Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5344 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turbina tar-riħ — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent li jinvolvu turbina/i tar-riħ? Jista' jagħti rendikont meta dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi quddiem l-istess awtorità u fejn wasal l-ipproċessar ta’ kull waħda minnhom? Jista' jgħid kemm-il turbina tar-riħ ġiet approvata mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 343, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu? Jekk fin-negattiv, jista jgħid xi proċess ta’ għazla ser jintuza sabiex dan jintgħażel u meta ser jibda dan il-proċess? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jinbeda x-xogħol fiżikament fuq il-post, kemm hu mistenni jdum u allura meta ser jintemm? Jista' jgħid jekk minhabba l-importanza ta' din it-triq, fil-loġistika hux qed jiġu kkunsidrati attivitajiet importanti li jiddependu minn din it-triq bħalma huma l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-festa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa Racing Club — Dħul b'xejn minn persuni b'diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex persuni b’diżabilità li sas-sena li għaddiet kellhom il-facilità li jidħlu l-Marsa Racing Club biex isegwu t-tlielaq mingħajr ma jħallsu, issa ġew mitluba jħallsu l-miżata stabbilita għal kulħadd? X’kien il-kambjament li wassal għal din id-deċiżjoni? Jidhrilha li persuni b’diżabilità għandu jkollhom preferenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Malta Racing Club qatt ma kellu policy dwar miżati tad-dħul differenti jew preferenzjali. Il-Malta Racing Club ser ikun qed jikkunsidra din il-proposta fil-jiem li ġejjin.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #5352 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' stallazzjoni ta lift

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4749 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-każ tal-istallazzjoni ta' lift fil-post li qed jingħata separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorita’ kienet approvat l-applikazzjoni għall-installar ta’ lift fil-blokk imsemmi, u applikat għall-permess mingħand il-MEPA. Bħalissa, l-Awtorita’ għandha madwar 30 talba pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki esistenti tal-Gvern u tħejja program ta’ installar fuq bażi ta’ prijorita’ skond il-gravita’ tad-diżabitita’ ta’mobilita’ tar-residenti. Għaldaqstant fil-każ imsemmi, il-lift mistenni jitlesta matul is-sena d-dieħla.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Tenders li ttieħdu minn Kumpanniji Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea: a) Kemm il- tender li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)? b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders? ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5356 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4743 u jgħid: a) Kemm hawn polikliniċi f'Malta? b) Kemm swiet kull poliklinika lill-gvern kull sena, f'dawn l-aħħar tliet snin? ċ) Kemm hemm impjegati f'kull poliklinika? d) X'inhuma l-ammont f'pagi u salarji li l-Gvern ħallas kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, għal kull poliklinika? e) Kemm attendew pazjenti f'kull poliklinika kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jwieġeb kull domanda b'mod individwali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — bini - fondi mill-Kumitat Soċjali Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5260 u jgħid kemm il-gvern Malti u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ingħataw fondi: forma ta' self mill-kumitat Soċjali Ewropew għall-bini tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qatt ma rċeviet fondi direttament mill-Kumitat Soċjali Ewropew għall-bini tal-iSptar Mater Dei. Il-fondi minn dan il-Kumitat kien jiċevihom il-Ministeru tal-Finanzi lli minn naħa tiegħu kien jalloka fondi lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-bini ta' dan l-iSptar permezz tal-baġits annwali.

Dipartiment tas-Saħħa — dejn mad-distributuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5259 u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008, kemm kien id-dejn tad-Dipartiment tas-Saħħa mad-distributuri tal-mediċini, kemm distributuri Maltin kif ukoll barranin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiinġabar.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5268 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa — Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5265 u jgħid fl-2008 kemm irriżenjaw mid-Dipartiment tas-Saħħa: a)Speċjalisti b)Tobba ċ)Dentisti d)Infermiera e)Qwiebel f)Professjonisti elenkati fil-lista ta' professjonisti relatati mas-saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li rreżenjaw 2 enrolled nurses, 2 therapist u 1 staff nurse.

Djar tal-Anzjani — Xiri ta' purtieri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2754 u jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għal djar tal-anzjani? Liema djar inħarġu għalihom dawn is-sejħiet? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

San Vincenz de Paule — Xiri ta' purtieri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2753 u jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għar-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Gozo channel — vjaġġi mill-vapuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5002 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru vjaġġi mill-vapuri differenti tal-Gozo Channel matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.