B'referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 4243, jista’ l-Ministru jagħtini l-informazzjoni mitluba anke dwar turisti barranin li żaru ‘l Għawdex u qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex iżda mhux f’akkomodazzjoni kollettiva?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-TOURSTAT survey li jkopri informazzjoni fuq l-iljieli li jqattgħu t-turisti f’akkomodazzjoni privata u kollettiva ma jagħmilx distinzjoni bejn Malta u Għawdex filwaqt li l-ACCOMSTAT survey jiġbor informazzjoni biss minn akkomodazzjoni kollettiva skond kif definit mill-Eurostat. Għaldaqstant din l-informazzjoni kif mitluba ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi kkomputat id-dħul tal-ħaddiema fid-diversi setturi ta’ l-attività ekonomika f’Għawdex biex jinħadem il-Prodott Domestiku Gross għal Għawdex? Jista’ jgħid kif jinħadem settur settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-ħaddiema ma jiġix kkomputat għad-diversi setturi ta’ l-attivita’ ekonomika f’Għawdex biex minnu jinħadem il-Prodott Domestiku Gross. Dan għaliex il-Prodott Domestiku Gross jinħadem min-naħa tal-produzzjoni. Id-dħul tal-ħaddiema ma jiġix ikkalkulat għal Malta u Għawdex separatament.
Għawdex — tfal jistennew deċiżjoni tal-Istatementing Board
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Istatementing Board dwar l-eliġibilità tagħhom għal facilitator? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlet l-applikazzjoni għal dan is-servizz? Tista tgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm 46 tifel u tifla fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew li jiġu quddiem l-iStatementing Board.
SENA
XAHAR
APPLIKAZZJONIJIET
2006
Lulju
2
2007
Mejju
1
Ġunju
1
Settembru
2
Novembru
1
2008
Frar
2
Marzu
2
April
7
Mejju
4
Ġunju
9
Lulju
8
Awissu
3
Settembru
2
Ottubru
1
Novembru
1
Il-Bord iltaqa’ f’Għawdex ħdax-il darba mis-sena 2003 sal-lum.
Id-Dati ta’ dawn il-laqgħat huma hekk:
04/09/2003, 11/08/2004, 06/04/2005, 25/08/2005, 27/03/2006, 24/11/2006, 18/06/2007, 20/11/2007, 29/04/2008, 04/08/2008, 29/08/2008.
Peress li rċevejt ilment għaliex quddiem il-poliklinika tar-Rabat m'hemmx parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità, tista' l-Ministru tindirizza dan l-ilment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat hemm parkeġġ reservat għall-Persuni b'diżabilita.
Peress li f'Għawdex mhux qed isiru korsijiet tal-ETC dwar literacy for employment tal-Malti u tal-Ingliz, minkejja li l-applikanti ilhom jiġu mwiegħda li dawn se jsiru, jista' l-Ministru jara li dawn il-korsijiet isiru?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul is-snin li ghaddew gew organizzati diversi korsijiet tal-Literacy for Employment f’Ghawdex kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliza.
Bejn 2006 u 2007, disgha w sittin (69) klijent attendew wiehed mit-tmin (8) programmi u gew organizzati gewwa Ghawdex.
Ninsab informat ukoll li fl-2008 saru tlett programmi u attendew sittax-il (
16)
klijent; erbatax-il ragel (14) u zewg (2) nisa, dan ghaliex qed isir ristrutturar tal-korsijiet, fejn tali korsijiet u korsijiet ohrajn ser jiffurmaw parti minn programm shih li ser ikun parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Tista' l-Ministru tgħid f'Għawdex x'opportunitajiet jeżistu għal dawk l-adulti li jixtiequ jieħdu tagħlim bażiku tal-Malti, Ingliż u Matematika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-prospett ‘Tagħlim Tul il-Ħajja’ 2008/2009 (paġna 42), ġew offruti dawn il-korsijiet fil-Basic Literacy: Malti Bażiku, Ingliż Bażiku u Malti għal min hu barrani. Noffru wkoll Matematika f’livell Ordinarju, Intermedjarju u Avvanzat.
Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi restawr tal-fdalijiet tal-Banjijiet Rumani ġewwa Għajn Tuffieħa? Meta ser jibda dan ix-xogħol jekk inhu l-każ u meta huwa maħsub li jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Heritage Malta rebħet fondi mill-UNESCO sabiex tagħmel rapport intensiv fuq il-qagħda tal-konservazzjoni tal-mużajċi kollha ta’ Malta li ftit minnhom jinsabu ukoll fuq dan is-sit Ruman. Sa llum diġa’ tlestiet id-dokumentazzjoni fotografika (Rectified Photography) tas-sit kollu u beda x-xogħol ta’ conservation mapping tal-istat tal-mużajċi tad-Domus Romana fir-Rabat. Wara li dan jitlesta x-xogħol se jkompli fuq il-banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn l-istudji wara jridu jiġu studjati mill-esperta Taljana li tqabbdet apposta sabiex jitnieda pjan ta’ xogħol li jiddetermina x’hemm bżonn bħala riżorsi sabiex il-proġett jkun jista’ jiġi ffinanzjat.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-camera li kienet twaħħlet fi Triq tal-Barrani kantuniera ma' Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll min kien talab sabiex din il-camera titwaħħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Għammieri ġewwa l-Marsa? Huwa minnu li dan il-post se jinbidel f'xi ħaġa oħra u mhux se jibqa' jintuża kif inhu fil-preżent? Jekk fl-affermattiv, x'se jiġri mill-post u min-nies li jaħdmu f'dan il-post? Kemm huma n-nies li qed jaħdmu ġewwa l-Għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru bħalissa għaddej b’eżerċizzju biex tiġi stabbilita l-funzjoni li għandu jieħu l-Għammieri fiċ-ċirkostanzi u realtà ta’ llum, fejn il-biedja lokali qed tagħmel avvanz fl-investiment tekniku u operattiv tagħha. Il-Gvern irid ikompli jaġġorna ruħu quddiem din ir-realtà ħalli jara x’funzjoni jista’ jaqdi l-Għammieri f’dan ir-rigward.
Bħalissa fl-Għammieri hemm 349 impjegat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif bniedem li kien qed jieħu l-pilloli li hu ntitolat għalihom minn spizerija partikolari, ikun jista' jibda jieħu l-istess pilloli minn spizerija oħra fl-istess lokalità? Kemm iddum biex din il-bida tiġi aċċettata mis-sistema mħaddma mill-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 4610. Ninsab informat illi l-bidla minn spiżerija għall-oħra tiġi aċċettata fi żmien ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni għand id-Dipartiment.
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?
Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sodod f'postijiet liċenzjati għal skop ta' turiżmu kif kien fl-aħħar ta' l-2008 skond il-kategorija tal-faċilità fl-inħawi li jifformaw il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet mogħtija flus mill-Unjoni Ewropea l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex ikunu jistgħu jintużaw għall-korsijiet marbuta mat-tagħlim tal-qari u l-kitba (literacy)? X'sar minnhom dawn il-fondi u kif intużaw u minn min? Hu minnu li dawn il-korsijiet jinsabu wieqfa u ma sarux? Jekk fl-affermattiv, għaliex u meta huwa maħsub li jerġgħu jibdew dawn il-korsijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’din l-aħħar programming period (2004 – 2006) il-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħrig inatat €390,193 mil-Fond Socjali Ewropew, li fost affarijiet oħra intużaw biex jiġu organizzati diversi programmi ta' taħrig, jiġi organizzat seminar, tiġi mneddija kampanja pubbliċitarja biex jinħoloq awareness fuq il-problema tal-illiterizmu u jiġi żvilluppat materjal li jintuża għat taħrig ta' l-adulti fil-Malti u l-Ingliż.
In-numru ta’ persuni li ġew imħarġa fil-perjodu 2005 sa 2008 jammonta għal 617 li minnhom 435 kienu rġiel u 182 kienu nisa. L-aħħar programmi li ġew organizzati mil-Korporazzjoni kienu f’Diċembru ta’ 2008. Bħalissa il-Korporazzjoni qed tipprepara biex toħrog sejħa għal-persuini biex iservu bħala trejners mal-Korporazzjoni biex jofru tgħalim fil-literiżmu taħt proġett ieħor b’fondi tal-ESF. La darba dawn it-trejners jiġu ikkuntratati il-Korporazzjoni tkun tista’ terġa tibda tofri programmi ta' taħrig f’dan il-qasam.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.