Trattativi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Libjan — refuġjati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li magħhom saru trattativi sabiex refuġjati f'pajjiżna jintbagħtu hemm? Jista' jgħid sarux laqgħat oħra u jekk hemmx ippjanati laqgħat oħra sabiex il-Gvern Libjan isir aktar parteċipi fis-soluzzjoni tal-wasla ta' tant immigranti f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-ismijiet ta' dawk il-pajjizi tal-Unjoni Ewropja, flimkien ma' n-numri ta' refugjatti u/jew persuni li jgawdi protezzjoni temporarija umanitarja li huma ħadu.
Infurmat ukoll li bħalissa għaddejin diskussjonijiet ma' Franza bil-għan li dan il-pajjiż jieħu numru ta' refuġjati u/jew persuni li jġawdu minn protezzjoni temporanja umanitarja minn Malta.
Il-Kummissjoni Mhallta bejn Malta u l-Libja ltaqgħet f'Malta f'Ottubru li għadda. Fost affarijiet oħra, ir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tkellmu dwar il-kooperazzjoni fuq il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali. Waqt din il-laqgħa ġie miftiehm li rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi għandhom jiltaqgħu sabiex jiġu identifikati f'aktar dettall mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u oqsma speċifiċi sabiex tiġi ndirizzata din il-problema. Bħala riżultat ta' dan, qed isiru kuntatti bejn l-entitajiet pertinenti taż-żewġ naħat sabiex jintlaħqa qbil fuq dati konvenjenti għal din il-laqgħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4695 u 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tal-ilma tax-xita li jinġabar f'nofs il-pont il-ġdid Manwel Dimech int u ħiereġ mill-mina lejn San Ġiljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-problema ġiet solvuta minħabba li kull ma kien hemm kien culvert imblokkat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li x-xogħol fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar jitlesta? Meta, wara dan, hu mistenni li din l-istess għassa tibda tinfetaħ kuljum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma diġa spjegajt f’Mistoqsijiet preċedenti fuq l-istess suġġett, ninsab infurmat illi x-xogħol fuq din l-Għassa għadu sejjer, fejn fost l-oħrajn trid tkun solvuta il-problema li hemm dwar ilmijiet li jinġemgħu fit-triq quddiem din l-Għassa. Dwar din il-problema intalbet ukoll l-assistenza tal-Kunsill Lokali, li qed ukoll jassisti sabiex din il-problema tkun solvuta. Għaldaqtant għad m’hemmx data fissa meta dan irid ikun lest. Naturalment wara li x-xogħol meħtieġ ikun lest, din l-Għassa tibda tkun immanjata regolarment, skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' konsulenti, speċjalisti u tobba oħra li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? F'liema sptarijiet jaħdmu dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru t'anzjani li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluż San Vinċenż de Paule? Kemm hu n-numru f'kull waħda minn dawn id-djar? Kemm hu n-numru t'anzjani li fil-fatt huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' anzjin li huma rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-gvern bħalissa, inkluz San Vinċenz de Paule huma kif ġej:
Dar ta' l-Anzjani Numru ta' Anzjani
Floriana 46
Mosta 67
Msida 64
Mellieha 130
Mtarfa 123
Gzira 31
Bormla 130
Zejtun 165
San Vincenż de Paul 1006 (li jinkludu 5 anzjani respite)
l-Iskema tal-Private Partnership
Casa Serena 35
Casa Arkati 19
Villa Messina 51
Central Home 44
San Pawl il-Baħar — passi biex jitneħħew il-perikli
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija, jitneħħa r-railings li hemm f'nofsha li huma ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ħanut jopera mingħajr trade licence oriġinali?
Jista' ħanut li ma jkollux trade licenece oriġinali jopera jew saħansitra tinħareġ il-liċenzja to operate mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Skond challenge li ġie ppreżentat il-qorti datat 05/10/06, li d-dettalji qed jinbagħtu separatament, irriżulta mid-dokumenti li tpoġġew, li l-ħanut msemmi m'għandu l-ebda dokument/permessi oriġinali sabiex ikun jista' jopera kif espress mill-liġi sabiex wieħed ikun jista jopera. Jista' jgħid kif dan il-ħanut għadu jopera sal-lum mingħajr il-permessi oriġinali, u allura f'dan l-isfond x'passi jmiss li jittieħdu fuq dan l-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — Bini ta' sub-station fil-Fawwara
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-promotur wara l-ħruġ ta' expropriation order fuq art magħrufa bħala ta' Żini, limiti tal-Fawwara, Siġġiewi biex tinbena sub-station mill-Korporazzjoni Enemalta biex taqdi l-ħteġijiet ta' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Jista' jgħid għaliex din is-sub-station ma nbnietx fuq l-art tal-persuna li huwa stess talab li tinbena fuq ħwejġu biex huwa wkoll ikollu dritt għas-servizz tal-elettriku 3 phase?
Jaħseb il-Ministru li dan huwa każ ta' abbuż u li għandha ssir inkjesta biex wieħed jistabbilixxi l-fatti eżatt wara din l-esproprjazzjoni u aktar meta issa l-istess Korporazzjoni Enemalta fuq ordnijiet ta' xi ħadd qed jinsistu li tinbena proprju wara l-gate tal-persuna vittma ta' din l-esproprjazzjoni, qisu b'vendikazzjoni, kif murija fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, inkluż ritratt li juri arblu tad-dawl imressaq iżjed lejn letter box tal-fond milqut ta' dan l-allegat abbuż imsemmi?
Jaħseb il-Ministru li għandu jwaqqaf il-proġett ta' din is-sub-station fil-Fawwara, Siġġiewi u tinbena fil-fond tal-persuna li hu stess qed jitlob li ssir fi ħwejġu?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-talblets Amro tal-pressjoni tad-demm għadhom out of stock f'Isptar Mater Dei u anke f'ħafna spizeriji tal-għażla tal-pazjent? Dan sal-ġurnata tal-lum li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari.
Peress li l-qorti ta' Għawdex hemm nuqqas ta' air conditioner units u dan speċjalment fl-awla l-ġdida tant li qed ikun diffiċli li qed isiru seduti kemm fix-xitwa minħabba l-kesħa, kif ukoll minħabba sħana tremenda fis-sajf, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat a benefiċċju kemm ta' dawk kollha li jaħdmu l-qorti kif ukoll tal-pubbliku in ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li kull fejn hemm problema ta’ sħana u/jew kesħa, l-problema ġiet indirizzata bl-istallazzjoni ta’ fans, heaters u de-humidifiers.
Infurmata wkoll li ntalbet kwotazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’
air-conditoning unit
fl-Awla l-ġdida. Żgur li meta ma ssirx xi seduta f’din l-Awla ma jkunx minħabba nuqqas ta’ dawn il-faċilitajiet.
Min-naha l-ohra, ma rridux ninsew illi dan id-dipartiment jinsab ġewwa bini storiku u skedat li għalhekk huwa ferm diffiċli illi jitwaħħlu kwalunkwe
pipes
u apparat ieħor relatat ma’ kwalunkwe parti tal-faċċata u l-ġnub.
Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — bus shelters
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bus shelters li għandhom appliazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Fejn jinsabu dawn is-siti li għalihom qiegħda ssir l-applikazzjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li ntuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma dawk ta' Marsaskala, Birgu, B'Kara, Dingli, Furjana, Rabat (Malta), Żebbuġ (Malta), Żebbuġ (Għawdex), Rabat (Għawdex) u Mosta.
Infurmat ukoll li l-ADT qed tipproċedi skond id-direttiva li kont ħriġt fis-27 ta' Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-sewqan per annum għal dawn l-aħħar 5 snin u kemm applikaw b'kollox għal kull sena rispettiva?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu 178 kumpanniji li sa 30 ta' Settembru 2008 ibbenefikaw mill-capping? Kemm kienu jħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji? Liema huma 26 kumpanniji li ser jibbenefikaw mil-capping ta' 40% taħt is-sistema ta' tariffa li ser tibda tapplika mill-1 ta' Ottubru 2008? Kemm iħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni mitluba, partikolarment l-ismijiet tal-kumpaniji, hija ta’ natura kunfidenzjali, l-informazzjoni ma tistax tingħata