Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5533 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skemi speċjali — restawr tal-faċċati

Question

Fid-dawl ta' diskors tal-budget 2009, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità/dipartiment ser imexxi l-iskema speċjali ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali? Min hu intitolat biex jibbenifika minn din l-iskema? Id-djar domestiċi/residenzjali biss jew anke binjiet kummerċjali? Min hu inkwilin, jista' japplika għal din l-iskema? Jekk wieħed ibiegħ id-dar li fuqha ibbenefika minn din l-iskema jrid bilfors irodd lura il-flus? Post li hu mibni mhux skond il-permess jew li għandu l-aluminium fil-faċċata u dan l-istess post jinsab fil-qalba tal-bliet jew village core (fejn dan skont il-policy tal-Awtoritá għall-Ipjannar u l-Iżvilupp mhux suppost) ikun jista' jibbenefika minn din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tali miżura mħabbra fil-budget taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment. L-iskema se tkun waħda speċjali ta’ darba u li minna jistgħu jibbenefikaw il-faċċati ta’ binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950. Dawk il-binjiet skedati fil-qalba ta’ l-ibliet u l-irħula se jkunu qed jingħataw preferenza. Dawk intitolati se jingħataw għajnuna ta’ tletin fil-mija tan-nefqa totali tar-restawr, sa massimu ta’ €2,500. Għal din l-iskema ġew allokati żewġ miljun ewro u din is-somma mistennija tkopri ir-restawr ta’ madwar seba’ mitt binja madwar Malta u Għawdex. L-iskema qed tiġi mfassla mil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u se tkun imħabbra fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam edukattiv governattiv — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-qasam edukattiv governattiv u f'liema grad bejn Jannar u l-aħħar ta' Frar 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati fil-qasam edukattiv governattiv bejn Jannar u l-aħħar ta’ Frar, 2008, huwa hekk: Direttur 1 Officer in Grade 5 (College Principal) 1 Regular Teacher 5 Learning Support Assistant II 1 Supply Teacher 37 Supply Learning Support Assistant 101 Supply Kindergarten Assistant 2 Matul l-istess xahrejn kien hemm wkoll l-impjieg ta’ 19-il persuna irtirati mis-Servizz (16 Retired Kindergarten Assistant “on call” u 3 Retired Teacher), 12 oħra bħala “on call” Special Needs Emergency Helper, u 2 Adult Educators li jagħtu s-servizz tagħhom fil-klassijiet ta’ filgħaxija.

Awtorità dwar it-Trasport — Azzjoni neċessarja

Question

B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3467 u 2624 u jgħid x'wieġbet l-Awtorità dwar it-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent — applikazzjonijiet mill-Foundation for tomorrow schools

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambejnt mill-foundation for tomorrow schools u għal liema proġetti matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu approvati u liema kienu? Kemm kien stmat kull proġett oriġinarjament, wieħed b'wieħed u kemm kienet in-nefqa aħħarija ta' kull wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Librerija Nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nies użaw il-Librerija Nazzjonali għal skopijiet ta' riċerka, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija u kemm kienu ta' nazzjonalità Maltija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ nies li użaw il-Librerija Nazzjonali għal skopijiet ta' riċerka matul dawn l-aħħar ħames snin.

Sezzjoni tar-riżorsi umani — Flexitime

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ingħata l-flexitime fis-sezzjoni tar-riżorsi umani tal-Ministeru tiegħu fi Block A il-Furjana? Għaliex lill-ħaddiema ta' ċertu assistent direttur li riedu kollha jadħmu bil-flexitime ingħataw il-flexitime mingħajr kundizzjonijiet ta' xejn u kollha jkunu telqu lejn id-dar qabel l-16-00p.m. filwaqt li l-ħaddiema ta' assistent direttur ieħor ma ngħatawx dan il-privileġġ u approvawlhom biss il-flexitime wara xahrejn jistennew u jingħataw diversi skużi billi jalternaw wieħed mal-ieħor u kundizzjonijiet oħra li l-kollegi l-oħra m'għandhomx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Librerija Nazzjonali — Legal deposit act

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm akkwistat kotba jew xogħlijiet oħra letterarji jew informattivi l-Librerija Nazzjonali matul dawn l-aħħar tliet snin bl-infurzar tal-legal deposit act? Liema kienu dawk ix-xogħlijiet li akkwistat wieħed b'wieħed? Kemm hemm individwi jew entitajiet li ma kkoperawx? Min kienu wieħed b'wieħed? X'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul dawn l-aħħar tliet snin, bl-infurzar tal-legal deposit act, il-Librerija Nazzjonali akkwistat dawn il-kotba jew xogħlijiet oħra letterarji jew informattivi: Sena Nru ta’Kotba Akkwistati bħala legal deposit 2006 672 2007 513 2008 (sas-7 ta, Novembru ) 431 Listi ta’ dawn ix-xogħlijiet wieħed b'wieħed ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kien hemm l-ebda individwi jew entitajiet li ma kkoperawx.

Gozo Channel — Użu minn residenti Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma residenti f’Għawdex li vvjaġġaw permezz tal-Gozo Channel kull xahar minn Jannar 2007 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Kif jaf l-Onor Interpellant, il-Gvern bħalissa ħareġ sejħa ta’ interess għas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer. L-informazzjoni mitluba hi ta’ natura sensittiva kummerċjalment u għalekk ma jkunx għaqli illi tingħata.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file ta' l-Uffiċċju Konġunt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu ma ġiex ipproċessat minkejja li ilu miftuħ tmien snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, se jiffinaliżża dan il-każ fl-iqsar żmien possibli.

Dar Malta fi Brussell — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi permezz tar-real estate agents fi Brusell, il-Gvern qiegħed fil-proċess sabiex jikri l-uffiċini f’Dar Malta. Qed issir promozzjoni għal kiri ta’ dawn l-uffiċini ma organizzazzjonijiet professjonali kif ukoll ma reġjuni li jistgħu jirrikjedu spazju f’Dar Malta. Iż-żmien li ttieħed biex jiġu refurbished l-uffiċini u l-kriżi ekonomika ta’ bħalissa huma fatturi li kkontribwew għad-dewmien biex jibdew jinkrew dawn l-uffiċini.

Sisa fuq bejgħ ta' tabakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008, xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008 huwa kif ġej: Tabakk Tabakk Manifatturat € € Jannar 91672 1433735 Frar 110760 3986310 Marzu 131400 4523168 April 105894 4734227 Mejju 185003 5285071 Ġunju 99304 5293956 Lulju 141299 5975525 Awwissu 168732 5462578 Settembru 113079 6314722 Ottubru 347669 6676511 Novembru 123728 5779037 Diċembru 97729 3628047 Total 1,716,269 59,092,887

Ġbir ta' taxxa minn capital gains

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li nġabru matul is-sena 2008 minn capital gains maqsuma xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Capital Gains Report for Year 2008 Xahar Ammont/€ Jannar 4,585,900 Frar 7,213,774 Marzu 7,068,438 April 5,881,706 Mejju 7,905,373 Ġunju 4,984,004 Lulju 6,316,372 Awissu 7,757,600 Septembru 7,755,199 Ottubru 8,801,732 Novembru 6,251,895 Diċembru 5,725,950 Total 80,247,943

Fabbriki li fetħu jew għalqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew l-operazzjoni tagħhom fabbriki ġodda f'Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar u kemm temmew l-operat tagħhom matul l-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2008, disa’ kumpaniji ġodda bdew l-operazzjoni tagħhom, filwaqt li sitta temmew l-operat tagħhom matul l-istess perjodu.

Mosta — Valletta Road - Manutenzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4006, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4448 u jgħid xi jfisser bil-kliem "fi żmien qasir"?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ patching bil-"cold asphalt" sar fit-13 ta’ Novembru 2008 b’mod partikulari ħdejn ir-roundabout ta’ Kinds. Fit-12 ta’ Dicembru 2008 sar patching bil-"hot asphalt" bejn din ir-roundabout u r-roundabout tal-Mosta (jiġifieri Triq Valletta).

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Vincenz de Paule — Psychologists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists impjegati biex jagħtu servizz lir-residenti ta' San Vincenz de Paule? Jekk hemm psychologists, x'inhu x-xogħol prinċipali tagħhom? Jekk m'hemmx, għandu l-ħsieb li jimpjega professjonisti fuq dan il-qasam u meta huwa ppjanat li dan isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.