Sptar Ġenerali ta' Għawdex — pazjenti li inġarru lejn Sptar Mater Dei
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġarru pazjenti mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lejn l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar disa' xhur, tindika l-età u s-sess, ir-raġuni, meta ġew trasportati u b'liema mezz (jekk hux bil-helicopter jew ambulanza) u dan għal kull każ separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008?
Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008?
Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — twaħħil ta' barriers elettromekkaniċi
Question
Tista' l-Ministu tgħid lil min ġie kkummissjonat ix-xogħol ta' twaħħil ta' barriers elettromekkaniċi fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm sewa dan ix-xogħol?
Meta se jitneħħa l-asbestos mill-kuriduri tas-CCU u d-dipartiment tar-radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata illi l-offerta ta' twaħħil ta' barriers elettromekkaniċi fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għada ma ingħatatx, pero' huwa maħsub illi x-xogħol marbut ma dawn il-barriers, isir aktar tard din is-sena.
It-tender tat-tneħħija ta' l-asbestos qegħda fl-istadju ta' l-adjudication. Qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proċess tat-tneħħija ta' l-asbestos jibda dritt wara li tingħata t-tender.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-ispiżerija tal-Isptar Generali ta' Għawdex qiegħda tiftaħ mit-8.00am sa nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa meta l-ħaddiema fl-ispiżerija jispiċċaw fis-2 p.m.?
Tista' tgħid il-ħinijiet li fihom tkun miftuħa l-ispiżerija biex jinqeda l-pubbliku nhar ta' Sibt?
Tista' tgħid għaliex meta qed isir l-ħin li fih tagħlaq l-ispiżerija l-pubbliku li jkun qed jistenna fil-kju m'huwiex jinqeda u jkollu jerġa' jmur ġurnata oħra meta jkun hemm min ikun ilu jistenna aktar minn siegħa?
Hija konxja l-Ministru li dawn il-ħinijiet għandhom jitwalu minħabba li l-pubbliku mhux moqdi u ħafna morda qed ikollhom jistennew ħinijiet twal biex jinqdew?
Min approva dawn il-ħinijiet il-ġodda u min ħa r-responsabilità għal din id-deċiżjoni. Jekk hux is-supretendent ta` l-isptar, id-Direttur
Customers
service
jew jekk hix deċizjoni politika?
Kemm hemm ħaddiema fl-ispiżerija u l-grad ta` kull ħaddiem wieħed wieħed, il-ġranet tax-xogħol u l-ħinijiet ta` kull ħaddiem tal-ispiżerija wieħed wieħed?
Meta sa tiġi introddotta l-għażla tal-ispiżerija tiegħek f`Għawdex?
Lil min ingħata x-xogħol tat-twaħħil ta'
barriers
fid-daħla ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30am sas 1.00pm u s-Sibt, mis-7.30am sal-11.30am
Wara lment mill-ħaddiema tal-Ispiżerija dwar nuqqas ta
staff,
liema lment sar permezz tal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin fl-aħħar ta’ Novembru 2008, intlaħaq ftehim bejn il-
Union
u d-Direttur tal-
Customer Services
biex jinbidlu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Ispiżerija bi prova. Dan il-ftehim kien jinkludi wkoll li flok tkun miftuħa tieqa waħda, jinfetħu t-tnejn biex il-pubbliku jinqeda aħjar. Pero’ wara żmien ta’ prova rriżulta li l-ħin ma kienx jippermetti li kull min jattendi jkun jista’ jinqeda u għalhekk mill-ewwel ta’ Jannar 2009 il-ħinijiet tal-ftuħ reġgħu saru bħalma kienu qabel, jiġifieri kif indikat aktar ‘l fuq.
Ħaddiema fl-Ispiżerija
MIT-TNEJN SAL-GIMGĦA
1
Senior Pharmacist
1
Pharmacist
1
Senior Pharmacy Technician
2
Pharmacy Technicians
Kulħadd
7.00am - 14.30pm
7.00am – 14.30pm
7.00am - 14.00pm
7.00am – 14.00pm
IS-SIBT
7.00am – 12.00pm
M’aħniex f’pożizzjoni li ngħidu meta ser tiġi ntrodotta l-“Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek” f’Għawdex.
Dwar it-twaħħil ta'
barriers
fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal-mistoqsija Parlamentari Nru 5287.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5172 u jgħid minn min hu kompost il-bord tal-bennejja? Jista' jgħid mill-1987 'l hawn kemm-il darba nbidel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Bord tal-Bennejja jinħatar kull tlett snin u dak preżenti ġie maħtur fl-1 ta’ Jannar 2007 skond avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta’ Diċembru 2006. Nirreferi wkoll l-Onor Membru għall-website tal-ministeru fejn isib il-komposizzjoni tal-Bord.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid għaliex ilhom bosta xhur ma jsiru korsijiet ta' taħriġ fiċ-Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ħarrget aktar minn 6,800 persuna bejn Ottubru 2007 u Diċembru 2008. Lejn l-aħħar tas-sena 2008, l-Korporazzjoni kienet qiegħda f’kuntatti mad-Dipartiment tal-Kuntratti biex tipprepara biex toħrog sejħiet għal persuni biex jipprovdu s-servizzi ta’ taħrig tagħhom lill-ETC. Il-Korporazzjoni dalwaqt toħrog dawn is-sejħiet u tkun tista’ tibda numru ta’ skemi u korsijiet ta’ taħriġ li ser ikunu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmac li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?
Mosta — Awtorità dwar it-Trasport - tabelli bin-numru ta' rotot tat-trasport pubbliku
Question
Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru li permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport ħa l-iniżjattiva li fil-bus stops tal-Mosta jitwaħħlu tabelli bin-numru ta' rotot, jista' l-Ministru issa jara li mal-bini ta' Ċentru Ċiviku jew f'xi post ieħor ċentrali teħel tabella b'numri tar-rotot li tispjega d-destinazzjoni tar-rotot rispettivi? Din l-informazzjoni tiswa ħafna għat-turisti li jkunu qed jużaw is-servizz ta' trasport pubbliku.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tikkunsidra t-talba tiegħek.
Awtorità tad-Djar — postijiet li jkunu suġġett ta' konvenju
Question
Jista' l-Ministru jara l-Awtorità tad-Djar tagħmel tajjeb hija bħala garanzija għal dawk il-postijiet li jkunu suġġetti ta' konvenju ta' trasferiment fejn jiġi skopert li b'nuqqas min-naħa tal-Awtorità, ma jkunx għadu ġie finalizzat il-kuntratt oriġinali u b'hekk il-prospective buyer ma jkunx jista' jiġi onorat b'loan minn banek lokali? Jara l-Gvern li din hija inġustizzja kontinwa li għandha tieqaf minnufih, billi l-istess Awtorità tagħmel garanzija mal-istess bank għal dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar bus shelter f'Malta u f'Għawdex? Fejn twaħħlu dawn il-bus shelters? Meta hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4819 peress li l-applikant qed jgħid li fl-ebda ħin l-Awtorità tad-Djar ma reġgħet talbet dokumenti oħra biex jiġu sottomessi, b'riżultat li l-persuna b'diżabilità qed tħossha diskriminata mill-istess Awtorità, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ irċeviet id-dokumenti kollha relatati mar-riċerki u dawn qegħdin jiġu wkoll ivverifikati pero’ jidher li hemm bżonn xi dokumenti oħra għall-aktar verifika w għalhekk l-applikanti ntalbu jibgħatu dawn id-dokumenti. Hekk kif dawn id-dokumenti jiġu sottomessi l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista tkompli bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi Mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vetturi mikrija fil-mument li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma erbgħin. L-ammont tal-kirja globalment kull xahar hija ta’ €18,679.90.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2691 u jikkonferma jekk aperturi u gallariji tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2691.
Tista' l-Ministru tgħid kif huwa ppjanat li jintnefqu l-€438,000 ivvutati għal Child Care Centres tul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-somma ta’ €438,000 ivvutati għal Childcare Centres tul is-sena 2009 hija maħsuba sabiex tkopri r-rikurrent tal-iSmart Kids fil-Kottonera u f’B’Kara u l-iSmart Kids il-ġdid li se jibda jopera fil -Qawra inkluż il-pagi tal-impjegati f’dawn iċ-Ċentri.
Minn dan il-vot jiġu koperti wkoll xi spejjeż rikorrenti fiċ-
Childcare Centres
ta’ Ħal-Luqa, il-Għargħur u Raħal Ġdid.
Fondi oħra jridu jintefqu sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa sabiex jitlestew
childcare centres
ġodda li ser jinfetħu matul is-sena li ġejja, fosthom dak li ġie identifikat fis-Siġġiewi.
Restructuring — Public Broadcasting Services - Vot 5438 - Estimi 2009
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex huwa ppjanat li jintnefqu l-€747,000 ivvutati għal restructuring of Public Broadcasting Servicesgħas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ta’ €747,000 ivvutati għar-restructuring tal-Public Broadcasting Services Ltd. għall-2009 huwa kontinwazzjoni ta’ pagamenti mis-sena 2004 kif ġej:
Salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u
bonuses
ta’ impjegati
redeployed
.
Skemi A u B ta’ irtirar kmieni – pagamenti ta’ żewġ terzi tas-salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u
bonuses
lil dawk l-impjegati li ħadu l-imsemmija skemi fl-2004.