerġa' jibda jadotta l-proċedura preċidenti biex jevita bosta problemi u inkonvenjent żejjed lil numru kbir ta' anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil Awtorità dwar it-Trasport milli timplimenta internament il-proġett propost u żviluppat mill-istess awtorità fi Triq il-Knisja (Church Street) f'Ħal Tarxien biex titwaħħal bus shelter fuq in-naħa minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku fid-direzzjoni tal-Belt Valletta kif fuq kollox kien jidher fil-pjanti oriġinali?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport ser tpoġġi lura f'postu bus shelter li kien inqala' mill-istess awtorità minn Triq il-Palma f'Ħal Għaxaq disa' xhur ilu bil-konsegwenza li ċ-ċittadini li jużaw dan il-bus stop fi Triq Ewlenija, spiċċaw mingħajr kenn sakemm ikunu qed jistennew it-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MCAST — Certificate in construction in stone - studenti li għaddew
Question
Tista' l-Ministru tgħid mill-istudenti tal-MCAST li għamlu l-kors certificate in construction in stone kemm għaddew studenti minn kemm ilu li beda dan il-kors?