Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping Policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5261, 4706 u 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tajt direzzjoni lil-ADT biex tieħu miżuri ta' sigurta' aħjar fil-lok li qed jirreferi għalieħ.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx Examiners' Report għall-performance tal-istudenti Maltin fl-eżami tas-SEC tal- Ingliż, u jekk sar, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi fuq il-website tal-Università, l-aħħar report li hemm hu tal-2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmata li dan ir-rapport u rapporti tal-eżaminaturi tas-suġġetti l-oħrajn kollha li saru fl-2008 ser ikunu jidhru fuq il-website l-ġdida tal-MATSEC sa l-aħħar ta’ Jannar 2009.
Peress li x-xita qawwija riċenti għamlet ħafna ħsara fit-toroq, inkluż toroq mibnija b'finanzjament tal-Protokoll Taljan u bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-Bridge Manwel Dimech, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni tad-difetti li żviluppaw f'dawn it-toroq minħabba x-xita u x'pasi se jittieħdu biex dawn id-difetti jiġu rranġati jew korretti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li qed jinfetħu ma' Malta u Għawdex ħafna ħwienet ta' logħob (gambling) mhux regolati u li fihom qed jidħlu tfal ta' età minorenni li jivvizzjaw ruħhom bil-vizzju tal-logħob, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent jgħid jekk teżistix xi policy dwar tali permessi? Jekk le, jista' jgħid jekk humiex ser isiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħwienet tal-gambling huma ġeneralment meqjusa taħt Class 9 (Assembly and Leisure) fil-Use Classes Order Regulations 1994. Il-policies eżistenti tal-MEPA ma jinkoraġġixxux din it-tip ta’ attività fi nħawi residenzjali.
Peress li l-Ministru kellu jippubblika regolamenti ċari dwar il-kaxxi tal-logħob (gambling machines) ħafna drabi bl-aktar mod sfaċċat imsejħa amusement machines sal-aħħar tas-sena 2008, jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti ser ikunu ppubblikati?
Luqa — Ħal Farruġ - Żona residenzjali - Klieb stray
Question
Peress li f'risposta riċenti l-Ministru kien assigurat illi klieb stray li kienu qegħdin jiġġerrew fil-parti residenzjali ta' Ħal Farruġ, Luqa nġabru, niġbidlu l-attenzjoni illi għad baqa' jiġġerrew fit-toroq numru ta' klieb li jinżlu miż-Żona Industrijali għal dawk residenzjali. Għalhekk jista' l-Ministru jara li jsiru spezzjonijiet fil-post residenzjali u industrijali u l-klieb li jitħallew jiġġerrew barra jinġabru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-klieb li kienu nstabu f’Ħal-Farruġ kienu tneħħew.
Pero nissuġerrixxi l-onor Membru biex jinforma lil min qed jirrapurtalu li aħjar iċempel direttament lit-taqsima konċernata fil-ħin propizju biex tkun tista’ tittieħed azzjoni immedjata u jinstabu l-klieb hemmhekk. Altrimenti ser jibqa jiġri li meta issir spezzjoni l-klieb ma jinstabux.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5535, peress li fil-paragrafu (a) kont qiegħda nistaqsi dwar jekk qabel, l-uffiċjali in kwestjoni kenux jaħdmu f'xi uffiċċju fis-settur pubbliku: u
la dawn is-sinjuri huma uffiċjali pubbliċi li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, il-pubbliku għandu dritt ikun jaf il-kwalifiki akkademiċi tagħhom; jista' allura l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-paragrafi (a) u (b) tal-mistoqsija msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 5535.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3168, jista' l-Ministru jaġġorna t-tabella li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2008, in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali kien ta' 156. F'dawn l-inċidenti 168 persuna tilfu ħajjithom.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata kif mitluba mill-Onorevoli Membru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5356, jista' l-Ministru jgħid:
1. jekk in-numru ta' impjegati f'kull poliklinika jinkludix ukoll dawk fil-bereġ li jaqgħu taħthom?
2. liema huma l-bereġ li jaqgħu taħt kull poliklinika?
3. kemm hu n-numru ta' impjegati u xi grad huma f'kull berġa?
4. jekk in-numru ta' pazjenti li attendew kull poliklinika jinkludix ukoll il-pazjenti li attendew il-bereġ li jaqgħu taħthom u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li attendew f'kull berġa?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1768, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bereġ matul l-2008 u jekk iċ-ċifri mogħtija fid-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-istess mistoqsija parlamentari humiex korretti ez. l-Imġarr fl-1998 u fl-2001 għamlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa/Berġa 7,116 u 90,096 persuna rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li ma tinżammx statistika dwar il-bereġ ta’ Għawdex peress li dawn jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Informat ukoll li minbarra t-tqassim tal-mediċini mill-ispiżeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ joffru diversi servizzi oħra. Għalhekk m’hemm l-ebda ħsieb li jingħalqu dawn iċ-ċentri meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ l-iSpiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek ma’ Malta u Għawdex kollha.
Liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-OHSA hijiex responsabbli mill-infurzar tal-Liġijiet dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u dan fir-rigward ta' proċeduri relatati ma' nirien fuq postijiet tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita hija biss waħda minn diversi entitajiet regolatorji responsabbli li jaraw li f’postijiet tax-xogħol ikun hemm miżuri u proċeduri adekwati relatati mal-prevenzjoni ta’ nirien fuq il-post tax-xogħol, u għal dawk il-proċeduri meħtieġa biex jitnaqqsu l-effetti fil-każ li jkun hemm xi nirien.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentai 5195, tista’ l-Ministru tgħid:
Kif taħt item 7173 EU Structural Funds 2004-2006 intefqu €895,187 meta kien hemm allokati €464,000? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Kif taħt item 7128 Restoration and Improvements to historical sites intefqu €224,000 meta kien hemm allokati €70,000 u niżlu għal €50,000 meta minnhom fis-27 ta’ Mejju 2008 kien tnaqqsu €20,000? Għaliex minn din l-item l-ewwel tnaqqsu €20,000 u imbagħad intefqu €224,000 meta kien hemm biss l-€50,000 li setgħu jintefqu? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Kif taħt item 7133 Housing Schemes intefqu €68,540 meta kien hemm allokati €35,000? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'dawk il-każijiet li ntefqu flus aktar mill-allokazzjoni oriġinali dan kien dovut jew għall "virement" minn item għall-ieħor fl-istess Vot jew inkella għal żieda fl-item rispettiv li kienet effetwata mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783, 4071, 4566 u 5196 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom:
(i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u
(ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena?
Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma ngħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Part Time Social Assistants li jaħdmu fil-komunita’ jaħdmu massimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa, imma dawn jista’ jvarjaw f’eventwalita’ li xi servizz jieqaf minħabba diversi raġunijiet.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stante li l-metre reader tal-Koroprazzjoni Enemalta jaqraw l-arloġġ kull sitt xhur u stante li l-kontijiet joħorġu kull xahrejn, jaħsibx il-Ministru li dan qed iwassal biex in-nies iħallsu flus għall-units li jkunu jiswew aktar skond iċ-ċaqliq tas-surcharge? Dan ifisser per eżempju li wieħed se jħallas f'Ottubru bis-surcharge bl-għoli ta' konsum li jkun sar f'Settembru meta surcharge kienet irħas. Jista' jindirizza din l-anomalija lill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta’ fattibilità ta’ impatt ambjentali, ta’ fattibilità finanzjarja, loġistika, eċċ. dwar proġetti ta’ faċilitajiet ġodda fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Jekk saru meta saru u minn min? Liema portijiet ġew identifikati fejn dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu provduti? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Xlendi - Cruise Liners - faċilità ta' baga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-akbar tunnellaġġ u tul tal-cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità tal-baga fix-Xlendi? Meta hu mistenni li titqiegħed din il-baga? Kif u b’liema opri tal-baħar huwa maħsub li l-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art? Fejn se jittrakkaw l-opri tal-baħar li jniżżlu l-passiġġieri l-art?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5191, 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Jista’ jgħid il-Ministru għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li informazzjoni għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar.
L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha bżonn persuna sabiex tkun tista' taħdem ta' driving instructor? Jista' jgħid kemm hawn driving instructors liċenzjati f’pajjiżna bħalissa? Jista' jgħid kemm hemm nies li qed jistennew li jiksbu l-liċenzja ta' driving instructor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.