Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li bħalissa qed jaħdmu mal-Gvern u li jagħtu s-servizz tagħhom fil-polikliniċi f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' servizz jingħataw mill-polikliniċi differenti?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li jirċievu l-pensjoni li joqgħodu f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ anzjani li joqgħodu f’kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali li jirċievu xi tip ta’ pensjoni mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li bħalissa qed isir fl-inħawi tas-Sukkorzju tas-Salina, f'dik il-parti li fil-fatt kienet infaqgħet bix-xita ta' snin ilu? Jista' jgħid jekk bħala parti minn dan ix-xogħol hux ser jerġgħu jinbnew il-ħitan li kienu jiffurmaw is-Salini u li tkissru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fis-Sukkursu tas-Salina jikkonsisti f’taħmil u tindif tas-Sukkursu biex ikun hemm ċirkulazzjoni tal-ilma, kif ukoll xogħol ta’ tiswija tal-“embankment” ta’ dan is-Sukkursu. Dan ix-xogħol mistenni jibda iktar tard din is-sena.
Fir-rigward tal-bini tal-ħitan li kienu jiffurmaw is-Salini, il-Ministeru għandu proġett ieħor li ser jirrijabilità dawn is-Salini biex jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jkunu wkoll ta’ attrazzjoni turistika.
Awtorità dwar l-Ippjannar u l-Ambjent — każijiet fuq titoli tal-art
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġu trattati dawk il-każi fejn persuni li għandhom titoli fuq art, jew bini tal-Gvern fil-kampanja li applikaw għal xi permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent u li nħareġ, iżda d-Dipartiment tal-Artijiet jew ma kienx infurmat jew fejn għalkemm kien infurmat, ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tiegħu għal dik l-applikazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jiġu mqiegħda fil-baħar imtieħen li suppost ser isiru biex isir il-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda? Jekk saret, min għamel din l-applikazzjoni u f'isem min saret?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s’issa ma’ ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni għall-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bl-eżerċizzju li għaddej bħalissa, biex tiġi stabbilita l-funzjoni li għandu jieħu l-Għammieri fiċ-ċirkostanzi u r-realtà tal-lum, hemmx il-ħsieb li l-Għammieri jkun mibjugħ lil xi entità privata għal skopijiet kummerċjali u t-349 impjegat li hemm bħalissa jiġu trasferiti lejn xi dipartimenti oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
M’għandix xi nżid mar-risposta li diġà tajt għall-mistoqsija Nru 4956.
Solar Water Heaters u Photovoltaic panels — applikazzjonijiet għas-sussidju
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għas-sussidju tas-solar water heaters u l-photovoltaicpanels kif imħabbar fil-Budget ta' din is-sena?
Jista' jgħid kemm se ddum miftuħa din l-iskema?
Jista' jgħid għaliex l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi għadha mhix qed tilqa' dawn l-applikazzjonijiet?
Programm ta' xogħol — Tlestija ta' toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien thabbar f'Awwissu 2006 ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ngħatatx il-faċilità li jkollha facilitator waqt il-ħinijiet tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifla tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet fl-Lulju 2008.
F’każijiet ta’ problemi fit-tagħlim bħal ta’ din it-tifla, l-iskola tagħmel użu mir-riżorsi li diġa’ jeżistu. Il-bord jara lil din it-tifla meta jkun imissha skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-awtorità?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-larinġ ta' San Anton u tal-Buskett, li qabel kien jinġabar u jingħata fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet, illum x’qed isir minnu?
X’sistema ta' kontroll u moniteraġġ għandu l-Ministru sabiex jikkontrolla x’qed isir minnu?
Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont, inkluż riċevuti, ta' kif dan il-larinġ ġie mqassam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-larinġ ta’ San Anton u tal-Buskett jinbiegħ u jitqassam mill-Konsorzju, ELC Ltd li hu l-kuntrattur taħt il Malta Embellishment Landscaping Project. Minn naħa tagħha l-Monitoring Unit iżżomm 11,646 ewro fis-sena mill-ħlas tal-manutenzjoni, li jitpoġġew ġo fond biex minnhom jitħallas l-istess konsorzju meta jingħata proġetti li ma jitqiesux ta’ manutenzjoni. Minbarra bejgħ l-ELC regolarment jagħmlu għotijiet ta’ larinġ lill-għaqdiet u Istituti tal-karità
Il-kontroll u l-moniteraġġ li jsir mill-
M
onitoring
U
nit taħt dan il-proġett jwassal saż-żamma xierqa ta’ dawn is-siġar u l-postijiet fejn jinsabu.
Peress li l-konsorzju huwa entità privata ma tistax tingħata informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-persuna li għal dawn l-aħħar snin kienet tmexxi s-sezzjoni
ossia
diviżjoni tat-trobbija tal-annimali fl-Għammieri u li għandha grad universitarju fl-livell ta'
Masters
fis-servizzi veterinarji intbagħtet tagħmel xogħol fil-pitkalija tal-ħxejjex u l-frott f'Ta' Qali minflok uffiċjal agrikolu anzjan ikkwalifikat fl-agrikoltura u espert fil-qasam tal-ħxejjex u l-frott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-persuna li għal dawn l-aħħar snin kienet qed tmexxi is-sezzjoni tat-trobbija ta’ l-annimali ġewwa l-Għammieri inħatret Aġent Direttur ta’ l-Agrikoltura fl-14 ta’ April 2008. Il-grad ta’ Masters ta’ dan l-uffiċjal huwa speċifikament fl-istudji agrikoli u mhux fis-servizzi veterinarji kif allegat. Dan l-Aġent Direttur għandu żewġ uffiċji, wieħed fl-Għammieri u l-ieħor fil-Pitkalija biex b’hekk ikun viċin aktar tar-raħħala u l-bdiewa u jkun jista jagħti servizz aħjar lis-settur agrikolu.
Jista' l-Ministru jgħid, wara li s-sena l-oħra rajna l-ħsara kbira li qed jagħmel il-Bumunqar Aħmar tal-Palm,
a) kemm instabu siġar tal-palm mejta matul l-2007 u l-2008?
b) jekk il-Ministeru tiegħu għadux iħalli l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm, u jekk iva minn fejn qegħdin jigu importati dawn is-siġar?
c) jekk jafx min huwa l-importatur jew importaturi li mportaw is-siġar tal-palm infettati, u jekk hux beħsiebu jieħu xi passi?
d) jekk hux se jikkompensa lil dawk l-individwi li tilfu s-siġar tal-palm stabbiliti fil-ġonna privati tagħhom, aktar u aktar meta l-Ministeru tiegħu approva l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm minn pajjiżi fl-Ewropa fejn il-bumunqar tal-palm kien diġà magħruf?
Jista' l-Ministru jgħid x’qed jikkawza d-dewmien biex jinħarġu l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-miżuri inklużi fil-pjan għall-izvilupp rurali ta' Malta li għalihom ġew ivvutati €100 miljun fil-pakkett finanzjarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea?
Jaf li minkejja li qegħdin fit-tielet sena ta' dan il-pjan, 2007 -2013, s'issa nħarġu applikazzjonijiet għal miżura waħda, dik imsejħa 1.2.1 (immodernizzar ta' entitajiet agrikoli)?
Jaf li dan id-dewmien qed joħloq danni kbar lill-bdiewa, raħħala u
entrepreneurs
agrikoli li ma jistgħux jibdew xogħlijiet importanti fl-ażjendi tagħhom għax inkella ma jkunux jistgħu japplikaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007–2013 jikkonsisti f’pakkett finanzjarju ta’ mitt(100) miljun ewro mifruxin fuq diversi miżuri ta’ għajnuniet.
Dan kollu jfisser li għal kull miżura jridu jsiru konsultazzjonijiet mas-setturi konċernati sabiex ikunu jistgħu jiġu mfassla linji gwidi, kriterji u applikazzjonijiet speċifiċi.
Jien infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin ser joħorġu numru ta’ miżuri oħra minn dan il-Programm li minnhom għandhom jibbenefikaw il-bdiewa, r-raħħala u setturi oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5216 u jgħid x'ġara mill-pjan tal-Gvern biex jiżviluppa inoteka nazzjonali tal-inbid fil-Buskett? Kemm intnefqu flus għat-tħejjija ta' dan il-pjan tal-inoteka s'issa u meta intnefaq sena b'sena matul dawn l-aħħar snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern għadu għaddej bil-pjan biex pajjiżna jkollu enoteka/i li jservu ta’ vetrina għall-imbejjed ta’ kwalità Maltin, kif ukoll għall-prodotti oħrajn tipiċi Maltin.
Il-Gvern ikkonsulta ma’ diversi esperti fis-settur u abbażi tal-pariri li ngħata, qed isir xogħol biex jinstabu siti adattati fejn isiru dawn l-enoteki. Is-sit tal-Buskett huwa wieħed mis-siti ddentifikati.
Sa issa ma saret l-ebda spiża biex isiru studji fuq proposti għall-enoteka.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5275 u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li peress li l-Awtorita’ tad-Djar ma hiex is-sid ta’ l-appartamenti tal-Gvern, il-Mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni Enemalta — Dwal fit-Triq ir-Repubblika, Dun Ġorġ Preċa u Sqaq il-Qasab
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5273 u jara jekk il-Korporazzjoni Enemalta tistax iddawwal aħjar:
a) Triq ir-Repubblika, Valletta quddiem il-Qorti?
b) Triq Dun Ġorġ Preċa fil-Ħamrun?
ċ) Sqaq il-Qasab fil-Ħamrun?
peress li l-kunsilli lokali rispettivi baqgħu ma sabux tarfhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x -xogħol ġdid tad-dawl fit-toroq ġie devolut lill-Kunsilli Lokali u għalhekk l-Enemalta m’għadx għandha dik ir-responsabbilta.