Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-
tender
għall-
master plan
taċ-Ċittadella ngħatatx? Jekk fl-affermattiv,
lil min nagħtat u x’inhu l-valur tagħha? Sa meta għandu jiġi sottomess il-
master plan
? Jekk fin-negattiv,
għaliex għadha ma ngħatatx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-Tender għall-Master Plan taċ-Ċittadella ngħatat lill-kumpanija Politecnica Ingegneria ed Architettura reġistrata f'Modena, l-Italja għall-ammont ta' Euro264,000 (eskluza il-VAT). Il-Master Plan għandu jkun sottomess fit-30 t'April 2010.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni, istituzzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Tagħrif mitlub għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar. L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeġ (
goods
) sena, sena mill-2003 sal-lum maqsuma skond l-
areas
ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4587, 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4586 u 4150 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern matul is-snin għall-bini tal-caravan site f'Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’dawn l-aħħar għoxrin sena n-nefqa għall-caravan site f’Baħar iċ-Ċagħaq kienet ta’ Ewro 263,622 (Lm 113,173.00).
B’referenza għal paġna 161 tal-Economic Survey 2008, u t-tabella dwar importazzjoni f’din il-paġna, jista' l-Ministru jindika dwar il-kategorija ta’ importazzjoni ta’ fuel, kemm minn din l-importazzjoni, sena b’sena, ġiet mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u kemm ġiet minn barra l-Unjoni Ewropea għas-snin 2000-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kif murija fit-tabella f’pagna 161 tal-Economic Survey 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsilli Lokali — Servizzi mingħand agrarji privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-għajdut illi konsulenti agrarji privati, jekk jipprestaw is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fuq xi proġett li jista' jkun imħallas in parti jew kollu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tagħhom mhux se jkun aktar ikkunsidrat bħala parti mill-ispiza operattiva?
Jekk fl-affermattiv, jidhirlu li l-kunsilli lokali ser ikunu qed jiġu deprivati mid-dritt tal-għażla u mill-awtonomija tagħhom li jgħazlu l-professjonist li jista', fl-opinjoni tagħhom, ikun l-aħjar li jressaq it-talbiet tagħhom b'mod professjonali sabiex ikollhom aċċess għal dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kriterji dwar l-eliġibilità ta’ l-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati mill-għajnuna tal-miżuri taħt il-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali, jiġu mħabbra mal-pubblikazzjoni tal-linji gwida ta’ kull miżura u għaldaqstant ma nistax nifhem il-bażi tal-oriġini ta’ dawn l-għajdut.
Tfal taħt l-età li daħlu ġo postijiet ta' divertiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt l-età legali li daħlu ġo postijiet ta' divertiment, bars eċċ. matul Diċembru 2008 u Jannar 2009 s'issa? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu u kontra kemm-il sid tal-post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru tas-sena l-oħra u matul din is-sena s’issa kien hemm 12 il-persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment f’San Ġiljan. B’riżultat ta’ dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 6 persuni responsabbli mill-postijiet ta’ divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Miżura fuq xorb minn żgħażagħ taħt is-sbatax-il sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlitx fis-seħħ il-miżura li tħabbret fil-baġit li żgħażagħ taħt is-17-il sena ma jistgħux jixorbu f'postijiet ta’divertiment, bars eċċ? Dawn iż-żagħżagħ jistgħu iżda jidħlu f’dawn il-postijiet għalkemm ma jixorbux xorb alkoħoliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha ma daħlitx fis-seħħ.
Investigazzjoni fuq affarijiet li ntqalu fil-programm Xarabank
Question
Wara l-programm Xarabank tal-Ġimgħa 9 ta’Jannar, fejn kien hemm preżenti anke uffiċjal għoli tal-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu investigati xi affarijiet li ntqalu mill-prostituta mill-Ukrajna speċjalment li missier ħa t-tifel tiegħu ta’ erbatax-il sena għandha biex jagħmel is-sess magħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Korp tal-Pulizija qed isir l-istħarriġ meħtieġ sabiex tkun magħrufa l-identita' tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru.
Malta Enterprise u Malta Industrial Parks — intervista maċ-chairman
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet se jsiru fiż-żmien li ġej fil-Malta Enterprise u fil-Malta Industrial Parks u dan anke fid-dawl ta' intervista li saret maċ-chairman taż-żewġ entitajiet fuq is-sit elettroniku www.di-ve.com dwar bidliet fl-istituzzjonijiet li huwa qed imexxi f'isem il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks s’issa approvaw il-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv konġunt għaż-żewġ organizzazzjonijiet. Huwa naturali, li kull organizzazzjoni tiżviluppa matul iż-żmien sabiex taqdi aktar il-ħtiġijiet tas-suq li fih tkun qed taħdem u li għalih trid tirrispondi. Bħalissa qed jitħejjew il-pjanijiet sabiex il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiġu orjentati mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għar-rejaltajiet ekonomiċi tal-pajjiż u sabiex fl-aħħar mill-aħħar jaqdu l-missjoni tagħhom aħjar. Ninsab infurmat li ċ-Chairman taż-żewg entitajiet huwa dispost li jiddiskuti dawn it-tibdiliet ma’ l-Onorevoli Interpellant.
Awtorità dwar it-Trasport — spped limit fit-Triq tal-Barrani
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investigazzjoni għal Farmhouse konvertiti bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4934 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4933 u jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali respittivament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Korporazzjoni Enemalta — Dwal fit-Triq ir-Repubblika, Dun Ġorġ Preċa u Sqaq il-Qasab
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni Enemalta tistax iddawwal aħjar:
a) Triq ir-Repubblika, Valletta quddiem il-Qorti?
b) Triq Dun Ġorġ Preċa fil-Ħamrun?
ċ) Sqaq il-Qasab fil-Ħamrun?
peress li l-kunsilli lokali rispettivi bqagħu ma sabux tarfhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?