Legislature:
Category:
Reset
Active:

Interventi fil-kirurġija, ortopedija u oftalmoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi fil-kirurġija, ortopedija u oftalmoloġija f'sena b'mod globali bejn 1 ta' Diċembru 2006 u l-1 ta' Diċembru 2007? Kemm saru interventi ta' l-istess tip bejn t-2 ta' Diċembru 2007 u t-2 ta' Diċembru 2008? Kemm huwa ppjanat li jkun hemm interventi bejn t-3 ta' Diċembru 2008 u t-3 ta' Diċembru 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li r-records dwar l-informazzjoni mitluba jinżammu sa’ l-aħħar ta’ Ottubru ta’ kull sena u mhux kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Id-dettalji dwar l-interventi li saru bejn l-1 ta’ Novembru 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008 huma kif jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Advanced street light optimization systems

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jintroduċi advanced street light optimization systems li jinkludu adaptive lighting control, improved lamp performance, kif ukoll sistema wiesgħa ta’ centralized street light asset management? Dan billi sistemi simili jnaqqsu sostanzjalment il-konsum tal-enerġija, il-maintenance costs u anke l-impatt ambjentali? Kif jaf żgur il-Ministru jeżistu wkoll sistemi stand alone ta’ lamp control li jsaħħu l-performance u l-effiċjenza fi street lighting simili permezz ta’ retrofitting ta' lamp controllers għal street lighting fixtures eżistenti.

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa għarraft lill-Kamra b'risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru 3811, Il-Gvern għandu l-ħsieb li jinstalla sistema ta’ street lighting dimming b’centralized control biex inaqqas il-livell tad-dawl f’diversi toroq waqt li l-ħin li t-toroq ma tantx jintużaw. Barra minn hekk se jitneħħa xi street lighting zejjed li se jigi mibdul b’sinjali li jirriflettu dawl waħedhom jew cats eyes fejn hu applikabbli.

Safi — Triq Bieb il-Ġarra kantuniera ma' Triq San Gwann - Double Yellow Line

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għamlitx id-double yellow line fil-kantuniera bejn Triq Bieb il-Ġarra u Triq San Gwann ġewwa Hal Safi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq San Gwann hija arterjali sa Triq San Pawl. Il-kantuniera msemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn total ta' 290,672 metru kwadru, 0.107 fil-mija minnhom huma mgħammra b' "photovoltaic cells". Dan ma jinkludix il-Malta Shipyards li m'għandiex "PV Cells" għax l-informazzjoni dwar id-daqs tal-bjut ma tistax tinġabar.

Roundabouts — arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4794 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Sezzjoni tal-accounts

Question

B'referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 4446 dwar nefqa kurrenti, tista’ l-Ministru tgħid: (i) Jekk is-sistema tal- accounting tal-Ministeru tagħha hijiex kompjuterizzata? (ii) Minn min hija amministrata din is-sistema u min hu responsabbli li din tkun kontinwament aġġornata? (iii) Jekk is-sezzjonijiet tal- accounts humiex obbligati li minn rajhom idaħħlu fis-sistema d- data dwar l-infiq tagħhom fl-istess jum li jsir il-pagament? Jekk mhux il-każ, kemm għandhom żmien biexidaħħlu din id- data ? (iv) Liema sezzjonijiet tal- accounts fl-14 ta’ Novembru 2008 kienu għadhom ma daħħlux id- data dwar il-pagamenti li kienu għamlu sat-30 ta’ Settembru 2008; X’inhu x-xogħol li dawn is-sezzjonijiet tal- accounts kellhom jagħmlu bejn it-30 ta’ Settembru u t-18 ta’ Novembru ta’ din is-sena iżjed milli jkollhom x'jagħmlu matul il-bqija tas-sena ? X’inhu x-xogħol tagħhom matul il-bqija tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nassigura lill-Onorevoli Nterpellant li s-sezzjoni ta' l-accounts fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hija effiċjenti fix-xogħol tagħha. Għaldaqstant il-fatt li din is-sezzjoni ma rnexxielhiex tiġbor l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 4446 fil-ħin mitlub ma kieanx dovut għal xi nuqqas mill-parti tagħha.

Ġbir ta' taxxa tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabar taxxa tal-VAT s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minn dak li ġabar tħallsu mill-industriji u kemm mill-edukazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru 2008, id-Diaprtiment tal-VAT ġabar €448,254,925.15 bħala taxxa tal-VAT. Id-Dipartiment tal-VAT għandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Peress li fid-denunzja jidher ammont globali u mhux ammonti speċifiċi għas-setturi partikolari, l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Bormla — Irranġar ta' triq quddiem l-Iskola G. Despott

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tigi rranġata darba għal dejjem il-problema fit-triq quddiem l-iskola Guzeppi Despott f'’Bormla, fejn wara kull xita jinġabar kwantita` kbira t'ilma eżattament quddiem il-bieb l-antik tad-dħul mill-iskola?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT biex tittieħed azzjoni dwarha.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Valur miżjud gross

Question

B’referenza għall-Valur Miżjud Gross għas-snin 2004-2007 kif ippubblikat fl-NSO News Release Nru 231/2008, jista’ l-Ministru jagħti dan il-valur maqsum skont il-komponenti tiegħu e.g. dħul mill-impjiegi u qliegħ minn negozju u skont l-industrija (A6) (Tabella Nru 1 tan-News Release)? Jista’ jagħti kemm kien in-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skont l-industrija (Tabella 3 tan-News Release)? Jista’ jagħti dan it-tagħrif (i) dwar valur u (ii) dwar numru ta’ impjiegi (employment), maqsum għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Valur Miżjud Gross (VMG) għal Għawdex jinħadem biss mill-Production Approach. Id-dħul mill-impjiegi u l-qliegħ minn negozji huma ż-żewġ komponenti ta’ l-Income Approach. Għaldaqstant il-VMG ma jistax jinqasam b’komponenti mill-Income Approach għax din l-Approach ma tinħadimx għal statistika reġjonali skond il-livell ta’ NUTS III. In-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skond l-industrija huwa maqsum kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5010 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1024 u 3859 rispettivament.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk Sena 2008 Nru. Ta' Karozzi Marka Tip Ammont April 1 Ford Focus Hatchback € 10,831.46 April 1 Mazda 2 Hatchback € 12,142.75 Gunju 1 Toyota Yaris MPV € 12,202.00 Awissu 1 Toyota Dyna Truck € 12,239.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Kia Cerato Saloon € 18,650.00 Diċembru 1 Seat Cordoba € 1.00 Diċembru 1 Seat Cordoba € 1.00

Fabbriki li fetħu jew għalqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew l-operazzjoni tagħhom fabbriki ġodda f'Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar u kemm temmew l-operat tagħhom matul l-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki li fetħu jew għalqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew l-operazzjoni tagħhom fabbriki ġodda f'Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar u kemm temmew l-operat tagħhom matul l-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.