Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5720 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Boffa u Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5234 jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar dak li qed jitlob.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5338, 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser issir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5722 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Partijiet li qed jintużaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5233 u jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bħalissa l-bini tal-Isptar Karin Grech, il-bini tal-Out-Patients tal-Fiżjoterapija u tal-Occupational Therapy, l-X-Ray tal-Casualty, l-Orthotics u l-Prosthetics Unit, CDAU u Child Guidance Clinic. Għandna ukoll iċ-Ċentru minn fejn tiġi amministrata il-POYC, kif ukoll il-Bank Nazzjonali tad-Demm Nazzjonali tad-Demm u l-Unit tad-Detox. Informat ukoll li fl-Isptar Karin Grech hemm 31 pazjent f'kull waħda minn ħamest iswali li b'kollox jagħmlu 155 sodda. Is-swali li baqgħu vojta fl-Isptar Karin Grech qegħdin jistennew li jiġu rrenovati biex il-quddiem jilqgħu fihom il-pazjenti tal-Isptar Żammit Clapp. Il-Kumplament tas-swali fil-binja tal-Isptar San Luqa m'humiex qed jintużaw.

Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5237 u ċioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629 jista' jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 5340, 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Zurrieq — Triq Zakkarija Roncalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Triq Zakkarija Roncalli, li huwa mħabbar li għandha titlesta sa Frar 2009, liema triq trid tgħaddi minn ġo l-għelieqi u tibqa' sejra sa Fra Luca Zurki, iffissirx li din it-triq ser tinbena u tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq li tagħti miz-Zurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far terġa' tinbena b'mod li anke jiġu kreati bays sabiex fil-partijiet dojoq tagħha l-vetturi jkunu jistgħu jieqfu sakemm titbattal il-karreġġjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Londra - ħatra ta' Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal ħatra ta' Direttur tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f'Londra: a) x'kien il-proċess segwit għal din il-ħatra? b) x'kienu r-rekwiżit mitlub, f'termini ta' kwalifiki, esperjenza eċċ.? ċ) kemm kien hemm applikanti? d) min għamel l-interviews tal-applikanti? e) fejn saru dawn l-interviews? f) jekk l-interviewing board qisx bħala skwalifika għal din il-ħarta persuni b'kunflitt ta' interess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5752 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 1

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 1 – Upgrading and Embellishment of Industrial Estates?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proġett Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Ref 001) hemm allokati €1,600,000 għal Għawdex. Ix-xogħol maħsub hu r-rijabilitazzjoni tal-qasam industrijali tax-Xewkija.

Każ ta' persuna — uffiċjal temporanju fis-servizz ta' detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega liema kienet il-kundizzjoni li ma ssodisfax il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sabiex l-applikazzjoni tiegħu għall-ingaġġ bħala uffiċjal temporanju fis-servizz ta' detenzjoni ma ġietx aċċettata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma ssodisfatx il-kundizzjoni elenkata fl-ewwel paragrafu tas-sejħa għall-applikazzjonijiet kif pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Lulju 2008.
Leg 11 PQ #5774 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

rekwiżizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propjetajiet preżentament rekwiżizzjonati mill-Gvern? Jista' jgħid ukoll kemm-il propjetà ġiet derekwiżizzjonata mill-1992 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li preżentament hemm 755 propjeta’ li għadhom kolpiti b’Ordnit ta’ Rekwiżizzjoni. Mill-1992 sal-lum, ġew derekwizizzjonati 22,713 il-propjeta’.

Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — ħatra ta' imħallef

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'bi ħsiebu jagħmel il-Gvern issa li n-nomini tiegħu għall-ħatra ta' Imħallef sabiex jippresjedi fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem reġgħet ġiet irreġettata? Jidhirlu il-Gvern li wara kważi tliet snin fejn ma ntlaħaq l-ebda kompromess mal-Kunsill ta' l-Ewropa, li wasal iż-żmien li l-Gvern, b'responsabbiltà jissorvola din il-kwistjoni għax tista' twassal għal kriżi internazzjonali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dwar l-ewwel parti tad-domanda il-Gvern qiegħed jistudja l-pożizzjoni li issa tirriżulta wara li l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa qiegħda tkompli tinsisti fuq il-pożizzjoni tagħha minkejja l-parir kuntrarju li tat il-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jikkunsidra l-għazliet li għandu l-Gvern quddiemu. In kwantu għat-tieni parti tad-domanda għandu jingħad li il-Gvern f’din il-materja mexa b’mod mill-aktar responsabbli tant li meta adixxa lill-Qorti Ewropea dwar id-Drittijet tal-Bniedem għall-parir tagħha dwar il-kwistjoni dik il-Qort tat raġun lill-Gvern u hija l-Assemblea Parlamentari tal-Council of Europe li qiegħdha twebbes rasha anki saħansitra kontra l-parir li ingħata mill-Qorti Ewropea imsemmija. Ċertament sabiex il-Gvern jimxi b’mod risponsabbli ma jfissirx li għandu jirrinunzja għall-prerogattivi u d-drittijiet li jagħtuh il-konvenzjonijiet internazzjonali li taghhom ikun parti għalkemm ma jidhirx ċar fejn l-Onor interpellant qiegħed jara xi kriżi addirittura internazzjonali.

Facilità Korrettiva ta' Kordin — nies preżenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies preżentament ritenuti fil-Facilità Korrettiva ta' Kordin li qiegħdin b'arrest preventiv u jindika n-nazzjonalità tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' detentuti ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li jinsabu taħt arrest preventiv huwa ta' 134, li d-dettalji tan-nazzjonalita' tagħhom jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni taħt arrest — assistenza legali

Question

Jidhirlu l-Ministru anke wara ċerti deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li wasal iż-żmien li l-persuna li tkun qiegħda taħt arrest u qed tiġi interrogata għandu jkollha l-jedd għall-assistenza legali? Bi ħsibu l-Ministru, fil-futur qasir, idaħħal emendi simili?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-każistika in materja tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll l-iżviluppi li qed isiru lokalment kemm fil-kamp forensiku kif ukoll fl-organizzazzjoni tal-Pulizija sabiex ikun jista' jiġi determinat x'deċizjonijiet huma opportuni li jittieħdu f'dan ir-rigward.

forum shopping

Question

Jaqbel il-Ministru li ċerti tip ta' kawżi li di natura tagħhom jista' jkollhom indoli ta' natura poltika, jiġu assenjati dejjem għal quddiem ġudikant partikolari? Jaħseb li dan jista' jiġi interpretat, tajjeb jew ħażin, bħala forma ta' forum shopping?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma hux ċar għalxiex qiegħed jagħmel riferenza l-Onor interpellant u għal-liema tip ta’ kawżi qiegħed jirreferi u għalhekk ma jidhirx li tista’ tingħata riposta informata għal domanda li tirrigwarda sitwazzjoni ipotetika. Ċertament, iżda, jekk kawżi jiġu assenjati lil ġudikant partikolari dan għandu jservi biex jelimina l-forum shopping u mhux biex jinkoraġġih.

Ħlas ta' dazju fuq karozzi ta' persuni li jgħixu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni Maltin li jkunu jigħixu barra minn Malta għal madwar 40 sena jistgħux iġibu karozza magħhom bla ħlasijiet ta' dazju? Jekk le, x'tip ta' dazju jew taxxa jridu jħallsu aktar u aktar meta l-karozza li jkunu se jniżżlu magħhom tkun ilha reġistrata fuqhom barra minn Malta għal aktar minn 8 snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-karozza tkun ilha reġistrata f’ismu u jkun ilu jużaha barra minn Malta għal aktar minn sentejn qabel it-tibdil fir-residenza, ikun eżentat mill-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għal mhux aktar minn vettura waħda li tkun tappartjeni lill-persuna li tkun qiegħda titrasferixxi r-residenza tagħha.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-riforma tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kif imħabbra fil-budget nhar it-3 ta’ Novembru 2008, inkludiet ukoll il-muturi b’żewġ u erba’ roti. Muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar ma ġewx inklużi.
Leg 11 PQ #2696 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4179.