Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal-Farruġ — Xogħlijiet mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li kellhom isiru skond il-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar fil-qasam tad-Djar ta' Ħal Farruġ jitlestew minħabba problemi ta' ħsarat li qed isofru r-residenti fil-proprjetà tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħijiet meħtieġa jinvolvu landscaping works madwar il-proprjeta’ msemmija li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Luqa mhux taħt l-Awtorita’ tad Djar. Il-persuna li għamlet l-ilment diġa ġiet infurmata li dawn ix-xogħlijiet qed isiru mill-Kunsill Lokali.

Applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li huma pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar u li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Qormi, Siggiewi, Luqa. Jista' jgħid kemm huwa l-ammont f'kull lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bħalissa l-Awtorita' tad-Djar għandha total ta 175 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. Dawn huma maqsuma hekk : Qormi - 108 Siġġiewi - 37 Luqa - 30.

Awtorità dwar it-trasport — Enforcement Units - overtime

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont ta' overtime li sar mill-Enforcement Unit tal-Awtorità dwar it-Trasport bejn Jannar u Diċembru 2008? Jista' dan l-ammont jinqasam fi tliet kategoriji, jiġifieri l-overtime li sar mill-Enforcement Officers li jagħmlu testijiet tar-roadside, l-overtime li sar mill-Enforcement Officer responsabbli minn il-karozzi bi pjanċi ta' barra minn Malta (liema unit kien jikkonsisti għall-parti kbira tas-sena minn Enforcement Officer wieħed u l-overtime l-ieħor li sar mill-bqija tal-Enforcement Officers?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enforcement officer — fixed point

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar liema kriterju intuża sabiex jintgħażel l-Enforcement Officer sabiex jaħdem is-sena kollha bħala fixed point ġewwa l-Belt Valletta? Jista' jinfurmana wkoll jekk l-istess Enforcement Officer intgħażilx li jaħdem fixed point minħabba xogħol ieħor li l-istess persuna jagħmel ġewwa l-Belt stess, fejn dan jiftaħ u jagħlaq l-bollards tal-Belt? Dan ix-xogħol tal-ftuħ u għeluq ta' bollards jitħallas mill-Awtorità dwar it-Trasport stess jew inkella minn xi kuntrattur apparti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tassenja x-xogħol t'infurzar lill-uffiċjali tagħha skond l-esiġenzi tas-servizz u l-kwalitajiet ta' l-uffiċjal ikkonċernat. Ninsab infurmat li skond l-ADT dan japplika wkoll għall-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.

Akkużi dwar Enforcement Officer

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ittieħdux passi fir-rigward ta' Enforcement Officer li kontrih saru akkużi li kien qed jagħmel użu ta' alcohol waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmana xi proċeduri ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

Waiting list — surgical u gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li a) laħqu mietu b) emigraw minn pajjiżna ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat? Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Customer Care

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5428 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna b'diżabilità

Question

B'referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bħalissa qed tattendi ċ-ċentru ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħin lill-familja tagħha li jixtiequ li jekk huwa possibbli din tintbagħat iċ-ċentru għal persuni b'diżabilità ta’ Santa Venera?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Toroq fl-Imsida — Xogħlijiet mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta' kisi fit-toroq hawn taħt imsemmija fl-Imsida, liema toroq qatt ma saru u huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali: Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg Parti min Triq il-Ġostra Parti min Triq il-Kunżar Triq Ġdida fi Triq il-Kunżar Sqaq Casolani Triq Ġdida fi Triq il-Knisja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5467 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Ħarbiet minn pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm ħarbiet minn pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn il-pazjenti spiċċaw f'disgrazzja? Saret inkjesta fuq il-każijiet li spiċċaw f'disgrazzja? X'passi ttieħdu wara li saru dawn l-inkjesti fil-mod kif jaħdem l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5468 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jindika sena b'sena fl-aħħar għaxar snin: 1) Kemm iggradwaw studenti bil-grad ta' M.D. mill-Università ta' Malta 2) Kemm tobba marru jaħdmu barra minn Malta 3) Kemm speċjalizzaw tobba, f'liema grad u minn liema università 4) Kemm mit-tobba li speċjalizzaw telqu barra minn Malta 5) Kemm mit-tobba, speċjalizzati u m'humiex, li telqu barra minn Malta reġgħu ġew lura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Licence A għal manifattura tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews neċessarji għall-ħruġ tal-Licence A għal dak li hu manifattura tan-nar lil dawk il-persuni illi għamlu l-kors relattiv f'Ottobru 2007? Jekk għad m'hemmx data għal dawn l-interviews, jista' jiffissa tali data minnufih? Jidhirlu illi sena u tliet xhur ta' stennija huwa aktar minn biżżejjed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-interviews li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mistennija li jsiru fi Frar 2009.

Awtorità dwar it-Trasport — Għoti ta' cheque lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni taċ-cheque li nħareġ mill-Awtorità dwar it-Trasport f'isem persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema cheque jammonta għal €34,950 wara li din il-persuna ġiet imġiegħla toħroġ on forced leave mill-uffiċjali stess tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sar il-ħlas li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant lill-persuna li qed jindika. Dan il-ħlas kien part minn ftehim ta' terminazzjoni t'impjieg bejn l-Awtorita' u l-persuna kkonċernata.
Leg 11 PQ #5520 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Prodott Gross Domestiku

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4792, jista’ l-Ministru jara li d-dħul tal-ħaddiema jibda jiġi kkalkulat għal Għawdex separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika numru 231/2008 li ħarġet fit-30 ta' Diċembru 2008.

Għawdex — tfal jistennew deċiżjoni tal-Istatementing Board

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4793, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Malta li qed jistennew id-deċiżjoni tal-istess bord? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlu l-applikazzjoni għas-servizz ta’ facilitator? Tista’ tgħid kemm hemm tfal li diġà għandhom dan is-servizz f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm hemm facilitators f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm-il darba iltaqa’ l-iStatementing Board f’Malta mill-2003 ‘l hawn? Tista’ tara li dan il-bord jiltaqa’ f’Għawdex aktar spiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Awtorità dwar it-Trasport — Roads Network Limited

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport waqqfet kumpannija ġdida bl-isem Roads Network Limited li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'se tkun il-funzjoni ta' din il-kumpannija? Jista' jgħid jekk hux ser tkun qed tħaddem nies u kemm? Jekk ser tħaddem in-nies jista' jgħid jekk hux ser toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5523 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — turisti barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawedx kull sena? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Irtirar kmieni mit-Tarzna — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.