Legislature:
Category:
Reset
Active:

kwalità tal-uniformi tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb qabel ma jasal is-sajf, li jsir upgrading tal-kwalità tat-tessut li jintuża fl-uniformi tas-sajf tal-pulizija, meta dan wara ftit jitlef il-kulur ikħal tiegħu, b'effett fuq id-dehra tal-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-materjal li jkun propost mill-kuntratturi li jitfgħu it-tender sabiex ifornu l-uniformijiet lill-Korp tal-Pulizija, huwa suġġett għal testijiet li jsiru mil-Laboratorju Nazzjonali. Infurmat ukoll illi jekk jirriżulta li jkun hemm uniformijiet difettużi jew mhux skont l-ispeċifikazzjoniet mogħtija, dawn jiġu rifjutati.

Spetturi f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spettur hemm f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm ħdax il-Distrett li jkopru fihom wieħed u għoxrin diviżjoni. B’kollox hemm wieħed u tletin Spettur assenjat xogħol f'dawn id-diviżjonijiet, li huma maqsuma kif ġej:- Fi ħdax il-diviżjoni - Spettur kull wieħed F'seba diviżjonijiet - 2 Spetturi kull wieħed F'żewġ diviżjonijiet - 3 Spetturi kull wieħed

Institute of Forensic Studies — akkademja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru, jekk fil-fatt saru, mal-Institute of Forensic Studies tal-Università ta' Malta, sabiex it-tagħlim tal-membri tal-Korp isir fl-istess akkademja tal-pulizija u dan sabiex l-bini tal-akkademja tal-pulizija l-ġdida, ikun verament akkademja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Institute of Forensic Studies jiġi kkonsultat minn żmien għall-żmien u dan għal diversi proġetti li l-Ministeru jħoss li għandu bżonn s-servizzi jew l-pariri tiegħu.

Administrative Law Enforcement Section — bċejjeċ tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm-il biċċa tal-baħar qed tintuża preżentament mill- Administrative Law Enforcement Section tal-Korp tal-Pulizija? b) Kemm-il sena għandhom il-bċejjeċ tal-baħar tal-ALE?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta’ l- Administrative Law Enforcement tal-Pulizija fil-preżent qed tagħmel użu minn erba’ opri tal-baħar. Waħda bdiet tintuża minn din it-Taqsima fl-1996, oħra fl-2003 u tnejn fl-2005.

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm-il vettura tal-Korp tal-Pulizija ġiet skreppjata fl-aħħar ħames snin? b) Qiegħed isir VRT fuq il-vetturi kollha tal-Korp? ċ) Hemm xi ħsieb li l-vetturi tal-użu ta' supretendenti tad-distretti jiġu mibdula?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 59 vettura tal-Korp tal-Pulizija li ġew skrappjati. Infurmat ukoll illi il-vetturi isirlhom il-VRT meta jkun imisshom. Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tqassim ta’ vetturi fil-Korp isir skont l-esiġenzi tas-servizz.

Korp tal-Pulizija — IT Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed issir minn naħa tal-IT Section tal-Korp tal-Pulizija, b'kollaborazzjoni mal-MITTS, sabiex jitwaqqaf l-ispam kontinwu fuq l-email tal-Gvern li jużaw il-pulizija, liema spam qed jimbblokka l-istess ħruġ u dħul tal-emails ġenwini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-sistema ta’ l-email li tintuża mill-Korp tal-Pulizija, bħal kull Dipartiment Governattiv ieħor, hija mantenuta totalment mill-MITA (ex-Mitts). It-Taqsima ta’ l-I.T. tal-Pulizija m’għandha l-ebda kontroll fuq dan is-server u l-management tiegħu. Infurmat ukoll illi għalkemm dan l-SPAM jista' jkun ta’ inkonvenjent sakemm wieħed iħassru, it-Taqsima ta’ l-I.T. tal-Pulizija qatt ma kellha rapporti minn xi membru tal-Korp relatati ma ostakli fid-tħaddim tas-sistema ta' l-email minħabba l-iSPAM.

Fondazzjoni Arka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 690 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa — dejn mad-distributuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008, kemm kien id-dejn tad-Dipartiment tas-Saħħa mad-distributuri tal-mediċini, kemm distributuri Maltin kif ukoll barranin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — bini - fondi mill-Kumitat Soċjali Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern Malti u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ingħataw fondi: forma ta' self mill-kumitat Soċjali Ewropew għall-bini tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4706 u 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Litter Act — Kontravvenzzjonijiet

Question

Heading: Litter Act Sub Heading: Kontravvenzjonijiet PQ Text: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-Litter Act f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3209.

Dipartiment tas-Saħħa — Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-2008 kemm irriżenjaw mid-Dipartiment tas-Saħħa: a)Speċjalisti b)Tobba ċ)Dentisti d)Infermiera e)Qwiebel f)Professjonisti elenkati fil-lista ta' professjonisti relatati mas-saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbeda t-tħaffir għaż-żejt fin-Nofsinhar ta' pajjiżna fix-xhur li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din-informazzjoni diġà ġiet mogħtija fi Press Releases tad-DOI fl-14 ta’ Diċembru 2007 u fit-18 ta’ Lulju 2008

Valletta — Roundabout

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4944 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li r-roundabout ta' quddiem Kastilja fejn hemm Manwel Dimech, titneħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-pjazza mhijiex inkluża fil-programm ta’ xogħlijiet tat-Taqsima tax-Xogħolijiet.

Titjiriet regolari — Svezja u Norvegja

Question

Din ix-xitwa l-industrija tat-turiżmu f'Malta b'dispjaċir tinnota li ma kien hemm l-ebda titjiriet bi skeda mill-ibliet ewlenin tal-Iskandinavja jiġifieri Stokkolma (Svezja) u Oslo (Norvegja). Jista’ Prim Ministru jsserraħ moħħ il-Kamra u s-settur turistiku li tal-inqas mis-sajf li ġej sejjer ikun hemm titjiriet bi skeda regolari u fit-tul minn dawn iż-żewġt ibliet importanti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Titjiriet regolari — Svezja u Norvegja

Question

Din ix-xitwa l-industrija tat-turiżmu f'Malta b'dispjaċir tinnota li ma kien hemm l-ebda titjiriet bi skeda mill-ibliet ewlenin tal-Iskandinavja jiġifieri Stokkolma (Svezja) u Oslo (Norvegja). Jista’ Prim Ministru jsserraħ moħħ il-Kamra u s-settur turistiku li tal-inqas mis-sajf li ġej sejjer ikun hemm titjiriet bi skeda regolari u fit-tul minn dawn iż-żewġt ibliet importanti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninstab infurmat li: Ryanair qegħda topera żewġ titjiriet kull ġimgħa minn Stokkolma (Svezja) matul din ix-xitwa, li jibqgħu sejrin matul is-sajf li ġej ukoll. Minn April 2009, il-linja ta’ l-ajru SAS se joperaw żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Stokkolma (Svezja). L-Awtorità qed tistenna risposta fuq titjiriet minn Oslo (Norveġja). Hemm ukoll arranġamenti għal numru ta’ titjiriet chartered minn varjeta’ ta’ bliet Skandinavi li jinkludu Helsinki, Billund, Malmo, Gothenburg, u x’aktarx anke Oslo li mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin u jkomplu matul l-istaġun tas-sajf.