Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5006 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Xahar Marka u Tip Ammont Imħallas Jannar 2008 Opel Corsa Enjoy € 9,655.26 Jannar 2008 Mazda 2 € 12,142.89 Jannar 2008 Opel Corsa Essentia € 9,240.62 Mejju 2008 Toyota Auris € 14,556.01

Agrikoltura — Kimiċi, erbiċidi, insettiċidi u fungiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid x’kien l-ammont użat matul is-sena 2007 ta': - a. Sterilitanti kimiċi biex jisterillizzaw il-ħamrija tas-serrer? b. Erbiċidi totali li ntużaw biex jeqred l-ħaxix ħażin mit-toroq? c. Erbiċidi selettivi mill-bdiewa biex jeħilsu minn ħaxix li mhux mixtieq fir-raba’ tagħhom? d. Insettiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom mill-insetti? e. Fungiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom minn mard tal-moffa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku fl-informazzjoni li qed jitlob.

Pestiċidi fuq ħxejjex u frott

Question

Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni u jgħid: Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun importat minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun imkabbar fl-għelieqi Maltin u Għawdxin? Matul dawn ic-checks ġieli instabu xi prodotti li kellhom livell aktar għoli ta' pestiċidi minn dak stipulat mil-liġi? Jekk fl-affermattiv, kien hemm xi bejjiegħ li kellu prodotti li kellhom aktar residwi ta' pestiċidi minn dak permess mil-liġi? Kif mexa d-Dipartiment tal-Agrikoltura fuq dawn il-każijiet u x'inhi n-norma tad-dipartiment f'każijiet li l-prodotti jkollhom residwi ta' kimika aktar għolja mil-livel rakkmandat mill-WHO?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, iżda għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor Membru biex jiċċara għal liema perjodu qed jirreferi.

Użu ta' kontroll bijoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid jekk il-Gvern hux qed joffri xi inċentivi lill-bdiewa biex jintuża l-kontroll bijoloġiku? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel reklamar sabiex iħajjar lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott frisk bl-użu tal-kontroll bijoloġiku jinvestu aktar f'din is-sistema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Marsaskala — Wied iz-Ziju - Esproprijazzjoni ta' l-art

Question

In segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3117, jista' l-Ministru jippreżenta mappa fejn jiġu ndikati: liema partijiet ġew provduti l-fondi għall-akkwist ta' l-art; liema partijiet għadhom ma ġewx provduti l-fondi; liema partijiet diġà tħallsu in toto; liema partijiet tħallsu parzjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontroll bijoloġiku mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema bdiewa kienu qed jużaw il-kontroll bijoloġiku biex jikkontrollaw l-impatt ta’ nsetti li jagħmlu l-ħsara fuq il-prodotti tagħhom u jgħid liema predaturi jew insetti parassitiċi ntużaw u fuq liema pests intużaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm 7 bdiewa li huma ċertifikati bħala produtturi organiċi filwaqt li hemm 5 oħra li qegħdin jaqilbu (in conversion)għal dan it-tip ta’ produzzjoni. Ma jinżammux rekords ta’ l-insetti li kull bidwi juża għall-kontroll bioloġiku.

Ħwienet tal-laħam — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet tal-laħam fis-sena 2007/2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm spezzjonijiet fl-2007/2008 li wasslu għat-teħid ta' xi kampjun tal-laħam minn ħwienet tal-laħam? Jekk fl-affermattiv, fejn kien ittestjat l-istess kampjun għal antibijotika jew inkella għal xi forma oħra ta’ impurities fil-laħam li normalment ikunu detected fl-ispezzjoni fil-biċċerija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Rapporti dwar laħam

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti bejn l-2007/2008 lill-iSpettorat tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li kien hemm xi bejgħ ta’ laħam minn produtturi lil xi ħwienet tal-laħam li kien kontaminat? Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi fejn ittieħdu passi u x’kienet il-proċedura li ttieħdet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5086 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enviroment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4798 u jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5087 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4895 u jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti kkonċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Climate and Energy Package

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4896 u jgħid x'kienu t-talbiet oriġinali ta' Malta qabel l-aħħar kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels dwar il-Climate and Energy Package u kemm minnhom ġew milqugħa? Liema kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-talbiet ta' Malta li ġew diskussi fis-sena ta’ negozjati dwar il-Climate and Energy Package li laħqu l-quċċata tagħhom fil-Kunsill Ewropej tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008, huma miġbura fid-dokument li diġà kien ingħata lill-istampa wara l-Konferenza Stampa li ta l-Prim Ministru fi Brussel fit-tmiem tal-Kunsill Ewropej fit-12 ta’ Diċembru 2008. Dan qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5092 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Artijiet — Kumpens

Question

B'referenza għal każ pendenti tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u cioè meta ser jingħataw il-kumpens lura mid-Dipartiment tal-Artijiet jew dak tax-xogħlijiet pubbliċi għas-siġar li tqaċċtulhom kważa tax-xogħlijiet li tlestew fil-Mtarfa bypass u l-ħamrija li nqalgħet minn posta b'dannu għall-prodott u għall-finanzi tar-razzett inkwistjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Siġġiewi — Ta' Kandja - ranġar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jara li triq li twassal mis-Siġġiewi sa Ta' Kandja sa l-Imqabba tingħata wiċċ ġdid u forsi ankè titwessa' f'xi partijiet dojoq tagħha peress li din it-triq tinstab fi stat hażin u hija wkoll triq li tintuża ħafna kemm mill-Maltin u ankè mit-turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar it-Trasport innutat it-talba mressqa mill-Onorevoli Interpellant, madankollu ix-xogħol mitlub mhux ippjanat għal din is-sena minħabba limitazzjonijiet finanzjarji u li hemm prioritajiet oħra. L-ADT tkun qed tikkonsidra din il-proposta fis-snin ta’ wara.

Ta' Sliema — Rudolph Street - Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jikonferma jekk fl-aħħar parti ta' Rudolph Street Ta' Sliema ħdejn l-Imperial Hotel saritx darbtejn? Jekk fl-affermativ għaliex sar hekk u kemm swiet aktar biex inqalgħet u reġgħet saret?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija tiegħu Nru 4384, rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5096 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Marsalfron Waterfront u Xlendi Waterfront — Kompetizzjoni għad-disinn

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront? Kemm ġew sottomessi għad-disinn tax-Xlendi Waterfront?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li saru seba' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u disa' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tax-Xlendi Waterfront.

Pubblikazzjoni dwar Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.