Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4742.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament jistax jixtri iċ-ċens? Jekk fl-affermativ, x'inhi l-proċedura li jrid isegwi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-persuna kkonċernata ffirmat il-kuntratt ta’ l-enfitewsi ma’ l-Awtorita’ tad-Djar fil-15 ta’ Jannar 1985. Dan il-kuntratt jistipola illi wara l-għeluq ta’ 25 sena minn din id-data, jiġifieri fil-15 ta’ Jannar 2010, iċ-ċens jiżdied bi 15% u jkun jista’ jinfeda ċ-ċens. Għalhekk wara l-15 ta’ Jannar 2010, il-benefiċċjarju jista’ jikkuntattja l-Awtorita’ tad-Djar biex jinfeda ċ-ċens.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' l-Ministru jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi li fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84, ingħatat biss 15?
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa smat li saret ħsara fil-barracks ta' Ħal Safi mill-immigranti illegali nhar is-Sibt 10 ta' Jannar 2009? Min iħallas għal din il-ħsara, il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ħsara li saret fl-imsemmija barracks, li hija stmata li tammonta għal €1,416.24, jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5295 u 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5295.
Wara li ftit tax-xhur ilu kien intqal li kellu jsir xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni fl-iskola primarja ta' Bormla, tista' l-Ministru tgħid x'sar minn dakinhar sal-lum dwar din is-sitwazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-kelma ‘sitwazzjoni’ fil-Mistoqsija hija vaga, l-Interpellant mitlub jiċċara għal xiex qed jirreferi sabiex jingħata tweġiba.
Prinċipali ta' skejjel u kulleġġi f'Malta u Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-prinċipali tal-kulleġġi f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid ukoll liema huma l-iskejjel taħt ir-responsabilità ta' kull prinċipal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pjazza Santa Margerita — applikazzjoni għal-latrina pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni sabiex tinbena latrina pubblika fil-ġnien ta' Pjazza Santa Margerita, liema proġett kien taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tat-Turiżmu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-post magħruf bħala x-Xgħajra jew Pjazza Santa Margerita Bormla, liema proġett kien ilu jiġi mwiegħed minn leġislatura għall-oħra u hawn qed nitkellmu fuq wegħda ta' xi 15-il sena?
Awtorità tad-Djar — xiri ta' proprjetà ssusidjata.
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa ta' xiri ta' proprjetà sussidjata maħruġa mill-Awtorità tad-Djar, liema sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 16 ta' Jannar 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskema ta’ bejgħ ta’ proprjeta’ għadha miftuħa sat-30 ta’ Jannar. L-informazzjoni mitluba tingħata wara din id-data.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi problemi partikolari dwar il-ħasil tal-crates (kaxxi tal-plastik) użati mill-bdiewa li fihom jinġarru l-prodotti tagħhom? X'tip ta' kontribut iħallsu l-bdiewa mid-dħul tagħhom biex dawn il-kaxxi jkunu mnaddfa sew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi problemi partikolari dwar il-ħasil tal-crates (kaxxi tal-plastik) użati mill-bdiewa li fihom jinġarru l-prodotti tagħhom? X'tip ta' kontribut iħallsu l-bdiewa mid-dħul tagħhom biex dawn il-kaxxi jkunu mnaddfa sew?
Tweġiba:
Il-Ministeru hu konxju li s-servizz li qed jingħata lill-bdiewa mill-Pitkali Crates, li hija kumpanija mmexxija minn rappreżentanza tal-għaqdiet tal-bdiewa, mhux tajjeb biżżejjed. Qed jitħejja pjan, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-maġġoranza tal-bdiewa, biex dan is-servizz ikun riformat.
Il-kontribut li jħallsu l-bdiewa għas-servizz tal-ħasil tal-kaxxi mill-Pitkali Crates Ltd hu ta’ 0.003% fuq kull Ewro ta’ bejgħ li jsir mill-Pitkalija.
Ta' Qali — Villaġġ tal-artiġjanat - irranġar tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-villaġġ tal-artiġjanat f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux ser ikompli bil-pjan li dawn l-inħawi jkunu rranġati, jekk mhux bil-fondi tal-Unjoni Ewropea, bil-fondi lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ġa la darba li l-proġett li kien hemm maħsub li jsir f’Ta’ Qali ma kkwalifikax sabiex jibbenefika mil-fondi Ewropej kif diġa mħabbar, u għalhekk ma jistax isir, issa l-Gvern qed jimpenja ruħu sabiex jagħmel ħiltu biex f’qasir żmien, b’fondi lokali, jirranġa u jgħolli l-livell tas-sit tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qali, u jakkomoda bl-aħjar mod possibbli lis-sidien tal-artiġjanat li bħalissa qed joperaw mill-istess villaġġ.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — penthouses
Question
Jista' l-Prim Ministru jara, permezz tal-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent, jekk wasalx iż-żmien li l-idea tal-penthouses f'Malta tiġi studjata darba għal dejjem u b'mod partikolari jiġi deċiż jekk distanza ta' 4.25 metru mill-faċċata għandhiex tinbidel għal waħda li tagħmel iktar sens, għaliex mhux magħruf kif id-distanza ta' 4.25 metri ġiet stabbilita?
Tista' l-Ministru tgħid meta kellu jitlesta l-proġett ta' training hotel fil-Qala? Jekk tlesta, meta? Tista' tgħid jekk humiex qed jiġu aċċettati bookings għall-irqad fiha mingħajr ħlas? Jekk fl-affermattiv, wieħed xi jrid jagħmel biex jibbukkja? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'din it-training hotel? X'inhu l-grad tagħhom u x'xogħol qed jagħmlu attwalment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 4572, inżid ngħarfu li it-training hotel fil-Qala strutturalment hija lesta.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 4790 u 5185 billi data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex hija importanti ħafna għat-tfassil ta’ pjan sostenibbli għat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jara li t-TOURSTAT survey jibda jkopri din id-data?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s’issa, informazzjoni dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni f’Għawdex hija miġbura permezz tal-Accomstat Survey, stħarriġ li jsir kull xahar. Din l-informazzjoni tkopri dawk it-turisti li joqogħdu fil-lukandi u fi stabbilimenti kollettivi oħrajn. Rigward il-possibiltà li t-Tourstat Survey jibda jkopri data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex, l-implikazzjonijiet ta’ din l-estensjoni, qegħdin jiġu mistħarrġa.
Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2007 u l-2008:
i) għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u
ii) għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex?
Jista’ jagħtini n-numru ta’ kull applikazzjoni?