Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5247 u jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsara li kien hemm ġiet imsewwija fid-19 ta' Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5142 u 4472 u jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Tajjeb wieħed jgħid li hemm xogħol ieħor li qed isir f’dawn il-lokalitajiet minn Taqsimiet oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5212, 4771, 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li t-tariffi, kemm dawk ġodda, kif ukoll dawk li ppreċedewhom, huma ppubblikati b' Avviż Legali. L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ m'hix inkorporata f'dawn it-tariffi.
Ta' Qali — Crafts Village - allokazzjoni ta' fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-fabbriki li kienu fil-Crafts Village ta' Ta' Qali issa li ġie deċiż li l-Crafts Village mhux ser jibqa' f' Ta' Qali imma ser imur fl-inħawi tal-Baċir numru 1 f' Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdiewa Għawdxin li s-siġar taċ-ċitru tagħhom ġew ittestjati u instab li huma morda bil-virus taċ-ċitru tristeza għandhomx dritt għal xi kumpemns minħabba l-fatt li dawn is-siġar jiġu disrutti mill-Plant Health Officials?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru mhux obbligat jikkumpensa lil dawn il-bdiewa.
Għawdex — Qbajjar - Wardens fl-inħawi tal-Promenade
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni qatt ma tara warden fl-inħawi tal-promenade tal-Qbajjar, Għawdex, peress li minkejja l-avviżi li jidhru fl-istess promenadema tarax ħlief tfal u rġiel bir-roti jiġġerrew fl-istess promenade u nies, lokali u barranin, jiġġerrew bil-klieb u jħammġu fl-istess lokalità?
Kuntistabbli u Surġenti — trasferimenti minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Minstru jgħid kemm kienu dawk il-kuntistabbli u surġenti li ġew trasferiti minn Malta ghal Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn u jgħid meta saru dawn it-trasferimenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm 7 surġenti u 38 kuntistabbli li ġew assenjati fuq xogħol f'Għawdex. Dawn it-trasferimenti saru kif jidher f'din it-tabella:-
2007
PS
PC
WPC
Frar
11
April
11
Dicembru
3
8
1
2008
Frar
4
6
1
TOTAL
7
36
2
Għawdex — Tax-Xhajma - korsa taż-żwiemel - xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-korsa taż-żwiemel Tax-Xhajma fl-2008 u x'xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru matul l-2009?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata lli matul l-2008, fil-Korsa ta' Xħajma saru xogħlijiet ta' manutenzjoni kif elenkati:
- Manufattura u twaħjħil ta' 'Finish Board'
- Twittija tal-Korsa bil-Grader darbtejn f'sena
- Bini ta' toilets ġodda - Stallazzjoni ta' sistema ta' l-ilma u elettriku; stallazzjoni ta'oġġetti sanitarji; madum fl-art u mal-ħitan
- Bini ta' Cesspit
- Xogħol ta' zebgħa
Tkomplija ta' xogħol ta' manutenzjoni fl-2009:
- Tkomplija ta' xogħolijiet fuq it-toilets il-ġodda
- Xogħol ta' żebgħa fuq arbli u railings
- Xogħol ta' zebgħa u manutenzjoni oħra.
Foundation for Social Welfare Services — Vacancies
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta' social workers mal-Foundation for Social Welfare Services?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Socjali ipproċessat l-applikazzjonijiet tal-vacancies għall-post ta’ social workers u l-proċess tal-għażla huwa lest. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali bdiet il-proċess fejn qiegħdha timpjega l-ħaddiema soċjali biex jimtlew il-postijiet vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid min inħatar Chief Executive Officer tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u meta, wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet li kien hemm xhur ilu?
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu Segretarju Parlamentari u Ministru kemm ingħata xogħol lil ditti ta’ awdituri privati mill-Ministeru tiegħu u mill-ażjendi li huwa direttament responsabbli għalihom? Liema kienu dawn l-awdituri u accountancy firms u kemm tħallset kull waħda minnhom b’kollox?
Cyber Crime Unit — Investigazzjoni fuq kompjuter cds u hard drive
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li kellhu il-kompjuter tiegħu, cds u hard drive ikkonfiskat mis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija, pendenti investigazzjoni għadu sal-lum priv mill-kompjuter tiegħu u l-aċċessorji li hawn fuq indikati allavolja mill-investigazzjoni li saret irriżulta li huwa ma kkometta l-ebda reat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hekk kif il-Pulizija tikkonkludi l-investigazzjoni u ma jkunx hemm aktar ħtieġa għaż-żamma ta' l-oġġetti elevati, dawn jiġu rritornati lil sidhom.