Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Nefqa globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-hospitality matul is-sena 2008 kienet ta' €47,689.54.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Crafts Village f'Ta'Qali? Meta ser jibda u kemm ġew ivvutati flus għal dan il-proġett? Kemm huwa maħsub li ser jiġġenera impjiegi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4811.

Ministeru għar-Risorżi u affarijiet Rurali — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5119 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-affarijiet Barranin — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali ta' Fuel/Petrol tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħti, inkluz it-28 ambaxxata jew uffiċċju ta' rappreżentanza barra minn Malta matul l-2008 kienet tammonta għal Euros 88,057.82.
Leg 11 PQ #5193 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4565 u 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5194 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li ggradwaw din is-sena

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw din is-sena bdew jaħdmu jew sabu xogħol ġdid f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #5195 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — item of expenditure

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2008 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008 taħt kull item of expenditure f'Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għal ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, mill-liema u għall-liema items saru? X’kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5196 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual Social Assistants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4566, 4071 u 2783 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5197 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpanija, eċċ kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5246 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz tal-aru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3296.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3524 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Allowance tat-tfal b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministu jgħid f'liema każijiet tingħata l-allowance tat-tfal b'diżabilità? Din tingħata wkoll f'każijiet ta' Dyslexia?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-allowance tat-tfal b’dizabilta’ tingħata “lil-kap tal-familja, li jkollu l-kura u l-kustodja ta’ dak it-tifel li jkun ċertifikat li jkun qed ibati minn palsy ċerebrali jew minn subnormalità mentali severa jew li jkun persuna gravement disabilitata jew persuna b’vista batuta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.” Tifsir skond l-Att dwar is-Sigurta Socjali: "persuna b’vista batuta" tfisser persuna li l-vista tagħha tkun ċertifikata minn oftalmologu li tant tkun baxxa li ma tħallix li dik il-persuna tagħmel xi xogħol li għalih il-vista tkun essenzjali; "persuna gravement disabilitata" tfisser persuna li għad għandha tul ta’ ħajja raġonevoli u li ma tkunx tista’ żżomm lilha nnifisha b’impieg jew xogħol għal rasha full-time , jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-età li tagħmel hekk, minħabba disabilità permanenti li jirriżulta - ( a ) minħabba li tkun truxa u muta għal kollox; jew ( b ) minn achondroplasia, hypopituitarism, osteogenesis imperfecta jew xi xort’oħra ta’ nanuiżmu; jew ( ċ ) minn waħda mill-mard li ġejjin, jiġifieri: Multiple Sclerosis, Muscular Dystrophy, Spina Bifida, Systemic Lupus Erythematosus, Haemophilia jew disordnijiet permanenti simili oħra tad-demm karatterizzati bi tnixxija ta’ demm kronika jew ripetuta, Hydrocephalus, Huntington’s Chorea, Cystic Fibrosis T C II Deficiency, Cerebellar Ataxia ; Chronic-Granulomatous Disease ; Leopard’s Syndrome ; jew ( d ) minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk inhi kawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn; jew ( e ) epilepsija bi frekwenza ta’ attakki f’għadd ta’ iktar minn erbgħa fix-xahar, b’dan li din il-kundizzjoni tiġi konfermata b’investigazzjonijiet xierqa inkluża elettroenċefalogramma u li tiġi hekk ċertifikata minn newrologu jew psikjatra li jkun jaħdem mal-Gvern kemm-il darba li dik il-persuna investigata ma jkollhiex liċenza tas-sewqan; ( f ) indifferenza konġenitali lejn l-uġigħ.” F’kazijiet ta’ Dyslexia ma tinghatax din l- Allowance .

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3526 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fuq il-bini ta’ dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi hemm ftit iktat minn 251 metru kwadru ta’ photovoltaic cells. Il-figuri ta’ kemm -il metru kwadru fi bjut għandu b’kollox il-ministeru ma jinżammux u għalhekk mhux possibbli li jinħadmu l-persentaġġi. Wieħed irid jifhem ukoll li mhux l-area tal-bjut kollha hija effettivament disponibbli biex jiġu nstallati PVs fuqha. Dan minħabba li parti mill-bjut ikunu fid-dell kif ukoll minħabba areas mill-bjut okkupati minn installazzjonijiet oħra.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pubblikazzjoni dwar Smart City

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5097 u jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Ministeru MIIIT ma’ ippublikax publikazzjoni dwar Smart City.

Servizz tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5095 u jara li jingħata s-servizz tal-ilma lil persuna li dettalji tagħha qedgħin jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta saret din l-applikazzjoni xi żmien ilu għamlu kuntatt mal-Applikant. Peress li kien hemm xi deċiżjonijiet li ried jieħu l-Applikant fir-rigward tas-servizz mitlub, dan kellu jikkuntattja lura lill-Korporazzjoni bir-risposta. Jidher li s’issa l-Applikant ma reġax għamel kuntatt. La darba tiġi ċċarata l-pożizzjoni tal-Applikant, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata kif meħtieġ.