Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed juża dawl u ilma, l-Isptar Mater Dei? Kemm hija kkalkulata li tiġi tiswa din l-ispiża? Jeżistu xi pjanijiet għal investiment f'enerġija alternattiva?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fuq medda ta’ 8 xhur, il-konsum medju kien hekk: · ilma madwar 348 metri kubi (units) kuljum · dawl madwar 119,000kWh (units) kuljum. L-ispiża tiddependi mir-rati l-ġodda li għandhom jidħlu fis-seħħ. Jeżiztu diversi sorsi ta’ enerġija alternattiva u hemm diversi modi kif dawn jistgħu jiġu integrati mas-sistemi eziztenti ta’ l-isptar biex jitnaqqas l-użu ta’ l-enerġija li ġejja miż-żejt. Il- management ta’ l-iStpar Mater Dei qed jesplora xi possibilitajiet bl-intenzjoni li fix-xhur li ġejjin isir studju dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu wżati dawn is-sistemi ta’ enerġija alternattiva. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2009 ser isir ‘ Energy Performace Audit ’ mill-entitajiet pubblici fi ħdan il-Ministeru, kif mitlub fid-diskors tal- budget 2009.

Karta safar/roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni tan-nies li kellhom l-kartuna r-roża bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'inhi l-popolazzjoni tan-nies li kellhom l-kartuna s-safra tal-medċini b'xejn bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? Kemm hemm persuni li għandhom kemm il-kartuna s-safra u kemm l-kartuna r-roża?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta’ kartun roża li ħareg mid-Dipartiment tas–Servizzi Soċjali bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 kien ta’ 8,030. Dawn jinkludu reġistrazzjonijiet ġodda kif ukoll dawk imġedda. Il-kartun roża ma jinħariġx fuq bażi ta’ pazjenti individwali iżda fuq bażi ta’ familji jew households għalhekk f’dan il-każ wieħed ma’ jistax jitkellem fuq poplazzjoni per se. Il-kartuna safra tinħareg fuq pazjenti individwali u l-popolazzjoni ta’ nies li inħarġitilhom il-kartuna s-safra tal-mediċini b'xejn gdida bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007 kien ta’ 20, 226. Fil-preżent mhux possibli tinġabar informazzjoni fuq kemm hemm persuni li għandhom kemm il-kartuna s-safra u kemm l-kartuna r-roża flimkien.

Bereġ f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il berġa għandu mqassmin ma' Malta u Għawdex? Kemm-il servizz joffru dawn il-bereġ u kemm-il darba fil-ġimgħa jkunu miftuħin u qed jagħtu servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li f’Malta hawn 42 berġa. Dawn il-bereġ joffru dawn is-servizzi: 1) Servizz bażiku ta’ tabib tal-familja u nfermiera b’appuntament 2) Servizz ta’ tqassim ta’ mediċini lill-pazjent fejn l-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek għadha ma daħlitx. 3) Servizz ta’ Speech Language Pathology fil-bereġ ta’ H’Attard, B Bugia, Dingli, Ħamrun, Kirkop, Mġarr, Naxxar, Qrendi, Safi, Siggiewi, Sta Lucija, Sta Venera, Tarxien, Żebbug, Żejtun u Żurrieq. Il-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ huma kif jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-bereġ ta’ Għawdex l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Ministeru ma xtara l-ebda karozza matul l-2008. Fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, 3 karozzi li huma, tnejn Subaru Vivio u waħda Suzuki Alto, ġew miksuba mingħand it-Taqsima tad-Dwana. Dawn kienu maqbuda mid-Dwana u sar trasferiment ta’ €250-il waħda lil din it-Taqsima.
Leg 11 PQ #5017 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal għawdex — xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taħt. Dawn il-karozzi nxtraw lis-Senior Management skond il-proviżjoni tal-kuntratt tagħhom.
Leg 11 PQ #5018 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ammont ta' droga li nqabdet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul is-sena 2008, xahar b'xahar u jgħid x'kienet il-kwalità u l-ammont f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul is-sena l-oħra, minn diversi lokalitajiet f’Malta huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Irid jiġi indikat li r-risposta tad-domanda nurmu 2023, li l-ammont ta' droga Khat maqbuda f'Mejju kien ta' 10 kg u mhux ta' 1 kg, kif ukoll li l-ammont ta' Eroina li nqabdet f'Ġunju kien ta' 2.2grms u mhux t' 302.2 grm u li fl-istess xahar nstab 4 pjanti tal-Cannabis.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Devoluzzjoni ta' faċilitajiet/proprjetajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir id-devoluzzjoni ta' faċilitajiet/proprjetajiet sportivi lill-għaqdiet sportivi differenti li kienu ġew imwiegħda li dan kellu jsir sal-aħħar tas-sena? Liema huma l-faċilitajiet/proprjetajiet involuti u liema huma l-għaqdiet/organizzazzjonijiet li se jibbenefikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lista ta’ faċilitajiet li qiegħed isir l-proċess ta’ trasferiment qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li s’issa għad m’hemmx id-data eżatta ta’ meta ser issir id-devoluzzjoni.
Leg 11 PQ #5021 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu f'pajjiżna immigranti illegali matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar skond in-nazzjonalità li ġejjien minnha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali fuq Hospitality tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħti, inkluż it-28 ambaxxata jew uffiċċju ta' rappreżentanza barra minn Malta matul l-2008 kienet tammonta għal Euros 196,830.87.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtha matul l-2008 rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri matul is-sena 2008 hija ta’ € 214,645.24.
Leg 11 PQ #5112 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtha matul l-2008 rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul l-2008 kienet ta' Euro:15,599.44.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa Globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Wied Rini - Proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4403.

Fondi allokati g]ar-restawr u riabilitazzjoni tal-Ġgnatija

Question

Tista’ l-Ministru tagħti t-tagħrif fuq il-Mistoqsija Parlamentari 4567 u tgħid kemm fondi hemm allokati għalll-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni tal-Ġgantija mill-Voti tal-Ministeru tagħha mill- €3.1miljun taħt il-proġett tal-ERDF? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dan il-proġett din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proġett tal-European Regional Development Fund (ERDF) għat-Tempji tal –Ġgantija , li għandu total ta’€3.1 miljun, jinsab fil-fażi bikrija tiegħu u matul din is-sena 2009 mistennija jintefqu madwar €284,000. L-ewwel parti ta’ dan il-proġett tkopri servizzi ta’ Project Management, servizzi ta’ periti u disinni , kif ukoll xiri ta’ art.
Leg 11 PQ #5188 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Trasferiment tal-Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4430 dwar trasferiment ta’ ħaddiema Għawdxin minn Malta għal Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija? Jekk dawn u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma, jista’ jagħti dwar dawn il-ħaddiema wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi bil-mutur liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2008? Jista jekk jogħġbu jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u xarabanks, taxis, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4789.