Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5180 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għansielem — xogħlijiet mingħajr permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4443 dwar xogħlijiet li saru fi Triq f’Għajnsielem mingħajr il-permessi meħtieġa, tista’ Ministru tgħid x’inhu l-grad Tal-uffiċjal li rċieva l-ilmenti tan-nies; tal-uffiċjal li għamel it-talba għal dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li ordna x-xogħlijiet; tal-uffiċjal li approva x-xogħlijiet; tal-uffiċjal li kellu l-kompetenza li japprova dawn ix-xogħlijiet tal-uffiċjal li assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li approva li l-ħaddiema jiġu assenjati fuq dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li għamel it-talba għall-materjal għal dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li approva li joħroġ il-materjal; tal-uffiċjal li ċċertifika li x-xogħlijiet kieku saru skond il-proċeduri u r-regolamenti li jirrigwardaw xogħlijet bħal dawn; tal-uffiċjal li approva l-pagamenti tal-ispejjeż għal dawn ix-xogħlijiet? Tista’ l-Ministru tgħid kemm swew dawn ix-xogħlijiet maqsumin fuq spejjeż ta’ ħaddiema, materjal u inġenji rispettivament? Tista’ tgħid jekk kenitx taf li se jsiru dawn ix-xogħlijiet u jekk tatx l-approvazzjoni tagħha għalihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi għar-risposta tiegħi datata 09/12/08 għal-mistoqsija parlamentari Numru 4443 li tirrispondi ukoll l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari Numru 5180. Inżid li x-xogħlijiet in kwistjoni swew għal inċirka Euro2,830 f'materjal u Euro 2000 f'pagi tal-ħaddiema.

Għawdex — Ċittadella - restawr u riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tiegħu? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor membru li l-Ministeru qed jalloka s-somma totali ta’ Ewro 7,252,431 għal xogħol fuq iċ-Ċittadella f’Għawdex. Ix-xogħol imfassal hu estiż matul is-snin 2009-2013, u jinkludi studji meħtieġa, u interventi ta’ konsolidazzjoni u restawr tas-swar. 85% ta’ din is-somma hi ko-finanzjata minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea, u n-nefqa diretta tal-Ministeru sal-2013 hi ta’ Ewro 2,028,222. Minn din is-somma hu pjanat li matul l-2009 jintefqu Ewro 84,609.

Statistika dwar investiment barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli l-istatistika dwar investiment barra minn Malta tinżamm separatament ukoll dwar f’Għawdex? Jista' jara li din l-istatistika dwar Għawdex tibda tinżamm?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5183 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċittadella - restawr u riabilitazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li huwa stmat li madwar 60,000Euro ser jintużaw għar-restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella fl-2009. Ix-xogħlijiet ta' restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella huma kontinwi.

Pilot survey dwar in-nefqa fi btala f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4953, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

TOURSTAT — tibdil fl-istruttura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4560 dwar dħul gross mit-turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istruttura tat-TOURSTAT tistax tinbidel? Jekk le, għaliex? Jekk fl-affermattiv għaliex ma tinbidilx?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-survey tat-TOURSTAT isir skond metodoloġija rikjesta mill-Eurostat, u li hija komuni għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja. L-informazzjoni tinġabar dwar in-nefqa tat-turisti skond il-klassifika tan-NUTS 1, jiġifieri għal Malta u Għawdex flimkien. S’ issa ma hemm l-ebda ħsieb li din il-metodoloġija tinbidel.

Gozo Channel — Kiri ta' Terminal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4076 u 4563 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3759, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju li kellu jsir fuq l-applikazzjonijiet għas-sussidju għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ? Jista' jgħid meta l-bdiewa se jibdew jieħdu l-ħlas tas-sussidju mwiegħed lilhom mill-Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Aġenzija għall-Pagamenti għadha għaddejja bl-eżerċizzju ta' verifika dwar is-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjiegħ fl-għelieqi u qiegħda toħrog il-pagamenti gradwalment għal dawk li jikkwalifikaw għal ħlas.

Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Haż-Żebbuġ, b'mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5203 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li kienu akkużati b'abbuż fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes, fil-fatt instabu ħatja mill-qrati Maltin? Kemm fadal, jekk fadal, persuni li għalkemm ġew akkużati, għadhom ma ttellgħux il-qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s'issa, mill-Qorti ġew deċiżi 408 każ relatat ma' l-abbuż fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan tad-dgħajjes. Minn dawn, 399 insatbu ħatja, filwaqt li 35 każ għadhom pendenti quddiem il-Qorti u ħames każijiet oħra għad iridu jitressqu.

Studenti li jattendu l-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li jattendu l-MCAST u li ġejjin minn lokalitajiet li jinsabu fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali lokal, lokal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Distrett Lokalita’ Numru ta’ Studenti Seba’ Żebbuġ 140 Dingli 56 Mġarr 51 Mtarfa 26 Rabat 144 Ħdax Mdina 1 Attard 136 Balzan 36 Mosta 284 Tnax Mellieħa 93 Naxxar 142 San Pawl il-Baħar 53

ADI — xogħlijiet ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4930 u jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5207 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz b'xejn lill-famliji Maltin u Għawdxin

Question

Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jwieġeb mistoqsija parlamentari 4292 u jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5208 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xagħra l-Ħamra — Park Nazzjonali Naturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4928 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4771, 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kiosk — Tneħħija ta' mwejjed u siġġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħew l-imwejjed u siġġijiet li kellha kiosk li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta tali negozju kellu wkoll il-permessi mad-Dipartiment tal-Artijiet mħallsa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.