Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5106 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha matul is-sena 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008, kienet ta' Euro20,209,88.
Leg 11 PQ #5107 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Minister għall-Gustizzja u l-Intern — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5108 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mellieħa — Impjant tat-trattament tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4468, 4114, 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa beda jopera u jittratta d-drenaġġ għall kwalita neċessarja biex jintefa’ il-baħar nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2008. Il-valur oriġinali tat-tender għall-impjant kien jammonta għall valur ta’ €8.97 miljun (€4.97 miljun għall-impjant u €4.0 miljun għal diversi mejnijiet ġodda u it-tisħiħ ta’ żewġ pumping stations prinċipali) liema spiża fuq l-impjant telgħet għal €10.57 miljun, b’żieda ta’ €1.6 miljun minħabba tibdil fis-sit ta’ l-impjant rikjest mill-MEPA wara li ġie iffirmat il-kuntratt fuq il-proġett. Il-kont finali kien €100,000 għola mill-valur stmat. Il-varjazzjonijiet kollha ġew kollha ivverifikati u approvati u fadal jitħallsu €640,000. Il-Korporazzjoni m'approvatx talbiet għall-varjazzjonijiet li jammontaw għal €3.2 miljun filwaqt li qed iżżomm id-dritt li tieħu azzjoni kif tagħtiha l-liġi kontra l-konsorzju minħabba d-dewmien biex jitlesta l-impjant kif ukoll għal xogħlijiet li ma sarux skond is-sena jew ma laħqux l-ispeċifikazzjoni mitluba fil-kuntratt. L-impjant għandu il-kapaċita’ jittratta medja ta’ 6,700 metru kubu ta’ drenaġġ kuljum. Il- konsum elettriku mid- 29 ta’ Settembru 2008 sal- 15 ta’ Jannar 2009 kien 503,532 kwh. Dan ifisser li l-impjant kellu konsum medju ta’ 4662 kwh kuljum għal dan il-perijodu.

Proġetti mwettqa mill-kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4472 u jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Burmarrad u San Pawl il-Baħar — Installazzjoni ta' Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport li l-pelican lights li hemm approvati f'Burmarrad u San Pawl il-Baħar jiġu installati qabel ma jkun hemm xi inċident fatali? Jista' fl-istess ħin jiġi assigurat li fl-inħawi tal-Qawra (fejn il-flats magħrufa bħala tal-Big Ben) qrib il-garaxx li jintuża bħala kappella tiġi approvata u installata pelican light qabel ikun hemm inċidenti iktar serji minn dawk li seħħew s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed jiġi ppreparat it-tender għall-installazzjoni tal-pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u saret ukoll talba lill-Enemalta biex jiġu installati belisha lights fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar qrib il-garaxx imsemmi.

Buġibba/Qawra — bus terminus

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bus terminus ta' Buġibba/Qawra jaqax taħt ir-responsabilità tal-Awtorità dwar it-Trasport jew le? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar taħt liema awtorità jaqa' dan it-terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-terminus ta' Buġibba/Qawra jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Leg 11 PQ #5176 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qasam tax-xogħol f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2000 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru 2008: in-numru ta’ nies (i) jaħdmu għal rashom u (ii) impjegati, (iii) nies qiegħda u (iv) nies inattivi skond il-grupp ta’ l-eta’ tagħhom(15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64); ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva kif ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom; in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006 u jgħid: x’kien l-ammont ta’ kull pagament, maqsum f’fondi ta’ Malta u fondi tal-EU; lil min tħallsu u fejn hi r-residenza ta’ min irċieva l-pagament: Malta, Għawdex jew xi pajjiż barrani; kif kien maqsum kull pagament: xogħlijiet, servizzi, tagħmir, materjal, eċċ li pprovda min irċieva l-pagament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5178 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benfiċċji ta' Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali li tħallsu lil residenti ta’ Malta u Għawdex, kull gżira għaliha, kull kwart tas-sena mill-1999 lil hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benfiċjarji f’kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Ġbir tal-informazzjoni mitluba jinvolvi l-użu ta’ riżorsi u żmien konsiderevoli. Miniex sodisfatt li l-utilita tal-informazzjoni daqshekk dettaljata mitluba f’din il-mistoqsija, tiggustifika li għandha tinġabar.
Leg 11 PQ #5179 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sodod u units Liċenzjati f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm units u sodod liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-lum fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika kollettiva u f’akkomodazzjoni self-catering, f’kull każ skond in-natura u l-klassifikazzjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.