Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4573, billi l-aċċess għar-raba' huwa ta' importanza fundamentali għax-xogħol tar-raba', jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent issib mod aċċettabbli kif dawn il-mogħdijiet ikun jista' jsir xogħol fuqhom b'mod li hu aċċettabli ambjentalment iżda mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol xi ħaġa impossibli li jsir?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema esperimenti dwar is-siġar tal-frott saru mid-dipartiment ikkonċernat f'Malta matul l-aħħar ħames snin? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-esperimenti? Saru xi suġġerimenti partikulari lill-bdiewa li jkabbru s-siġar tal-frott, bħala riżultat ta' dawn l-esperimenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-Mixtla ta’ San Vinċenż de Paule dawn l-aħħar ħames snin saru diversi esperimenti fosthom:
1. L-introduzzjoni
ta’ rootstook
(tas-selvaġġ) differenti miġjub minn pajjiżi oħra biex fuqu jkun jista’ jitlaqqam siġar tal-frott bħall-lanġas, bambinella, tut, għajnbaqar, tuffieħ, ċirasa u frott irqieq. Dawn l-esperimenti qed isiru biex jinstabu l-aħjar metodi ta’ tilqim u tnissil.
2. Qed isiru esperimenti wkoll fuq is-selvaġġ taż-żebbuġ miż-żerriegħa.
3. Qed jiġu ntrodotti tipi ta’ frott eżotiku bħaż-żinżel Ċiniż, l-avokado, il-guava u l-kaki.
Ħafna minn dawn l-esperimenti u provi jridu jsiru fuq numru ta’ snin qabel jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Dawn l-esperimenti jissarfu f’siġar tal-frott li huma mnissla b’metodi aktar effiċjenti kemm fin-numru u kwalita’, fi produzzjoni ta’ siġar tal-frott li huma aktar b’saħħithom u li kapaċi jikbru fl-ambjent tagħna, u f’siġar li kapaċi jirreżistu aktar għal diversi tipi ta’ mard.
Is-sezzjoni tal-Pomoloġija kontinwament tagħti lill-bdiewa pariri skond ir-riżultati miksuba.
Minn naħa tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-pjanti jien infurmat li kontinwament isiru testijiet għal mard li jattakka s-siġar tal-frott. Qed issir ukoll il-karaterizzazzjoni tas-siġar tal-frott Maltin biex tiġi fformulata d-deskrizzjoni tal-varjetà.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta' bini li kienu jservu bħala lukandi, biex minnufih jinbena bini ieħor? Fejn jinstabu dawn l-applikazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fejn u meta l-Awtorità tad-Djar tibni l-appartamenti tal-gvern, din l-istess awtorità jew f'korporazzjoni ma' awtoritajiet oħra tassigura li l-infrastruttura neċessarja kollha (ilma,drenaġġ, toroq u dawl barra) tiġi inkorporata fil-proġett għaliex f'ċerti każi l-blokki mibnija jitqassmu lir-residenti mingħajr dawn is-servizzi u bi problemi mhux żgħar għalihom?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-għasses tal-Pulizija f'Malta u f'Għawdex li jinsabu magħluqa fil-fatt jibdew jinfetħu regolarment (jekk possibli 24 siegħa kuljum)? Fejn dan mhux possibli jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-għasses jitneħħewlhom is-sinjali li jindikaw li l-post huwa għassa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Għases prinċipali kollha jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f'dik l-Għassa tkun meħtieġa x'imkien ieħor. Għalhekk ma narax li huwa l-każ li għandu jsir dak li qed jiġi propost mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li persuni li jbiddlu l-vetturi tagħhom, b'mod partikulari dawk kummerċjali, biex jagħmlu upgradetal-vetturi tagħhom għal €4 jew €5 jagħmlu dan billi jżommu l-istess numru tal-vettura li tkun qed tiġi mibdula u għalhekk ma jkollhomx għalfejn iħallsu l-liċenzja mill-ġdid għall-perijodu tas-sena li jkun fadal diġà mħallsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull ħlas ta’ liċenzja tat-Triq huwa marbut mal-ħlas ta’ dik il-vettura partikolari u mhux possibli li jiġi ttrasferit fuq vettura oħra.
Jekk vettura tiġi
upgrade
, dik il-vettura tista tiġi ggaraxxjata u l-ADT tagħti
refund
tal-bqija tal-liċenzja mhux użata għal dak il-perjodu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4805 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn il-jiem hemm numru ta’ ħaddiema tal-Air Malta fiċ-Ċili? Hemm il-ħsieb li xi ajruplan tal-Air Malta jkun mikri fiċ-Ċili s-sena d-dieħla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numbru ta’ ajruplani li jkunu żejda. Din is-sena bħas-snin l-imgħoddija l-Air Malta irnexxiela tikri ajruplan lill linja tal-ajru privata fiċ-Ċili, din hi l-istess linja tal-ajru li sentejn ilu kienet kriet ajruplan mingħand l-Air Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li qed jibbenefikaw mill-capping fuq id-dawl u l-ilma fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawk il-kumpanniji li kienu jibbenefikaw mill-capping qabel ma’ daħħlu fis-seħħ il-kontijiet il-għolja fl-1 ta’ Ottubru 2008?
Billi xahar qabel l-Elezzjoni Ġenerali għadd ta’ familji Maltin irċevew ittra uffiċjali mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, taqsima amministrazzjoni tad-dfin taċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata datata 4 ta' Frar, 2008 fejn dawn ġew mgħarrfin uffiċjalment mill-amministratur tat-taqsima amministrazzjoni tad-dfin li x-xogħol sabiex jitkabbar iċ-ċimiterju ta’Santa Marija Addolorata kien wasal biex jinbeda fi żmien qasir u li dan il-proġett ser jinkludi l-bini ta’ 2,782 qabar ġdid u li 2,500 qabar minnhom kienu ser jiġu allokati u mibjugħa lill-pubbliku filwaqt li l-kumplament tal-oqbra mibnija kienu ser jinżammu mill-Gvern għall-użu komuni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett, meta ser jiġu allokati dawn l-oqbra u jekk kien hemm xi tibdil fil pjani tal-gvern x’wassal għal dan u għaliex il-familji konċernati ma ġewx avżati dwar l-iżviluppi l-ġodda?