Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5393 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Kaġun ta' daħna

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-kaġun ta' daħna kbira fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fit-8 ta' Jannar 2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma sar l-ebda rapport dwar xi ħsarat li setgħu ikkaġunaw dħaħen kbar fl-Isptar fit-8 ta' Jannar 2009.
Leg 11 PQ #5394 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dipartimenti u Uffiċini tal-Gvern - arja kundizzjonata

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema dipartimenti u uffiċini tal-Gvern f'Għawdex għandhom sistema ta' arja kundizzjonata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #5395 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' qorti ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-bini tal-qorti l-ġdid f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata lli saru l-pjanti u saret ukoll applikazzjoni mal-MEPA għal dan il-proġett f'Lulju 2008.

Wied il-Għajn bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tistima li x-xogħol jinbeda madwar erba' ġimgħat wara li jkun iffirmat il-kuntratt mal-fornitur ġà identifikat għal dan il-proġett.

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil-preżent qed jintilef parti sostanzjali minnu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — Pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5236 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5410 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — Triq Erba' Mwieżeb - Karozza abbandunata

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-pulizija, jieħu passi neċessarji biex il-karozza li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament titneħħa minn fejn hi għaliex wara li ilha fit-Triq Erba' Mwieżeb, San Pawl il-Baħar għal diversi xhur, issa bdiet tiġi żarmata biċċa biċċa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi il-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet minn fejn kienet.
Leg 11 PQ #5412 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi tal-kera — bidliet

Question

Issa li l-Gvern qed jipproponi bidliet fil-liġijiet tal-kera ta' pajjiżna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-gvern innifsu jagħti eżempju konkret billi jagħti ħlas ta' kirja ogħla mill-mument li tgħaddi l-liġi fil-parlament, mingħajr ma nistennew iktar żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Gvern ser ikun qed jimxi ma’ dak li tistipula il-liġi ġdida tal-kera fiż-żmien opportun.

Bini ta' ħitan tas-sejjieħ mal-kunsilli lokali

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1543, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ mal-kunsilli lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5421 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Koppji li jagħmlu fostering — ċertifikat tal-kondotta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tibda toħroġ iċ-ċertifikat tal-kondotta dettaljat ta' dawk il-persuni li jridu jagħmlu fostering bħalma jsir fil-każ tal-koppji li jkunu se jaddottaw tarbija?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kandidati prospettivi li jridu jagħmlu fostering huma mitluba għall-kondotta tal-Puluzija. Meta jinħass il-bżonn, il-kandidati huma mitluba għall-kondotta dettaljata.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5272 u jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5472 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5270 u jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Urban Improvement Fund tal-MEPA għadha qed titħaddem u l-fondi jingħataw lill-Kunsilli Lokali jew lill-aġenziji tal-Gvern fuq proġetti għal titjib fiż-żoni urbani. S'issa ġew komessi aktar minn €4.4 miljun fuq 133 proġett proposti mill-Kunsilli Lokali u Dipartimenti tal-Gvern.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5295 u 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Baċier numru 1 — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk interessati fil-proġett tal-Baċir numru 1? Kemm minnhom ressqu l-proposti? Kemm-il darba iltaqa' magħhom? X'inhi r-raġuni li ttieħdet id-deċiżjoni li l-proġett ma jsirx, meta sa ftit qabel kienu qed isiru diskussjonijiet u saru pjanti ġodda minn xi ħadd interessat partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kumpaniji jew individwi li wrew interess fil progett tal Bacir numru 1 kienu sbatax. Tnejn minnhom issottomettew proposti. Dak li ntghazel bhala il preferred bidder kellhu ghaxar laqghat man Negotiating Board. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari magħmula minnu stess, ċioe' Nru 4999.

Surveillance fuq offerti tat-telefonija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tagħmilx xi tip ta' surveillance fuq l-offerti li jitħabbru minn żmien għal żmien mill-operaturi tat-telefonija f'Malta? Meta saret l-aħħar investigazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt skemi jew offerti oħra li jitħabbru minn żmien għal żmien ikunu qed jiġu osservati mill-operaturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l- Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni teżerċita price control fuq servizzi tat-telefonija biss fejn l-operatur ikun ġie meqjus li għandu Significant Market Power fis-suq wara li jkun sar analiżi tas-suq li jsegwi l-proċedura stabbilita taħt il-qafas komuni tal-Unjoni Ewropeja. Fil-każ li servizz provdut minn operatur partikolari huwa suġġett għal price control, kull tariffa ġdida jew tibdil fit-tariffi jeħtieġ il-permess tal-Awtorità. Dan isir biss wara li jkun ġie mitmum analiżi dettaljat tat-tariffi proposti mill-operatur. Fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn operaturi tat-telefonija fejn l-obbligu ta’ price control ma jkunx ġie stabbilit minħabba li l-operatur ma jkunx meqjus li għandu Significant Market Power fis-suq partikolari, ma jinħtieġ ebda permess mill-Awtorità u tariffi ġodda jew tibdil fit-tariffi jistgħu jiġu mħabbrin mill-operatur fuq bażi kompetittiva. Madanakollu, l-Awtorità għandha proċessi fejn tilqa' mistoqsijiet jew ilmenti mill-publiku rigward servizzi pprovduti fis-suq sabiex tagħti l-informazzjoni neċessarja lill-publiku, u fejn jiġi meqjus li iżjed investigazzjoni hija meħtieġa, tqajjem l-ilmenti rispettivi mal-operaturi kkonċernati.