Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Development Control Section (Malta) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandu erbgħa u erbgħin (44) case officer (full time jew part time) li jaħdmu fuq kull tip ta' applikazzjoni marbuta mal-ippjanar, inklużi applikazzjonijiet għall-ewwel deċiżjoni, reconsiderations, appelli, u Development Notification Orders. L-applikazzjonijiet jiġu mqassma skond id-diversi tipi ta' applikazzjonijiet u skond il-lokalità ġeografika marbuta direttament mal-Pjanijiet Lokali. F'każijiet li case officer ikun assenti mill-post tax-xogħol għal żmien konsiderevoli, l-każijiet jiġu mqassma lil case officers oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq l-Għassa tal-Pietà matul is-sena 2008? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol inbeda qabel is-sena 2008 u jekk le, meta nbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kampanja għas-segreataju ġenerali tal-Commonwealth — nefqa globali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja tal-eks Ministru Frendo għal segretarju ġenerali tal-Commonwealth? Kemm żar pajjiżi l-eks Ministru qabel din l-elezzjoni? Kemm swiet kull żjara u minn min kien akkumpanjat? Fuq liema kriterji ntgħażel it-team tal-kampanja tiegħu f'isem Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża totali tas-safar qabel l-elezzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth fl-2007 laħqet € 170,756.07 kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-team tal-kampanja intagħżel fuq id-diskrezzjoni tal-Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma responsabbli minn Triq id-Dwejra limiti tar-Rabat, Malta? Huwa il-gvern ċentrali jew xi kunsill lokali? Jekk huwa l-gvern ċentrali, meta jaħseb li se ssir il-manutenzjoni ta' din it-triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4397.
B’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli l-istatistika dwar investiment barra minn Malta tinżamm separatament ukoll dwar f’Għawdex? Jista' jara li din l-istatistika dwar Għawdex tibda tinżamm?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onerevoli Interpellant li l-obbligu li persuni jirrapportaw transazzjonijiet ta’ natura kapitali ma’ kontropartijiet barra minn Malta lill-awtoritajiet, bħal Bank Ċentrali ta’ Malta u bħal Ministeru tal-Finanzi, kif kien isir qabel l-2004 taħt il-liġi tal-kontroll tal-kambju m’għadux fis-seħħ. Fil-fatt, matul dak il-perijodu, il-Bank Ċentrali ta’ Malta kien jiġbor statistika ferm aktar dettaljata, inkluż dettalji fuq l-individwi.
Illum l-awtoritajiet m’għandhomx xi interess speċifiku fl-investiment li jsir minn residenti Maltin u Għawdxin barra minn Malta, ħlief għall-iskop ta’ rappurtaġġ regolari fuq il-pożizzjoni u transazzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti ta’ Malta.
L-istatistika fuq il-bilanċ tal-pagamenti ta' Malta - fejn wieħed jista’ jara statistika fuq investimenti barra minn Malta - tinġabar mill-Bank Ċentrali ta' Malta (BĊM) u mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq bażi ta' kampjun magħżul minn kumpaniji f'Malta u f'Għawdex, waqt li numru ta` kumpaniji finanzjarji jirrappurtaw b'mod aggregat fuq is-settur tal-Households and Individuals. Il-kumpaniji magħżula m'humiex obbligati jirrappurtaw l-istatistika maqsuma bir-reġjuni ta' Malta (magħrufa bhala NUTS 3) , l-ewwelnett minħabba li m'hemmx obbligu internazzjonali li tinġabar din il-klassifikazzjoni, kif ukoll minħabba li, jekk tintalab, din tista` tpoġġi piż żejjed fuq il-kumpaniji li jirrapportaw din l-istatistika
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeġ (
goods
) sena, sena mill-2003 sal-lum maqsuma skond l-
areas
ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjon mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija miġbura minn dawk kollha li huma reġistrati għall-VAT f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4930 u jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4930.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrasttruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fl-Air Malta fejn jidħol ir-refund tal-Airport Tax għal dawk li laħqu bbukkjaw titjiriet qabel l-1 ta' Novembru 2008? Kemm hu l-ammont ta' flus f'refund li ħallset l-Air Malta s'issa għal dan il-għan? Kemm hu l-ammont ta' flus li għad iridu jiġu mħallsa? Meta se jsir dan il-ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ taxxa tal-Airport Tax (Passenger Service Charge) għall-vjaġġar li laħqet tħallset qabel l-1 ta’ Novembru 2008 għal safar ibbukkjat għal wara din id-data, jammonta għall-€132,304.
Sal-15 ta’ Jannar 2009 l-Air Malta ħallset l-ammont ta’ €20,130 f’
refunds
ta’ taxxa tal-
Airport Tax
.
L-ammont li għad irid jiġi mħallas fuq
refunds
tal-
Airport Tax
hu ta’ €112,174.
L-ammonti qegħdin jitħallsu pari passu mall-użu tal-biljetti abbażi tal-prassi segwita f’dan is-settur fejn jirrigwardjaw rifużjonijiet.
Investigazzjoni għal Farmhouse konvertiti bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4934 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4934.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4933 u jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4933.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali respittivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5472.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008?
Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008?
Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
B'riferenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari, fis-sistema tal-informatika tal-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tinżammx informazzjoni dwar jekk perit applikax dirett f'ismu jew f'isem xi
'partnership'
jew kumpanija u għalhekk din il-parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija ppublikata fuq in-notice board u l-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — bus shelters
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bus shelters li għandhom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Fejn jinsabu dawn is-siti li għalihom qiegħda ssir l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha tlettax-il applikazzjoni għal bus shelters. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem
bus
,
shelter
jew linja.
Impjegati tal-Air Malta — Rifjut għal xogħol fl-Ivory Coast
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Air Malta tilfet aktar minn €6 miljun meta numru ta’ piloti u cabin crew ma ridux imorru jaħdmu għal ftit ġimgħat fl-Ivory Coast? X’raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numru ta’ ajruplani li jkunu żejda. L-Air Malta ppruvat tikri żewg ajruplani lill-linja ta’ l-ajru ibbażata f’Cote d’Ivoire. Kieku rnexxiet din il-kirja kienet trendi dhul ta’ madwar 6 miljun Ewro. Għad li ntlaħaq ftehim ma 3 Unions (Union tal-cabin crew, Union ta’ l-Enġiniera u l-General Workers’ Union) fuq il-kundizzjonijiet tal-membri tagħhom meta jmorru Abidjan ma l-ajruplani, ma setgħax jintlaħaq ftehim mal-Union tal-piloti (ALPA) fuq dan is-suġġett. Għalhekk il-kirja ma setghetx issir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.