Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm għadda flus lill-Università minn dawk ivvutati għas-sena 2008? Kemm jonqsu jgħaddi lill-Universita' sal-aħħar tas-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Ottubru, it-Teżor għadda €23.6 miljun minn Item 6701, affavur l-Universita. Kif indikat fis-Supplementary Estimates, taħt Vot 28, qed jiġu vvutati €2 miljuni aktar għal din is-sena, apparti t-€30 miljun ipprovduti fl-Estimi Finanzjarji għall-2008 u l-€1.2 miljuni li l-Universita ġiet ipprovduta din is-sena minn fondi li ma ntużawx is-sena li għaddiet.
Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin kemm nefqet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u kemm minn dawn il-fondi ġew:
i) mis-self
ii) mill-budget pubbliku?
Kull sena kemm ħallset imgħax fuq is-self? Fiex nefqet il-flus kull sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li qed nirċievi ilmenti konsistenti dwar toroq fi stat ħażin ħafna li jwasslu għal istituzzjonijiet edukattivi f'Pembroke bħal Sir Adrian Dingli, Crafts Centre, Kulleġġ Santa Klara, Science Centre u Kumpless Martin Luther King, jista' l-Ministru jara li ssir pressjoni fuq l-entitajiet konċernati biex it-toroq jitranġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-toroq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-qasam edukattiv governattiv u f'liema grad bejn Settembru u Diċembru 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati fil-qasam edukattiv governattiv bejn Settembru u Diċembru 2007 huwa hekk:
Direttur Ġenerali 1
Regular Teacher 170
Supply Teacher 51
Supply Learning Support Assistant 21
Supply Kindergarten Assistant 15
Matul l-istess perjodu kien hemm wkoll l-impjieg ta’ sitt persuni irtirati mis-Servizz (4 Retired Kindergarten Assistant “on call” u 2 Retired Teachers), persuna waħda bħala “on call” Special Needs Emergency Helper, 26 Adult Educators li jagħtu s-servizz tagħhom fil-klassijiet ta’ filgħaxija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3971 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3971.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil-
management
tat-traffiku ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tibni mill-ġdid Triq il-Belt Valletta Żurrieq/Kirkop. Ix-xogħol mistenni jibda lejn nofs 2009.
Il-kunsilli lokali kollha ta’ l-inħawi li ser jiġu affetwati bid-devjazzjoni tat-traffiku, u matul ix-xogħolijiet ser jiġu kkonsultati qabel u waqt ix-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
B'referenza għall-aħħar parti tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4028, jista' l-Ministru jagħtini statistika fuq bażi nazzjonali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-plastic waste kollu miġbur skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa preċiż bħal dak li ngħata fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4028.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4147 u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4147.
Ċentri għall-persuni ta' anqas minn 60 sena — riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4196 u 3454 u jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tkun tista' tmur fih għal riabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmorru Zammit Clapp, hemm ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li minn Novembru 2007, il-Ministeru tiegħi estenda dan is-servizz għall-iSptar Karen Grech fejn adulti ta' kull eta' jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz ta' rijabilitazzjoni. B'hekk is-servizz li kien jingħata fl-iSptar Żammit Clapp issa ġie estiż ukoll għall-adulti kollha u mhux biss għal dawk li għandhom aktar minn 60 sena.
Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?
Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4017 u 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3148.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4219 u jgħid u jispjega kif sejjer jkun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4219.
Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tinforza li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jigifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jiddawwar b'ħajt hekk kif stipulat f'regolamenti li daħlu fis-seħħ numru ta' xhur ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit vakanti li jinsab fuq tliet toroq f'Haż-Żebbug, jiġifieri Triq is-Sindku P.Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, kien ġie irrapurtat mill-kunsill lokali. Meta saru l-investigazzjonijiet mis-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA, ħareġ li fuq din l-art għaddejjin proċeduri ċivili fil-qrati biex jiġi determinat min hu sid l-art.
Minħabba f'hekk il-proċeduri minn naħa tal-MEPA waqfu għal ftit sakemm jiġi ċċarat dan il-punt. Sussegwentament, ġie deċiż li tinħareġ notifika ta' infurzar fuq sidien mhux magħrufa, li ser titwaħal fuq is-sit, taħt il-kriterju ta'
injury to amenity
skond kif stipulat f'artiklu 55 ta’ l-Att Nru 1 tal-liġi ta' l-ippjanar. Din in-notifika tagħti żmien sitt ġimghat biex jittella l-ħajt, jekk dan ma jsirx il-MEPA tinforma lil kunsill biex dan jissottometti stima tax-xogħolijiet li hemm bżonn biex tiġi evalwata mill-MEPA. Hekk kif il-MEPA tapprova din l-ispiża tinforma lil kunsill li x-xogħol jista’ isir u tħallas lil kunsill meta jitlesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-irmiġġi f'Kemmuna? Jista' jgħid jekk hemmx talbiet għal irmiġġi ġodda f'Kemmuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm żewġ permessi għal irmiġġi temporanji ġewwa il-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna. Hemm ukoll talbiet oħra għal irmiġġi ġodda ġewwa Kemmuna.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li fuqhom sar xogħol mill-Malta Shipyards matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid f'kull każ kemm dam ix-xogħol fuq kull vapur?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Tista' tgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.