Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja sa mit-twaqqif tagħha ftit xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja ddiskutiet azzjonijiet diversi li tista’ tieħu fuq il-bażi tas-tisħiħ tax-xogħol tagħha fil-pass reċenti u l-bżonnijiet preżenti. Ġie evalwat u tkompla l-proġett ta’ ħidma f’komunitajiet vulnerabbli bi sħab mal-Fondazzjoni San Jeanne Antide. Fil-futur qarib se tħabbar l-ewwel attivita’ pubblika tagħha: Seminar pubbliku bbażat fuq it-tnedija ta’ żewg pubblikazzjonijiet ġodda ta’ riċerka tal-Kummissjoni. Iktar ‘il quddiem se jitħabbru iktar inizjattivi nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li hemm eviction order fuq is-sid? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raġuni għal kull eviction order u kemm ilhom jokkupaw dawn il-postijiet? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn il-persuni jew kumpanniji li fuqhom hemm eviction order?
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa sabiex jintefgħu offerti għat-tmexxija tal-Casino? Jekk fin-negattiv, hemmx il-ħsieb li jsir dan, u meta?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-IT security firmAmerikana SecureState LLC minn Cleveland li ġiet imqabbda mill- MITTS biex tinvestiga l-każ tal-e-mails tal-MITTS innifsha, ġietx magħżula mill-MITTS jew fuq rakkmandazzjoni ta’ ħaddiehor, u jekk iva ta’ min?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-IT Security Firm Amerikana SecureState ġiet magħżula mill-MITTS, issa parti mill-MITA.
Sptar Mater Dei — ħaddiema ta' nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni baranin impjegati bħala medics u paramedics fl-Isptar Mater Dei? Ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni u x'inhu l-impjieg tagħhom rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender li dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament ġiex awarded u jekk fl-affermativ, lil min?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull deċiżjoni li tirrigwardi l-għoti ta’ tenders hija ppublikata fuq in-notice board u l-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Nistieden lil Onorevoli Interpellant biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main ta' anzjana
Question
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5115 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5119 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u affarijiet Rurali — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5118 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-nefqa globali ta' fuel/petrol fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħi matul l-2008 kienet ta’
€ 2,102,784.75.
Jista' l-Ministru jgħid jekk armla mit-tieni żwieġ għandhiex id-dritt li tibqa' tgħix fid-dar matrimonjali nonostante l-fatt li d-dar hija proprjetà parafernali ta' żewġha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la hija l-funzjoni ta' dan il-Parlament, skont il-Kostituzzjoni tagħna, illi jinterpreta l-liġi u japplikaha għal każijiet partikolari, u lanqas ma hija l-funzjoni ta’ risposta ghal mistoqsija parlamentari illi tagħti parir legali.
Dan għaliex kull opinjoni dwar it-tifsira ta’ liġi li tista’ tingħata fil-Parlament, għad li għandha l-piż tagħha, hija dejjem soġġetta għall-interpretazzjoni aħħarija ta’ dik il-liġi li jistgħu jagħtu l-Qrati fl-applikazzjoni tal-liġi għal każijiet partikolari.
Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtoritá Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jinbnew serer, lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Impjegati - deputizing allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li għandhom deputizing allowance u kemm minnhom jaħdmu Għawdex? Jista' jelenka f'liema gradi qegħdin dawn l-impjegati u għal liema raġuni qed jieħdu din l-allowance?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.