Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 66 – Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-nefqa allokata għal Għawdex bħala parti mill-proġett Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo (Ref No. 66) tammonta għall-€34,500. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tal-informatika li jinsabu fix-Xewkija kif ukoll fix-Xagħra, Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 63 – Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li taħt il-proġett Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo (Ref No. 63) hemm allokazzjoni li tammonta għal- €119,000 għal Għawdex.
Permezz ta’ dan il-proġett ser tiġi mwaqqfa faċilità fejn l-istudenti jistgħu jitgħallmu l-lingwi kif ukoll jitħarrġu f’ħiliet relatati mal-
call centres
.
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 58 – Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-flus allokati għal Għawdex bħala parti mill-proġett Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools (Ref No 58) jammontaw għall- €238,000.
Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tax-Xjenza u t-Teknologija fi skejjel f’Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrage with landscapped urban spaces and other facilities?
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli fil-Lotteries & Gaming Authority biex ħalla ħafna stabbilimenti tal-gaming jiftħu għall-Maltin f’pajjizna? X’awtoriżazzjoni għandhom?
Lemis — sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern qegħda f’diskussjonijiet u rappreżentazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jekk ikun possibli s-sejħa għall-offerti tal-LEMIS, li kienet twaqqfet għal xi żmien, tkun tista’ titkompla.
Dan ikun ifisser li jkunu jridu jsiru negozjati ma’ l-aqwa offerent, u għaldaqstant mhux għaqli li jingħataw dettalji tan-nefqa tal-Gvern sa issa fuq dan il-proġett.
Proġett Lemis — Sistema Komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3926 u jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3926.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Xiri ta' equipment
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha għal xiri ta' equipment ġdid matul din is-sena, dipartiment b'dipartiment? Kemm intnefaq fuq kull oġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Equipment li ġie ċċertifikat obsolete/unserviceable
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-equipment li ġie ċċertifikat obsolete jew unserviceable, minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar tliet snin, dipartiment b'dipartiment? X'isir minnhom dawn l-oġġetti? Hemm xi skema biex dawn l-oġġetti jinġabru mis-sezzjoni tal-Bulky Refuse tal-indafa pubblika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'improvements strutturali, interni u esterni, saru minn kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar ħames snin dipartiment b'dipartiment? X'kienu dawn l-improvements wieħed b'wieħed? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-Mistoqsija tinvolvi l-ġbir ta’informazzjoni mill-firxa kollha tal-Ministeru tiegħi, dipartiment b’dipartiment, fuq perjodu ta’ l-aħħar ħames snin, u peress li ħafna mill-informazzjoni trid tinġabar b’mod manwali u tinvolvi ħafna xogħol, l-Interpellant jiġi mogħti t-tweġiba meta, fil-ġejjieni qrib, il-proċess tal-ġbir jintemm kollu.
Tista' l-Ministru tgħidilna liema kienu l-aġenziji li kienu mqabbdin sew mill-FTS u mid-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin biex iġorru żbir ta' siġar u skart ieħor? Kemm-il darba kull aġenzija kienet mqabbda xahar, xahar matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il trip għamlet kull aġenzija kull meta ġiet imqabbda? X'mezzi intużaw għal ġarr f'kull okkażjoni? Fejn kienu l-postijiet li minnhom dawn l-aġenziji intalbu jġorru l-iskart? Kemm tħallset kull aġenzija sew mill-FTS u mid-Direttorati tal-Edukazzjoni sena b'sena? Min jawtorizza dan il-ġarr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ix-xogħol sar fuq talba mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni kif wkoll mill-periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Dipartimenti fid-dekasteru tal-Edukazzjoni — xogħol tal aluminium
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet tal-aluminium matul dawn l-aħħar ħames snin fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha dipartiment b'dipartiment? X'kienu dawn ix-xogħlijiet dipartiment b'dipartiment? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ għall kull proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħidilna liema kienu l-period contracts li ġew użati sew mill-FTS, TSB u d-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sezzjoni b'sezzjoni, xahar b'xahar? Kemm kienet in-nefqa kull darba li ntużaw il-period contracts? Liema kienu l-kuntratturi li minn għandhom inxtraw l-affarijiet? Kemm intnefqu flus għand kull kuntrattur xahar b'xahar matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti li għandhom l-eco-tax fuqhom? Kemm hija din it-taxxa fuq kull prodott? X'qiegħed isir minn din it-taxxa? F'liema proġetti qed tintuża favur l-ambjent? Hemm xi ħsieb li din il-lista tal-prodotti li għandhom eko-kontribuzzjoni tiżdied?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ prodotti mitluba, kif ukoll ir-rata tat-taxxa fuq kull prodott tinsab fl-ewwel skeda ta’ l-Att dwar l-Eko Kontribuzzjoni.
Għall-2009, affavur l-ambjent, il-Gvern qed jiddedika €16.5 miljuni, imqassmin kif gej:
€5,500,000, għall-implimentazzjoni tas-solid
waste strategy
; u
€11,000,000, għall-proġetti kapitali mwettqa mill-Wasteserv għall-immaniġġjar ta' l-iskart.
Dawn iċ-ċifri ma jinkludux is-€7,865,000, għat-tisbieħ tal-pajesaġġ f'Malta u Għawdex u l-€361,000 li l-Gvern ivvota għall-afforestazzjoni fil-gżejjer Maltin.
Barra minn hekk, il-Gvern jivvota miljuni ta' euro kull sena bħala ko-finanzjament lokali għall-proġetti ffinanzjati b'fondi mill-Unjoni Ewropeja.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif kif joħroġ mill-Labour Force Survey ma jistax jitqabbel ma’ dak tan-National Accounts għaliex id-definizzjonijiet li jintużaw fil-LFS mhux direttament komparabbli. Is-salarju mill-LFS huwa magħmul minn dak li huwa aktar magħruf bħala l-‘basic salary’ u għaldaqstant il-figura ma tinkludix ħlas għal overtime, bonuses u allowances. L-informazzjoni provduta minn National Accounts fil-PQs ta’ qabel tinkludi kull forma ta’ ħlas li l-impjegat jirċievi mal-paga. Għalhekk, għalkemm qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-figuri, dawn iridu jiġu nterpretati b'kawtela.
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali — Nies eliġibbli li jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm l-elezzjoniet għall-kunsilli lokali din is-sena? X’inhi l-popolazzjoni ta’ kull lokal u kemm hu n-numru ta’ nies li huma eligibbli li jivvutaw f’kull lokal? Meta sar dan ir-round ta’ elezzjonijiet tlett snin ilu x’kienet il-poplazzjoni ta’ kull lokal? Kemm kien in-numru ta’ nies li kienu eligibbli li jivvutaw f’kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-Elezzjonijiet Lokali li jmiss f’Marzu 2009 ser isiru f’Ġunju 2009 (ma’ l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew) allura n-numru ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw ikun dak skond ir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2009 li jirrifletti l-istatistika sal-31 ta’ Marzu 2009.
Dwar il-lokalitajiet li fihom ser issir l-elezzjoni, dawn ikunu iffinalizzati wara li jitlesta l-proċess ta’ riforma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li nġabru mill-Value Added Tax matul is-sena 2008 maqsuma xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Diċembru 2008, id-Diaprtiment tal-VAT ġabar €553,956,549 bħala taxxa tal-VAT kif elenkat hawn taħt.
€
Jannar
48,338,736
Frar
32,550,102
Marzu
51,206,025
April
53,391,629
Mejju
31,742,327
Gunju
48,138,476
Lulju
50,834,093
Awissu
36,632,745
Settembru
53,996,450
Ottubru
59,149,466
Novembru
37,560,331
Diċembru
50,416,169
553,956,549
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi u operazzjonijiet f'ortopedija, fil-kirurġija, fil-oftalmoloġija, fil-kardjoloġija fis-snin 2006, 2007, 2008? x'inhuma l-miri għas-snin 2009 u 2010?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.