Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-residenza San Vincenz de Paule hemmx networking tal-kompjuter bejn is-swali u l-blokk amministrattiv? Jekk iva, meta sar? Jekk le, meta huwa ppjanat li jsir? Kemm ilhom jistennew biex dan isir? Jekk għadu ma sarx, għaliex għadu ma sarx meta illum qed ngħixu f'soċjetà elettronika?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix trading licence in konnessjoni mal-persuni jew garage li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn tfiċċija li saret fid-database tal-liċenzi jirriżulta li ma hemm l-ebda liċenza maħruġa lil tali persuni biex jiġġestixxu attivita kummerċjali minn garaxx.
Minn l-istess tfittixija jirri¿ulta li waħda mit-tali persuni għandha liċenza biex topera bħala bejjiegħ fit-toroq, filwaqt li l-persuna l-oħra m'għandiex ebda liċenza.
B'referenza għall-mistoqsija parlmantari 3971, jista' l-Ministru jgħarrafni bil-każijiet pendenti inkluż in-numru ta' ħaddiema in kwestjoni f'dawn it-tilwimiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li din is-sena ġew rapportati 78 każ ta’ tilwim industrijali. Fl-aħħar erbgħa snin in-numru ta’ każijiet kien:
2004 - 73
2005 - 82
2006 - 82
2007 - 74
Minn dawn il-każijiet għad hemm tmienja pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan tal-Gvern biex jiżviluppa inoteka nazzjonali tal-inbid fil-Buskett? Kemm intnefqu flus għat-tħejjija ta' dan il-pjan tal-inoteka s'issa u meta ntnefaq sena b'sena matul dawn l-aħħar snin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lukandi li matul 2008:
a) fetħu
b) għalqu u jew
ċ) għamlu żvilupp jew titjieb?
Fir-rigward ta' dawk li għalqu, kemm kienu jħaddmu ħaddiema fuq bażi full-time u part-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008, fetħu tlett hostels u guest house, erba’ lukandi għamlu żvilupp jew tkabbir, lukanda u guesthouse għalqu u lukanda ċekknet in-numru ta’ kmamar.
L-Awtorità tat-Turiżmu m’għandhiex informazzjoni fuq kemm jaħdmu ħaddiema
full- time
u
part-time
fl-istabbiliment liċenzjati minnha.
Jista' l-Ministru jgħarrafni kemm huwa kkalkulat li niżel ilma tax-xita fl-aquifers tal-gżejjer Maltin kif ukoll kemm huwa kkalkulat li ttella' ilma mill-art matul is-sena 2009? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4746 u 25966 li saret fil-leġislatura l-oħra u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fasslitx il-Quality Services Charter tas-servizzi li hija tmexxi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali bdiet id-diskussjonijiet interni sabiex tipprepara l-Quality Service Charter għas-servizzi li hija tmexxi. Hu maħsub li fuq medda ta’ żmien, jitfassal Quality Service Charter għal kull Aġenzija fi ħdan il-Fondazzjoni bil-għan li l-proġett jinħadem bir-reqqa. Għalhekk, minn din is-sena beda l-proċess ma’ l-APPOĠĠ. Kif jitlesta l-Quality Service Charter ta’ din l-Aġenzija, jibda l-proċess ma’ l-Aġenziji l-oħra tal-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Mil-liema fondi tħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard in-numru ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd assenjati mal-Kunsilli Lokali kien ta’ 145. Illum hemm 144.
Is-salajri li tħallsu lill-dawn il-ħaddiema sena b’sena hu kif ġej:
€
2003: 1,606,985
2004: 1,618,705
2005: 1,657,574
2006: 1,771,155
2007: 1,813,403
2008: 1,771,155
Is-salarji jirriflettu ċ-ċaqliq li sar matul is-snin minħabba irtirar mix-xogħol ta’ ħaddiema bil-pensjoni jew fuq invalidità, li ġew sostitwiti b’ħaddiema oħra. Ir-responsabbiltà ta’ l-assenjar ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd ma’ Ministeri u Dipartimenti hu tal-IPS Ltd.
Dawn il-ħaddiema jitħallsu parti mill-fondi allokati lill-IPS Ltd u parti mill-fondi taħt il-Vot 9 – Dipartiment għall-Gvern Lokali
(item5210 – service to Local Councils)
.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jinagħtaw separatament, peress li anke peadiatrician privat qal li għandu bżonn facilitator?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4766 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kollaborazzjoni ssir bejn l-ELC u l-Awtorità dwar it-Trasport dwar dan is-suġġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-siti msemmija kontinwament jiġu mdaħħla fi program ta’ manutenzjoni matul is-sena kollha permezz ta’ kuntratt li hemm bejn il-Gvern u ELC Ltd. Dan il-kuntratt jiġi kkontrollat mill-Monitoring Unit tal-Malta Embellishment Landscaping Project fejn jiġu integrati l-interessi ta’ Entitajiet Governattivi fuq dan is-suġġett, prinċipalment tal-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5006 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qasmu nies bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4987 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar kif ukoll skond il-marka, it-tip u ċ-ċilindraġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Cottonera — Triq ta' quddiem De La Salle College - manutenzjoni ta' triq
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4176, peress li l-Ministru qed jgħid li mill-informazzjoni li għaddewlu ma jiriżultax li t-Triq ta' quddiem De La Salle College Cottonera tkun mgħarqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li l-interpellant stess jaf b'din is-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jara li din il-verifika terġa' ssir jew adirittura jiġu mistoqsija dwar din il-kwestjoni l-uffiċjali għolja ta' De La Salle stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.