Legislature:
Category:
Reset
Active:

Passi biex jitneħħa periklu

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-Pulizija tal-Għassa tal-Mosta jara li jitieħdu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa l-periklu li hemm f'bini li jidher li ser jaqa' li qiegħed biswit bini ieħor li dettalji tiegħu qedgħin jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-pulizija qed tieħu l-azzjoni meħtieġa.

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet strutturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena, tax-xogħlijiet infrastrutturali kolla (inkluż toroq) li saru mill-Gvern Ċentrali f’Ħaż-Żebbuġ, mill-2005 sal-2008? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li huma fil-programm tal-Gvern Ċentrali u jagħti l-ordni ta' prijorità tal-istess xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji — konnettività tal-internet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel primarji u skejjel sekondarji li għandhom il-konnettività tal-internet? F'dawk l-iskejjel li hemm il-konnettività tal-internet, tista' tgħid jekk din hix lokalizzata f'xi computer lab partikolari jew jekk hix mifruxa madwar l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kapijiet, Assistenti Kapijiet ta’ l-iskejjel u segretarji ta’ l-iskejjel kollha ġew provduti bl-internet account. L-iskejjel kollha għandhom il-konnettivita’ bl-internet. • 72 skola primarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-klassijiet mill-ewwel sas-sitt sena. • 6 skejjel speċjali għandhom Internet Broadband. Żewġ skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-klassijiet kollha. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Skola waħda għandha l-Internet fl-uffiċini u fi kmamar oħra. • 32 skola Sekondarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini, staff-rooms, u l-klassijiet kollha. • 2 skejjel Higher Secondary għandhom Internet Broadband. Fi skola waħda l-aċċess huwa mifrux fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Fl-iskola l-oħra għandhom l-istess ħaġa ħlief li fi blokk wieħed hemm aċċess għall-Internet f’kull kamra. Għar-rigward l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti il-konnettivita’ ta’ l-internet hija hekk: 24 skola primarja tal-Knisja kollha għandhom il-konnettivita’ ta’ l- internet , 5 lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 19 mifruxa madwar l-iskola. 22 skola sekondarja tal-Knisja għandhom wkoll il-konnettivita’ ta’ l- internet kollha, 2 minnhom lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 20 mifruxa madwar l-iskola. F’14-il skola primarji indipendenti, 13 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 6 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola. F’10 skejjel sekondarji indipendenti, 9 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 2 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola.

Tagħmir tat-Tekonoloġija tal-Informatika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar investiment f'akkwist ta' tagħmir (hardware) tat-Teknoloġija tal-Informatika fl-iskejjel primarji tul dawn l-aħħar għaxar snin? Tista' tgħid x'kienet in-nefqa komplimentari f'manutenzjoni ta' dan it-tagħmir? Tista' tgħid x'inhi l-età medja tal-computers fl-iskejjel primarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Berġa ta' Provenza — swali għall-esibizzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm swali fil-Berġa ta' Provenza li jistgħu jintużaw bħala swali għall-esibizzjoni permanenti ta' oġġetti arkeoloġiċi? Tista' tgħid kemm minn dawn is-swali qed ikunu wżati u miftuħa għall-pubbliku? Kemm hemm swali li qed isir xogħol fuqhom sabiex jitqiegħdu għall-esibizzjoni permanenti u meta hu skedat li jitlesta dan ix-xogħol? X'se tkun in-nefqa għal dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija hemm tlettax-il sala li jistgħu jintużaw għall-wirja permanenti. Sitta jinsabu fis-sular t’isfel u jintużaw għall-wirja permanenti fuq il-preistorja, u huma miftuħin għall-pubbliku. Ħames swali oħra jinsabu fis-sular ta’ fuq. Bħalissa qed isir xogħol fuqhom sabiex tiżdied il-wirja permanenti. Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fl-2010. L-ispiża totali għal dan il-proġett hija ta’ 400,000 Ewro. Intefqu wkoll 200,000 Ewro għar-restawr tal-faċċati li jagħtu għal Triq Melita u Triq il-Karru sabiex dawn is-swali jkunu jistgħu jilqgħu fihom il-wirja permanenti.

Oġġetti storiċi tal-età punika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu oġġetti storiċi tal-età punika il-mużew tal-arkeoloġija jew Heritage Malta taħt il-kustodju tagħha? Kemm minn dawn qedgħin Għawdex u kemm minnhom huma f'Malta? Kemm mill-kollezzjoni t'oġġetti huma dawk li qedgħin jiġu esebiti b'mod permanenti u kemm hemm fil-kollezzjoni riserva? Tista' tgħid fejn tinżamm din il-kollezzjoni riserva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-oġġetti arkeoloġiċi tal-perjodu Puniku fil-kollezzjoni nazzjonali jammontaw għal madwar 6730. Madwar 1150 jinsabu Għawdex u minn dawn hemm 150 li huma esibiti fil-Mużew tal-Arkeoloġija ta’ Għawdex. Barra minn dawn hemm ammonti konsiderevoli ta’ oġġetti tal-perjodu Puniku li ġew skavati mill-Missione Arkeologika Taljana li għadhom fil-kustodja tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Bħalissa m’hemm xejn minn dawn l-oġġetti għall-wiri iżda ladarba jitlesta x-xogħol fis-swali tal-Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija se jkun hemm madwar 150 oġġett Puniku esibit. L-oġġetti kollha msemmija jinsabu maħżuna f’għadd ta’ binjiet ta’ Heritage Malta.

Airport Tax refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrasttruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fl-Air Malta fejn jidħol ir-refund tal-Airport Tax għal dawk li laħqu bbukkjaw titjiriet qabel l-1 ta' Novembru 2008? Kemm hu l-ammont ta' flus f'refund li ħallset l-Air Malta s'issa għal dan il-għan? Kemm hu l-ammont ta' flus li għad iridu jiġu mħallsa? Meta se jsir dan il-ħlas?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Council of European Energy regulators u European Regulators' group for Electircity and Gas — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha Malta fl-Unjoni Ewropea kemm-il darba l-Awtorità Maltija tar-Riżorsi ħadet sehem f’attivitajiet tal-Council of European Energy Regulators u tal-European Regulators' Group for Electricity and Gas ? Minn min kienet rappreżentata, x’kienu l-attivitajiet u x’kien l-input tagħna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi hija membru tas-CEER u l-ERGRG, kif wkoll tal-MEDREG -il fergħa reġjonali tas-CEER li tinkludi fiha ir-Regolaturi tar-reġjun tal-Mediterran. L-MRA hija attiva ħafna f’dan il-forum. Għandha rappreżentanza fil-kumitat Ad Hoc tal-MEDREG, ( Group on Institutional issues, Group on Electricity, Group on Gas, Group on Environment, RES and Energy Efficiency ). Issa ser tibda perjodu ta’ Vice Chairmanship tar-RES group. Il-MEDREG s’issa kkonċentrat fuq ‘ comparative u benchmark studies’ biex tiddetermina best practices . Esperti ta’ l-MRA ħadu sehem f’dawn l-eżerċizzji. Ħadu sehem ukoll f’diskussjonijiet li saru dwar grids ta’ l-elettriku u gas fil-Mediterran, kif ukoll fuq il- Mediterranean Solar plan . Il-Kap Eżekuttiv ta’ l-MRA jattendi għall-Assemblea ġenerali tal-MEDREG, li issir darbtejn fis-sena.

Industrija tal-apikultura

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan t'azzjoni għandu l-gvern rigward ir-ristrutturar għall-industrija tal-apikultura u jekk għandux il-ħsieb li jifrex dan il-mestjier fin-Nofsinhar ta' Malta ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5233 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Partijiet li qed jintużaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5234 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Boffa u Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — pjaniniet tal-gvern fuq dawn il-postijiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629, jista' l-Ministru jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vjolenza fil-grouds tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti minħabba vjolenza fil-grounds tal-football fl-Istadium Nazzjonali, fil-Hibs Ground f’Kordin, fil-Victor Tedesco Stadium, fiċ-Centenary Stadium u fil-Gozo Stadium minn Settembru li għadda sat-13 ta’ Jannar 2009 u dan separatament? Jista' jgħid jekk itteħdux passi kontra xi nies li daħlu ħdejn id-dressing room tar-referees wara l-logħba Sliema /Qormi fil-ground ta’ Kordin ix-xahar li għadda fejn kien hemm xeni vjolenti, kliem ħazin u ġlied mal-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Settembru 2008 u t-13 ta’ Jannar ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet 8 persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ reati mwettqa fil-grounds tal-football. Tlieta kienu dwar inċidenti li seħħew fl-Istadium Nazzjonali, tnejn fil-Victor Tedesco Stadium u tlieta oħra fis-Centenary Stadium. Infurmat ukoll illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar l-inċident imsemmi fl-aħħar parti tal-mistoqsija għadha mhix magħluqa.

Ħaż-Żabbar — Triq l-Għargħar - bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5248 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fir-round ta’elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu x’kien il-persentagg ta’ votanti f’kull lokal ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5249 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5250 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant' Antnin — impatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll: a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi? b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus? ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħat f’xi seduta oħra.