Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proċeduri li ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux ċittadini Maltin, iridu jgħaddu minnhom sabiex ikunu jistgħu jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — applikazzjoni għal-iżvilupp
Question
B'referenza għall-Mistqosija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar 2008, u b'xi mod partikulari għall-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-applikazzjoni għall-iżvilupp li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jivverifika ma' l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent id dettalji li qiegħdin ukoll jinbagħtu separatament?
Jista' f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Prim Ministru jivverifika jekk hux il-każ li l-awtorità tara għandhiex x'iżżid mal-informazzjoni li ngħatat fis-seduta 71 sabiex l-istess Awtorità tassigura li jinħareġ il-permess li issa ilu dovut skond il-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus minfuqa fuq bini ta’ fabbriki ġodda bejn is-sena 2000 u Settembru tas-sena 2008 huwa kif ġej:
SENA
AMMONT
2000
€7,449,595
2001
€7,297,324
2002
€6,904,132
2003
€9,441,568
2004
XEJN
2005
€2,152,067
2006
€4,003,858
2007
€1,694,580
2008 (sa Settembru)
€28,470,515 (jinkludi €23m fuq Lufthansa Technik Malta)
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3051 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3854 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3854.
Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' safar sar mid-diretturi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħha biex jonoraw il-commitments tagħhom bħala diretturi matul dawn l-aħħar tliet snin, wieħed b'wieħed, dipartiment b'dipartiment u safra b'safra? Kemm intnefqu flus fuq kull safra? X'kien l-eżitu ta' kull safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministeru milli jiffinanzja proġett ta' ħidma mir-Razzett tal-Ħbiberija għal servizz terapewtiku u rikreattiv għal 400 persuna diżabbli li jattendu l-Adult Training Centre, liema servizz lest jiġi provdut mir-Razzett tal-Ħbiberija bl-ispiża żgħira ta' €50,000?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-offeta magħmula mir-Razzett tal-Ħbiberija ma tilħaqx l-aspettatvi u l-esiġenzi tas-servizz tad-‘Day Centres’ (Adult Training Centres) u l-klijenti li jattendu dawn iċ-Ċentri. Fil-fatt bħalissa qed isuru diskussjonijiet mar-Razzett tal-Ħbiberija fuq kif il-bżonn tal-klijenti taċ-Ċentri u l-esiġenzi tas-servizz jistgħu jintlaħqu. Kull ftehim finanzjarju mar-Razzett tal-Ħbiberija irid jirrifletti dan il-bżonn u jrid isir ukoll fil-limiti tar-risorżi finanzjarji disponibli.
Foundation for tomorrow schools — applikazzjonijiet għal impjiegi
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal impjiegi mal-Foundation For Tomorrow schools minn kemm ilha teżisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-health and safety exhibition hux ser issir din is-sena ġewwa Għawdex? Jekk fin-negattiv, tista' tagħti r-raġunijet għaliex? Jekk fil-pożittiv tista' tgħid f'liema fażi qegħdin il-pjanijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li il-Health and Safety Exhibition ġewwa Għawdex se issir fid-dati ippjanati, jiġifieri mit-23 sas-27 ta’ Marzu, 2009. Għal din is-sena skolastika, il-ħsieb hu li din l-esebizzjoni se tiġi mtawwla għal ġimgħa sħiħa. Bħas-soltu din se tkun miftuħa għall-komunita’ kollha sa’ tard fil-għaxija, u ser tinżamm f’ambjent tipikament Għawdxi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja kull impressjoni li qed tingħata li t-trasport tal-iskejjel tal-istat issa ġie ristrutturat u ma fadal l-ebda problema, l-istudenti tal-Imġarr li jmorru St. Therese Junior Lyceum qed jingħataw trattament ferm divers minn dak li wieħed jistenna? Għaliex dawn it-tfal qed jitwasslu siegħa u nofs qabel ma tibda l-iskola? Għaliex il-ftehim li hemm li l-istudenti m'għandhomx jinġabru aktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola mhux qed jiġi onorat u min hu nkarigat lanqas biss irid jitħarrek? Għaliex il-coach li tiġi għalihom b'detriment għas-saħħa u s-sigurtà tal-istess studenti qed jitilgħu fuqha tlett studenti f'kull seat? Għaliex l-istess coach qegħdin ukoll jitilgħu fuqha subien ta' skejjel oħra, li ċertament m'huwiex konformi mar-regoli tal-iskola u tal-Health and Safety? X'qed nistennew biex tittieħed azzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-trasport li jiġbor it-tfal mill-pjazza ta’ l-Mġarr għall-iskola ta’ St. Therese Girls’ Junior Lyceum, Mrieħel jibda fis-7.15 a.m. Dawn jibdew l-assemblea ftit wara t-8.15 a.m. Dawn it-tfal jaslu nofs siegħa qabel l-assemblea ta’ l-iskola. In-numru ta’ tfal ta’ l-iskola ta’ l-Imrieħel mill-Mġarr huwa ta’ 29 studenta. Magħhom qiegħed ikun hemm erba’ subien ta’ tnax-il sena li jattendu l-Liceo tal-Ħamrun. Il-kuntrattur qiegħed jibgħat coach mill-kbar li tesa’ 45 persuna bil-qiegħda. L-erba’ subien li qed jiġu mgħobbija iridu joqgħodu bil-qiegħda qrib ix-xufier. Dan biex ma jkun ta’ ebda detriment ghas-saħħa u s-sigurta’ ta’ ħadd.Meta n-numru ta’ subien minn din il-lokalita’ jiżdied, dawn ikollhom trasport separat indipendenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa uffiċjali saret mal-unions li jirrappreżentaw lill-impjegati fid-dikasteru tagħha, matul din l-aħħar sena, union b'union?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
ENTITA’
UHM
MUT
GWU
PSEU
UMASA
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
10
2
Direttorati ta’ l-Edukazzjoni
2
13
Institute of Tourism Studies
1
5
Kunsill Malti għall-Isport
9
Malta College of Arts, Science & Technology
3
9
National Archives
7
University of Malta
Regolari
Regolari
Superintendence of Cultural Heritage
4
Heritage Malta
4
Malta Council for Culture and the Arts
5
20
Public Broadcasting Services
3
European Union Programmes Agency
2
Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ser jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tissolva l-problema li qed tindika l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 86 sejħa għal offerti li ntrebħu minn kuntratturi Ewropej minn mindu Malta saret membru ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn huma sejħiet li ġew ippublikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ma jinkludux sejħiet li jippublikaw Dipartimenti jew aġenziji oħra tal-Gvern meta l-valur ma jaqbiżx is-somma ta’ €47,000.
Il-valur totali huwa diffiċli li tikkalkulah peress li wħud mill-kuntratti jiġu mogħtija a bażi ta’ rati u mhux a bażi ta’ valur totali.
Il-pagamenti jsiru mid-diversi Dipartimenti u aġenziji tal-Gvern li jkunu qed jixtru l-provista jew servizzi jew xogħolijiet. Ma teżistix
database
komprensiva li minnha tista’ tikkonkludi kemm saru pagamenti minn kull kuntratt.
Jista' l-Prim Minisru jinfurmani dwar l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid: Minn mindu ġie tterminat l-impjieg tiegħu sal-lum, xi flus qed jirċievi mingħand il-Gvern sena sena bħala pensjoni tas-servizz u jispjega kif se tiġi kkomputata din il-pensjoni? Jista' jgħid x'paga jirċievi jew kien jirċievi full gunner bejn il-15 ta' Marzu 2003 sal-lum sena, sena? Jista' jgħid kemm hi l-pensjoni sħiħa ta' full gunner llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollhiex il-kunsens ta’ l-individwu ikkonċernat.
Environment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tal-MEPA hija limitata għal dawk l-EIAs, studji u rapporti li ġew sottomessi lilha, jew inkella li ikkummissjonat il-MEPA stess.
L-istudji u EIAs li saru mill-ADI għan-nom ta' entitajiet pubbliċi fis-settur turistiku (jiġifieri l-MTA jew inkella għan-nom ta' entitajiet bħal Malta Marine Foundation bil-għajnuna ta' l-MTA), u li ġew sottomessi lill-MEPA, huma:
-
Project Description Statement (PDS) for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) at L-Imnieri, East Comino
(applikazzjoni PA 6280/06);
-
PDS for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) off the west coast of Comino
;
-
EIA for Scuttling of vessel (patrol boat P29) at Ċirkewwa
' (applikazzjoni PA 6279/06);
-
EIA for scuttling of two vessels off Xatt l-Aħmar
(applikazzjoni PA 6569/02);
-
PDS for Xlendi Bay Beach Replenishment
(applikazzjoni PA 6965/06);
-
PDS for Qawra Point Beach Development
;
-
PDS for Construction of visitor attractions and landscaped gardens at Qawra Point
(applikazzjoni PA 2256/07);
-
Monitoring Program in conjunction with PA 6279/06
;
-
Diving Master Plan for Gozo and Comino
.
Il-proċeduri legali viġenti jpoġġu r-responsabbiltà li jikkummissjona l-konsulent għall-EIA, fuq l-iżviluppatur u mhux fuq il-MEPA. Għaldaqstant, il-MEPA mhix f'pożizzjoni li tipprovdi la indikazzjoni dwar il-valur finanzjarju ta' dawn l-EIAs u studji, u lanqas dwar jekk kienux ikkummissjonati b'
tender
jew b'mod ieħor. L-entitajiet li jkunu ikkummissjonaw dawn l-istudji huma f'pożizzjoni aħjar biex iwieġbu dwar dan.
L-Istudji li ġew ikkummissjonati mill-MEPA matul dan il-perijodu huma dawn:
-
Land Reclamation Study
fejn l-ADI kienu partners lokali ma' Scott Wilson (mogħti b'
tender
);
-
Second National Communication Study
lill-UNFCCC, imħejji bil-kollaborazzjoni tal-MEPA, l-Università ta' Malta u l-MRRA. ADI kienu inominati mill-Università bħala
project managers
(mogħti b'
tender
);
- L-istudju
The Gathering of data to support the development of a national biosafety framework for Malta
(mogħti b'
tender
- Lm15,965);
- L-istudju
Setting up of a list of threatened and endemic fish
(mogħti b'
tender
lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm25,521.66);
- L-istudju
Setting up a list of threatened and / or endemic vertebrates
,
excluding fish, birds, bats and cetaceans
(mogħti b'
tender
lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 37278.26);
- L-istudju
Setting up of a list of threatened and/ or endemic in vertebrates, excluding insects
(mogħti b'
tender
lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 12275.68); u
- Għajnuna li kellha x'taqsam ma' applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti taħt l-iskema ta' l-ERDF (mogħti b'
tender
- Lm 1,815).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċess għaddej rigward is-servizz tal-internet offrut lill-kunsill lokali, liema servizz hemm ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-MITTS sas-sena 2009? Jista' jgħid ukoll kemm qegħdin iħallsu kull kunsill lokali għal dan is-servizz kull sena? X'se tkun il-policy u kif se jitmexxa dan il-proċess meta f'istant ngħidu li l-kunsilli lokali huma awtonomi u fl-istess ħin huma lkoll marbutin b'servizz li ġie impost fuqhom, waqt li f'pajjiż demokratiku kull kunsill lokali għandu jkollu l-għażla li jsib service provider tal-fiduċja tiegħu. Dan qed ngħidu wara l-leakage ta' dawk l-eluf ta' emails li kienu spjunati, u li kull kunsill lokali għandu jara li jqabbad servizz li mhux monopolju ta' xi ħadd imma li jirrifletti vera għażla ħielsa u libera.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:
1. Is-servizz ta’ l-Internet fil-Kunsilli Lokali huwa provdut mill- MITA (qabel MITTS Ltd) fuq bażi ta’ kuntratt ma’ l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Minbarra l-Internet il-Kunsilli Lokali jingħataw ukoll numru ta’ servizzi oħra marbutin mal- qasam ta’ l-
ICT
. Dan il-kuntratt ġie mġedded fit-12 ta’ Settembru 2008.
2. M’hemm l-ebda impożizzjoni f’dan ir-rigward. Il-kuntratt kien iffirmat volontarjament mill-Assoċjazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4677.
Jista' l-Ministru jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern u cioe’ d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjetà fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ġia għandha mappa definittiva fuq sistema kompjuteriżżata magħrufa bħala GIS (Graphical Information System). Fuq din is-sistema qed tinbena u tiddaħħal l-informazzjoni kollha li għandha t-Taqsima dwar il-proprjetà tal-Gvern.
Din is-sistema ma tinkorporax il-proprjetà privata u ma hemm l-ebda ħsieb li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, iddaħħal tali informazzjoni.
Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex iġedded u jimmoderniżża s-sistema tal-GIS biex tkun tista’ taqdi aħjar il-ħtiġijiet kemm fit-Taqsima kif ukoll fil-pajjiż.
Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wieħed jassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal żviluppi ta' stallel barra ż-żona ta' l-iżvilupp. F'dan ir-rigward bdiet issir investigazzjoni fuq il-permessi li ħarġu mill-1 ta' Jannar 2007 s’issa biex jiġi aċċertat li bini permess għadu qed jiġi użat għall-iskop oriġinali tiegħu.