B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4823, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) fejn dawn iż-żewġ uffiċjali kienu jaħdmu qabel ma bdew jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
b) x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tagħhom?
Niġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru li fit-tweġiba li rreferieni għaliha m'hemmx risposta għal dawn iż-żewġ mistoqsijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidhirli li din l-informazzjoni personali għandha tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tal-persuni konċernati.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Borg Brothers
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skola Primarja Bice Mizzi Vassallo — Liċenzji meħtieġa
Question
Filwaqt li ninforma lill-Ministru li fil-mistoqsija parlamentari 2980 kont qed nirreferi għal ċentri ta' taħriġ u edukazzjoni fl-IT, tista' l-Ministru tgħid liema ċentri għandhom liċenzji mill-ministeru biex joperaw f'Malta u f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-Coast road f'Baħar iċ-Ċagħaq taħt il-Magħtab ma tibqax tegħreq b'għadajjar fondi meta tagħmel ix-xita b'periklu għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ħa tkun qed tiċċekkja li l-culverts tal-ilma tax-xita li hemm in-naħa tal-baħar huma miftuħa u fil-każ tieħu il-miżuri li jkunu meħtiega.
Studenti — National Diploma u Journeyman's certificate
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3270 u 2607 u jgħid minn l-istudenti li ġabu l-BTec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull istitut, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Jista' jagħti breakdown ta’ kull sena f’kull istitut?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Journeyman’s Certificate huwa certifikat li jinghata lil dawk il-persuni li jkunu kkonkludew l-apprendistat taghhom b’success. Konkluzjoni b’success tfisser li wiehed joqghod ghall-Final Trade Test u jghaddi minn dan it-Test.
It-
Test
minnu nnifsu huwa maghmul minn erba’ elementi. It-teorija (ezami ta’ kitba), il-prattika, l-
interview
u l-logbook. Persuna trid tghaddi minn kull element. Jekk dan ma jsehhx il-persuna tinghata c-cans toqghod ghal
resit
ghal element li minnu ma tkunx ghaddiet.
Fil-kaz ta’ l-apprendistati ghabbinati ma programmi fi hdan l-MCAST (f’dan il-kaz il-
BTEC National Diploma
) il-Bord li jkun qed jaghmel l-ezami finali jista’ jiddeciedi ghalih innifsu li ma’ jitlobx ic-Certifikat ghabbinat ma din id-Diploma biex wiehed jaghmel tajjeb ghall-Kitba. Il-Bord jista’ jiddeciedi li jghamel il-karta tieghu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-istimi ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika n-numru ta’ anzjani ‘l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050 maħsub li jkun kif jidher f’din it-tabella:
Eta’
Sena
Sena
2025
2050
60+
113,583
133,302
Popolazzjoni attiva (
Working Population
) maħsuba li se tkun għall-istess snin hija kif tidher f’din it-
tabella:
Eta’
Sena
Sena
2025
2050
16 – 64
273,235
249,161
Il-
projections
isiru fuq il-popolazzjoni totali. Għaldaqstant il-
projections
għat-twelid ta’ trabi għas-snin 2025 u l-2050 ma tinħadimx.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se jiżdiedu għall-iskejjel statali l-kontijiet tad-dawl u ilma skond it-tariffi l-ġodda mħabbra mill-Gvern? Kemm sar provvediment għal din iż-żieda fil-vot tal-Utilities għas-sena 2009? Kemm kienet in-nefqa fl-iskejjel statali f'dawl u ilma tul is-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed jinħadem pjan biex jitnaqqas il-konsum u tkun kontrollata n-nefqa. Meta dan jitlesta tiġi kkalkulata l-ispiża għall-2009.
Dan il-pjan ma jinkludix l-iskola Sekondarja tas-Subien Verdala, Kulleġġ Sta Margerita, u l-anqas l-iskola Sekondarja ta’ Pembroke, Kulleġġ Sta Klara, billi dawn se jagħmlu użu minn solar systems.
In-nefqa fl-iskejjel statali f’dawl u ilma tul is-sena 2008 kienet ta’ € 241,118.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi arretrati x'jitħallsu lill-iskejjel tal-knisja? Jekk iva, kemm hu l-ammont u meta se jitħallsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-arretrati dovuti lill-iskejjel tal-Knisja jammontaw għal €5,065,828.09 sal-2007. Minħabba reconciliations tal-ammonti dovuti kontra pagamenti li jkunu saru, s-somma tal-arretrati għall-2008 għada qed jinħadem.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4024 u jgħid kemm jħallas il-Gvern lil kull kuntrattur li jiprovdi is-servizzi, ta' kull ħaddiem li jħaddem miegħu f'kull livell li jimpjega? Kemm dawk tad-tindif, sigurtà u kull tip ta' servizz ieħor li l-Gvern jixtri minn għand il-kuntrattur?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4034 u jgħid kemm hemm korsiji f'St Vincent de Paule Residence? Kemm ilhom korsija kull persuna li hemm? Jekk tista' tqis li f'residenza li tgħix ħajtek fiha, korsija hijiex ideali? Xi pjanijiet hemm għal futur ħalli jakkomodaw lil dawn l-anzjani aħjar?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4023 u jipprovdi l-informazzjoni ta' kemm hawn kuntratturi li qed joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern? Min huma? Fejn qed joffru dawn is-servizzi? Kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur imma qed joffru s-servizz tagħhom lill-Gvern? Dawn il-ħaddiema jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time? Dawn il-ħaddiema għandhom l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol jekk ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi kuntrattur jiġi mqabbad mill-Gvern biex jagħti servizz u allura l-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz m’humiex ħaddiema tal-Gvern. Dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jiddependu fuq il-ftehim milħuq u ffirmat bejn il-Gvern u l-kuntrattur li jħaddimhom.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għada qed tinġabar.
Il-Ministeru tiegħi beda prattika li fis-sejħa għall-offerti li qed joħorġu biex jiġu proveduti servizzi bħal dawn, il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tkun waħda mill-kriterji li fuqha jiġu ġġudikati l-offerti mitfugħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3709 u jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar 6 xhur ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008? F'liema dipartiment/sezzjoni qed jaħdmu dawn u f'liem skala jinsabu? Kemm ingħataw promozzjonijiet fl-istess dipartiment fl-istess żmien? Minn liema skala għal liema skala ġew issa dawn il-ħaddiema?
Ninsab infurmat li biex tingħata din l-informazzjoni jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu ż-żmien (peress li ċerta informazzjoni trid tinġabar mingħand diversi sorsi) u li jinvolvi l-użu ta’ ħafna mir-riżorsi umani tad-Dipartiment. Għalhekk, ma narax li għandna nużaw ir-riżorsi tagħna b’dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix indikazzjoni dwar in-neċessità ta’ din l-informazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Ministeru ta' l-Affarijit Barranin — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Intepellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:5024 safar paper laid.xls5024 Safar AG.xls5024 Safar.xls5024 Safar entities.xls5024 Safar.xls5024 Safar Ministry-Dept paper laid.xls
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Safar fuq xogħol
Question
No question text.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni dettaljata fil-każ tal-Universita’ għadha qed tinġabar u tingħata f’Seduta oħra.