Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-MITTS li sal-lum għadhom sospiżi? Meta hemm il-ħsieb li jerġgħu (jekk iva) jiddaħħlu lura għax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi hemm ħaddiem wieħed li hu sospiż peress illi għaddejin proċeduri kriminali kontra tiegħu. Skond ir-regolamenti, l-imsemmi persuna tiddaħħal lura għax-xogħol - jekk ikun il-każ- wara li jinqata' l-każ tal-Qorti.
Tista' l-Ministru tispjega kif waqt li l-vot fuq t-trasport fis-sena 2008 kien €93,000, se jitla' għal €118,000 għas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iż-żjieda fit-trasport hija dovuta primarjament għaż-żjieda ta’ l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. Meta ġew ippreżentati l-estimi Finanzjarji ta’ l-2008, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ma kellux Segretarju Parlamentari.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq Professional Services għas-sena 2009 kiber b'iżjed minn erba' darbiet minn dak għas-sena 2008? Fl-2009 min se jitħallas minn dan il-vot, kemm se jitħallas u għal liema servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ivvutat għall-2009 huwa bbażat fuq l-ispiża attwali fl-2008 u l-ispejjeż ġodda fil-Ministeru jaf bihom (forseen expenditure).
Barra minn dan, hemm iż-żieda ta’
Cost Centre
ġdid għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport. L-allokazzjoni taħseb wkoll għaż-żieda fin-numru ta’ eżamijiet u r-rati li jitħallsu lill-eżaminaturi.
Matul l-2009, minn dan il-vot se jitħallsu l-ispejjeż għal servizzi legali, mediċi,
accountancy,
awditjar u servizzi professjonali oħra skond il-ħtieġa. Ma jistax jingħad minn issa min se jitħallas minn din l-allokazzjoni.
Information services — Vot 29 - Estimi 2009 Ministeru
Question
Tista' l-Ministru tgħid fuqiex huwa mistenni li jintnefqu l-€136,000, Information Services għas-sena 2009 u għaliex żdiedu b'46% mis-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ispiża fuq l-Information Services għas-sena 2009 mistennija tkun fuq: reklamar, pubblikazzjonijiet, fieri u esebizzjonijiet.
Iż-żieda fl-ammont fuq l-Information Services għas-sena 2009 hija primarjament dovuta għall-materjal ta’ informazzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport mit-taqsima taż-Żgħażagħ.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 fuq Office Services tela' għal €106,000 meta mqabbel ma' €70,000 tas-sena 2008? Fuqiex huma maħsuba li jintnefqu dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ż-żieda fil-Vot fuq Office Services hija primarjament dovuta għaż-żieda tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari. Dawn il-flus jintefqu kif indikat f’paġna 2 tal-Financial Estimates 2009, ippublikat mill-Budget Office.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq travel minn €49,000 fl-2008 se jitla' għal €83,000 fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li iż-żieda fil-Vot fuq Travel għas-sena 2009 hija dovuta primarjament għall-inklużjoni ta’ Cost Centre għas-Segretarjat Parlamentari għaz-Żgħażagħ u Sport.
Skejjel tal-Knisja — Vot 5024 - Programmes and Initiatives
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 għall-iskejjel tal-Knisja tela' għal €33 miljun meta fis-sena 2008 kien ta' €29,816,000? Għaliex ġew ivvutati €3,184,000 iżjed? Hemm xi arretrati li jridu jitħallsu lill-iskejjel tal-Knisja? Jekk iva, kemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-vot tela’ għal €33 miljun wara li ttieħdu in konsiderazzjoni:
1. iż-żieda fil-pagi skond il-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Gvern għall-perjodu 2005-2010;
2. l-
increments
dovuti lill-i
staff
;
3. iż-żieda ta’
staff
skond il-ftehim mal-Knisja;
4. l-ispejjeż ġenerali minn sena għal oħra.
Kontinwament issir rikonċiljazzjoni ta’ l-ammonti dovuti kontra l-pagamenti li jkunu saru biex l-aġġustamenti neċessarji isiru fis-snin ta’ wara.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-każ fejn għaqdiet sportivi jħallsu għall-konsum tad-dawl u l-ilma bir-rata kummerċjali, dan ma jibqax isir għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jaħdmu fl-interess tas-soċjetà u mhux għal skop ta' negozju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bir-reviżjoni li seħħet fit-tariffi mill-1 t'Ottubru li għadda, il-klijenti tal-Korporazzjonijiet ġew miġbura f'żewġ kategoriji : 'Residenzjali' u 'mhux Residenzjali'. L-Għaqdiet msemmija ser jaqgħu fit-tieni kategorija.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi Mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3856 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema partijiet mit-toroq indikati fil-programm tat-TENT's hu mistenni li jinbeda x-xogħol matul is-sena li ġejja? Meta hu mistenni li joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li it-toroq li jiffurmaw parti mit-Tent-T u li hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom din is-sena huma:-
1 Sea Passenger Terminal Access Road mir-roundabout tal-Menqa sal-Cruise Liner Terminal.
2 Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Luqa u Triq Garibaldi, Marsa.
3 Marfa Road, Ċirkewwa minn NA1 sa NA3.
4 Mġarr Road, Għawdex minn GA35a sa GA32.
It-tenders mistennija jiġu ppublikati fl-ewwel 3 xhur tal-2009 u x-xogħol mistenni li jibda sal-aħħar tas-sena 2009.
Attard — Triq l-Imdina - Industrial Estate - Bus Shelter
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3341 u jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tafx min neħħa bus shelter li kienu ilu snin ħdejn id-daħla ghall-Industrial Estate fi Triq l-Imdina Ħ’Attard u li kien jeżisti qabel ma beda xogħol ta’ rrangar fuq showroom li tinsab vicin fejn kien il-bus shelter? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tafx min neħħa bus sheltertemporanju, minflok dak oriġinali, li poġġiet hi stess fl-istess post madwar sena ilu u li misterjozament sparixxa hekk kif tlesta x-xogħol fuq l-istess showroom indikata hawn fuq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport hix bi ħsiebha tieħu azzjoni biex tipprovdi xi forma ta’ lqugħ mix-xita u mix-xemx lil dawk li jagħmlu użu mill-bus stop f’dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT awtorizzat li jinqala’ l- bus shelter imsemmi lil min kien qed jagħmel xogħol privat fil-qrib u li ma setax jaħdem bix- shelter kif kien. Sakemm kien qed isir ix-xogħol, l-ADT waħħlet shelter temporanju li ma jfixkilx ix-xogħol. L-ADT ma tafx min qala’ x- shelter temporanju u talbet lill-Pulizija tinvestiga.
L-ADT ġabret quotations sabiex isir ix-xogħol meħtieġ. Bħalissa qed issir l-aġġudikazzjoni tal-quotations. Kif jiġi magħżul il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xoghol.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi fil-kategorija 1800cc - 2000cc reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport? X'inhi l-età ta' dawn il-vetturi skont kif reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport skont is-sena tar-reġistrazzjoni tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għal dawn l-aħħar ħames snin.
Billi hu magħruf li numru sew ta' ħaddiema kienu applikaw biex iħallsu għall-qbiela/ċnus tar-raba' li fil-fatt kienu qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' dawn il-bdiewa li għadhom qed jistennew biex jibdew iħallsu?
F'liema lokalitajiet tinsab l-art agrikola li s'issa għadha qed tiġi kkunsidrata biex fiha jiġu rikonoxxuti l-bdiewa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli li b’kollox kien hemm 9773 applikazzjoni taħt skema tissejjaħ ‘Skema għal-Art Agrikola tal-Gvern’. In-numru ta’ bdiewa li għadhom qegħdin jistennew biex jibdew iħallsu taħt l-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern huwa ta’ 7056. Minn dan it-total, 671 waslu fil-fażi li jiffirmaw il-kuntratt tal-kirja.
L-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet biex jiġu rikonoxxuti dawn il-bdiewa hija mifruxa madwar il-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi fil-kategorija 1800cc - 2000cc li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport fl-2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti, Xemxija, San Pawl il-Baħar fil-fatt tinqala', tiġi allinejata u mogħtija wiċċ bit-tarmac għax tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hi fir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lid-drug addicts mill-bereġ u ċ-ċentri tas-saħħa bejn Jannar 2008 u Ottubru 2008? Kemm tiġi tiswa kull siringa li titqassam?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li huma reġistrati li għandhom pressjoni għolja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-popolazzjoni li hija reġistrata li għandha l-pressjoni għolja f'Malta u Għawdex f'Ottubru 2008? Kemm minn dawn in-nies qegħdin fuq kura u għandhom il-kartuna s-safra? Kemm minn dawn jieħdu l-mediċini b'xejn mill-kliniċi tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li informazzjoni dwar il-popolazzjoni reġistrata li kellha l-pressjoni għolja f"Malta u Għawdex f'Ottubru 2008 għada qed tinġabar u tiġi analizzata u għaldaqstant ma tistax tingħata fil-mument. Huwa stmat li hawn madwar 72,700 ruħ li għandhom pressjoni għolja fil-gżejjer Maltin. Huwa wkoll stmat li madwar 55,000 minnhom qegħdin fuq kura għal din il-kondizzjoni. Din il-figura tinkludi dawk il-pazjenti li jiġu iddijanjonizzati u ikkurati fil-privat kif ukoll dawk li jużaw is-servizzi tal-Gvern. Mediċini għall-pressjoni għolja jingħataw b’xejn mis-servizzi tal-gvern kemm fuq il-kartuna safra kif ukoll fuq il-kartuna roża. L’Informazzjioni li għandu l-Ministru għad-dispożizzjoni tiegħu hija dwar in-numru ta’ pazjenti li huma irreġistrati li inħarġitilhom kartuna safra għal din il-kondizzjoni u dan in-numru ta’ nies sa l-aħħar ta’ Ottubru 2008 kien jammonta għal 21,250 (11,190 nisa u 10,050 irġiel). Ma dawn jiżdiedu wkoll pazjenti li jieħdu kura għall-pressjoni għolja, iżda d-dijonjisi ewlenija tkun oħra per eżempju dijabete, mard tal-qalb. Stattistika dwar dawn mhix disponibli fil-preżent. Normalment dawk il-pazjenti li tinħarġilhom kartuna safra għall-kondizzjoni partikolari jieħdu l-mediċini relevanti b'xejn mill-kliniċi tal-Gvern u l-Iskema ta’ l-Ispiżjar ta’ L-Għażla Tiegħek (POYC) fil-bliet u rħula fejn din l-iskema ġiet implimentata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet quddiem il-customer care ta' l-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008? Jistgħu dawn it-talbiet jiġu kategorizzati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.