Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imġarr- siti arkeoloġiċi — persuna biex tieħu ħsieb is-servizzi

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux possibbli li n-numru ta' siti arkeoloġiċi li hemm fl-inħawi tal-Imġarr ikollhom magħhom, kuljum, persuna li tieħu ħsieb dawn is-servizzi biex it-turisti, kif ukoll il-Maltin, ikunu jistgħu jżuru dawn l-istess siti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li wara studji dettaljati, ġie konkluż li l-istat ta’ konservazzjoni tat-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat ma jippermettix li jilqa’ fih nies kuljum minħabba l-fraġilita’ tal-art preistorika taż-żewġ tempji. Dan jista’ jsir darba fil-ġimgħa biss sabiex ma jsirx ħsara, u hekk qed isir. Bħalissa qed isiru studji fuq is-sit tal-banjijiet Rumani, u qabel dawn jiġu konklużi u s-sit jiġi kkonservat, dan ma jistax jinfetaħ għall-pubbliku.
Leg 11 PQ #5597 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar — permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'policies partikolari se tuża l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex tagħti jew tirrifjuta l-permessi fil-każ tal-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' kmamar tan-nar? Kemm hemm u fejn jinsabu l-applikazjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar li bħalissa hemm quddiem l-istess awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5602 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Downtown - reġistru pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li r-reġistru pubbliku ser jiġi rilokat fil-kumpless Downtown fir-Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mas-sidien tal-kumpless kif ukoll kopja tal-avviz għat-tfiegħ tal-offerti jew talba għall-espressjoni ta' interess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-Reġistru Pubbliku se jiġi rilokat fil-kumpless "Downtown" fir-Rabat, Għawdex. Qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-avviż bil-Malti u bl-Ingliż li deher fil-gazzetti lokali għas-sejħa għal turija ta' interess għall-kiri ta' bini sabiex dan jintuża għall-uffiċini. Qiegħda npoġġi ukoll kopja tal-ftehim li sar mal-kumpanija Downtown Ltd wara li l-Ministeru għal Għawdex kiseb l-approvazzjoni meħtieġa.

Hazardous waste — ħażna

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kappara — Triq Sliema - Asfaltar ta' triq

Question

Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Offiżi ta' natura sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi marbuta ma' offiżi ta' natura sesswali fost it-tfal matul is-sena 2007 u 2008? Kemm kienu dawk il-każi li tressqu l-Qorti fis-snin imsemmija? Jista' jgħid ukoll fil-każi fejn ingħatat sentenza kemm kienu dawk id-drabi li l-Avukat Generali appella mis-sentenza mogħtija? Jekk kien hemm dawn il-kazi ta' appell, jista' jgħid liema kienu dawn il-każi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2007 ġew irrappurtati lill-Pulizija 42 każ ta' abbuż sesswali fuq it-tfal u inbdew proċeduri fi 38 każ minnhom, filwaqt li 3 każijiet oħra għadhom qed jiġu investigati u f'każ ieħor kien hemm rinunzja. Minn dawn ġew deċiżi 4 każijiet filwaqt li f'każ ieħor l-akkużat miet. Fl-2008 ġew irrappurtati 36 każ, li dwarhom inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti u s'issa ġew deċiżi 2. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każijiet kollha ma sarx appell mill-prosekuzzjoni/Avukat Ġenerali.
Leg 11 PQ #5613 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wind farms projects on land

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità Maltija dwar l-Ippjanar u l-Ambjent dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5218 u jgħarrafni kemm huwa kkalkulat li niżel ilma tax-xita fl-aquifers tal-gżejjer Maltin kif ukoll kemm huwa kkalkulat li ttella' ilma mill-art matul is-sena 2009? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minn stima li ssir fuq perjodu ta’ għaxar snin, il-medja ta’ xita li tipperkola fl-acquifers kull sena huwa ta’ madwar 23 miljun metru kubu. L-ammont ta’ ilma, mkejjel f’metri kubi, mtella’ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma bejn l-2003 u l-2007 kien skond kif ġej: 2003 15,196,000 mtr. kb. 2004 14,886,796 mtr. kb 2005 13,994,560 mtr. kb 2006 13,059,358 mtr. kb 2007 13,957,572 mtr. kb Il- Water Services Corporation għad ma ppublikatx iċ-ċifri tagħha għall-2008. It-tlugħ ta’ ilma mill-privat li ma jitkejjilx (mhux metered) hu stmat li jlaħħaq madwar 19,500,000 metru kubu fis-sena. B’hekk huwa kkalkulat li jittellgħu bejn 33 u 35 miljun metru kubu ta’ ilma kull sena.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Kors ta' Child Care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5269 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-kors ta' child care mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Liema huma s-suġġetti akkademiċi meħtieġa sabiex persuna tkun eleġibbli sabiex tagħmel dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qiegħed jiġi ppjanat biex il-kors tac-Child Care ma jibqax jiġi offrut kif inhu llum iżda jibda jkun offrut taħt Skema tat-Traineeship taħt l-Employability Programme (ESF). Il-Korporazzjoni bdiet l-aħħar tħejjiet biex tressaq dan il-programme fiż-żmien qasir (lejn April-Mejju 2009) lil pubbliku ġenerali. Is-suġġetti akkademiċi huma ċertifkatti tal-Matsec-livell ordinarju fil Matematika, lingwa Maltija u lingwa Ingliża. Informat ukoll li hu ppjanat ukoll li dawk il-klijenti li ma jkollhomx il-kwalifiki ta’ hawn fuq jiġu mitluba biex jagħmlu eżami/jiet mill-ETC fis-suġġett/i rispettivi u ta’ l-istess livell. Il-partiċipanti jkunu jridu jipprovdu wkoll ċertifikat validu u nadif tal-kondotta tagħhom.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Waiting list — surgical u gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5417 u jgħid kemm jirriżulta li hemm persuni li kienu fil-waiting list fis-surgical u gynaecology operations register għas-sena 2009 u li a) laħqu mietu b) emigraw minn pajjiżna ċ) m'għadhomx b'saħħithom biżżejjed biex issirilhom operazzjoni d) m'għadhomx iridu jagħmlu l-operazzjoni e) laħqu għamlu l-operazzjoni fi klinika/sptar privat? Liema operazzjoni kienet se ssir f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hu l-waiting list bħalissa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Customer Care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5420 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4643, fil-każ ta' complaints għal long waiting time outpatients (1132) u long waiting time operations (135), jista' l-Ministru jagħti breakdown, dipartiment b'dipartiment f'tal-ewwel (subspecialists fejn jeżistu) u operazzjoni b'operazzjoni f'tal-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kampanja ta antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ssir kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'pajjiżna? Kemm naqset in-nefqa tal-gvern għal dak li jirrigwarda antibiotiċi minn dak iż-żmien 'il hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kampanja kontra l-użu tal-antibiotiċi f'Malta saret għall-ewwel darba fl-aħħar xahrejn tas-sena 2008 li kienet l-ewwel sena ta' ħidma tal-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi. Għaldaqstant iż-żmien huwa qasir wisq sabiex jiżen l-effett f'termini ta' konsum ta' dawn il-farmaċewtiċi. Informat ukoll li parti mill-ħidma ta' dan il-kumitat għas-sena 2009 huwa fil-fatt l-implementazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza tal-konsum tal-antibijotiċi fil-pajjiż.

Għammieri — farm sperimentali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-farm sperimentali tal-Għammieri hux se jintuża biex fih jitrabbew għasafar tal-għana? Jekk le, fejn hu mistenni li jitrabbew dawn l-għasafar għal skop ta' sperimentazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat fl-Għammieri għaddej proġett ta’ sperimentazzjoni fuq tnissil ta’ għasafar tal-għana fil-kaptività. Dan il-proġett beda fi Frar ta’ l-2006.

Policy biex prodotti agrikoli jkunu nxurjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern fassalx xi policy li permezz tagħha l-bdiewa u l-prodotti agrikoli tagħhom jiġu nxurjati kontra disgrazzji naturali? Meta hu mistenni li din l-iskema tinfirex fost il-bdiewa kolla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5638 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — programm għat-trobbija tal-għasafar tal-għana

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent fasslitx xi programm speċifiku ta' trobbija tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jekk iva, meta hu mistenni li jibdew jitrabbew dawn l-għasafar u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.