Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4895 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1995 (kemm ilu mwaqqaf il-proċess ta’ l-EIA) sal-llum ġew iċċertifikati 103 każ. Madankollu hemm diversi każijiet oħra fejn il-proċess għadu mhux komplut, u li għaldaqstant għadhom ma ġewx iċċertifikati. Madwar tmintax kienu jinvolvu proġett tal-gvern. Hemm proġetti oħra fejn l-EIA għadu mhux iċċertifikat. Skond ir-regolamenti stabbiliti fl-Avviż Legali 114/07, kull EIA jiġi ppublikat waqt il-fażi tal-konsultazzjoni pubblika. Minn dawn il-proġetti, ġew irrifjutati madwar dsatax. Oħrajn ġew sospiżi jew irtirati mill-applikant waqt il-proċess. S’issa saru tlett Strategic Environment Assessments (SEA) . Ta’ min jgħid li l-MEPA mhiex l-Awtorità kompetenti għal Strategic Environment Assessments (SEA) .

Marsaskala — Wied iz-Ziju - Esproprjazzjoni tal-art

Question

In segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3117, jista' l-Ministru jippreżenta mappa fejn jiġu indikati: liema partijiet ġew provduti l-fondi għall-akkwist tal-art; liema partijiet għadhom ma ġewx provduti l-fondi; liema partijiet diġà tħallsu in toto; liema partijiet tħallsu parzjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi medda art li tkopri l-artijiet magħrufa bħala Wied iz-Ziju limiti ta’ Marsaskala, ta’ l-artijiet magħrufa bħala tal-Iskarpell imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 3117. Sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant trid ammont sostanzjali ta’ żmien u riżorsi, peress li din il-medda art għandha kejl ta’ madwar 450 tomna. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jindika preċiżament fuq pjanta dwar liema parti minn din l-art qiegħed jitlob l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #5086 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enviroment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4798 u jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4798.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5295.

Mosta — Triq in-Naxxar - Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4451, 4008 u 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess triq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imtarfa — bypass - dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4453, 3914 u 2856 u jgħid meta l-bypass tal-Imtarfa sejra tiddawwal sewwa tul it-triq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ qed tagħmel studju dwar il-possibilta li jitnaqqas id-dawl f’toroq arterjali u minflok jiġu użati aktar apparat passiv bħal rifletturi. F’dan il-kuntest, bħalissa l-ADT mhiex qed tikkunsidra li ddawwal l-imsemmija triq.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4449, 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.

Mosta — Triq Wied is-Sir - Irranġar tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir xi proġett biex tinqala' triq u terġa' ssir fin-naħa ta' Triq Wied is-Sir il-Mosta wara l-Knisja? Jista' jgħid jekk hemmx xi proġett ippjanat għal din in-naħa tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq id-9 ta' April - water culvert

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Ex Human Resources Manager

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Human Resources Manager tal-Awtorità dwar it-Trasport inħarġilhiex ħlas ta' €34,500 f'cheque wieħed? Jista' jispjega għaliex sar dan il-ħlas mill-Awtorità lil din il-persuna li isimha qed jidher separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 5519.

Gozo Channel — Kiri ta' Terminal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4076 u 4563 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.

Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar pelican lights, u li qed jaħdmu, madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn il-lights?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aħħar pelican lights li twaħħlu u nxtegħlu huma kif ġej: 2 f’Għawdex, 1 f’Ħal-Għaxaq, 1 f’Ħal-Balzan, 1 l-Mġarr, u 3 x-Xemxija. Sadattant twaħħlu wkoll żewġ pelican lights in-Naxxar u sett ieħor San Ġwann u li għandhom jinxtegħlu dalwaqt.

tħaffir ta' trinek

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4212 li saret mill-Onor. Philip Mifsud, jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet tar-rotta hu mistenni li jitħaffru trinek ġodda? Meta hu mistenni li dawn it-trinek jitħaffru u x'ser isir biex jiġi assigurat li l-inkonvenjenti (meħtieġa) jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq affetwati minn dawn ix-xogħolijiet huma: Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr Triq il-Bidnija, Żebbieħ Triq il-Bidnija, Bidnija Triq tal-Għazzi, Bidnija Triq Burrmarrad, Mosta Triq F. Napuljun Tagliaferro, Mosta Ninsab infurmat ukoll li l-ADT qed tħejji pjan għat-traffiku biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi fit-toroq pubbliċi matul dawn ix-xogħolijiet.

overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi overhang signs li għandna madwar Malta jiġu rranġati? Fejn hu meħtieġ, meta se jsir bdil totali ta' dawn l-istess sinjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tħejji pjanti u stejjem tax-xogħol meħtieġ kemm fuq ħsarat f’dawn l-overhang signs ta’ Rotta Numru 1, kif ukoll dawk li jridu jinbidlu sabiex juru aħjar id-direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei.

Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4809 u 4509 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żona industrijali f’Għawdex hemm joperaw 32 fabbrika. Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Item “Expenditure Reporting Schemes” tirreferi għal dawk l-iskemi li l-Gvern iniedi minn żmien għal żmien biex jagħti lura parti mill-ispiża li jkun għamel il-konsumatur. L-Item taf l-oriġini tagħha lill-iskemi tat-tiġijiet u funerali u tintuża wkoll għal skemi oħra li jiġu annunzjati fid-Diskorsi tal-Baġit minn sena għall-oħra. L-isem ta’ l-Item jintuża billi wieħed ikun qed jirrapporta l-infiq tiegħu li jikkwalifika taħt l-iskema partikulari u li biex jibbenefika jipproduċi l-irċevuta fiskali oriġinali biex, b’hekk, indirettament, ikunu qed isiru kontrolli għal skopijiet ta’ VAT etc.

Ta' Qali — Crafts village - Bidla fil-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni strateġika li wasslet lill-Gvern biex iċaqlaq il-Crafts Village ta' Ta' Qali lejn il-Kottonera?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mhux qed ikun korrett meta jgħid, li l-Gvern iddeċieda li jċaqlaq il-Crafts Village ta’ Ta’ Qali lejn il-Kottonera. Għall-mistoqsija dwar jekk kienx hemm xi raġuni strateġika li jitħabbar proġett nazzjonali li jilqa’ fih negozji artiġjanali fil-Kottonera, nitlob lil Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Leg 11 PQ #5424 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti Illegali — Hepatatitis B u C

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti illegali li nstabu li kellhom il-Hepatatits B u Hepatitis C fl-aħħar 5 snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx rekords ta’ kemm immigranti irregolari nstabu li kellhom l-Epatite B u Epatite C.

Jesuit Refugee Service — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' flus li tħallset s'issa il-Jesuit Refugee Service mill-Gvern Malti u/jew mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-JRS issottomettiet żewġ proġetti, fl-2005 u fl-2007 rispettivament taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, liema proġetti ġew approvati għal finanzjar mill-Kummissjoni Ewropea. Taħt dan il-Fond, il-JRS tħallset is-somma ta' €101,396.73.
Leg 11 PQ #5426 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti illegali — virus tal-HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-immigranti illegali hux qed jiġu eżanimati għall-virus tal-HIV meta jidħlu Malta? Jekk le, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jħossux li hemm indikazzjonijiet validi sabiex immigranti illegali li jaslu Malta jiġu eżaminati bħala rutina għall-virus ta' l-HIV bħal ma jsir għal mard infettiv ieħor.