Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 2, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isiru x-xogħlijiet biex jiġi installat lift fil-blokk imsemmi. Il-lift qiegħed isir wara li kienet ġiet approvata applikazzjoni mingħand ir-residenti tal-blokk taħt l-iskema ta’ Installazzjoni ta’ lifts maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar. It-talba dwar it-taraġ ġiet mgħoddija lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 3, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 3 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 4, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 4 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 5, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 5 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 6, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm xi ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 6 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li ħarqulu l-karozza fis-6 ta' Ġunju 2007 u qiegħed jistenna li tintemm l-inkjesta għax minħabba dan il-preċedent l-insurance ma tistax tħallas lil dan is-Sinjur?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-liċenzja li għandu l-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, xi tkopri, minħabba l-ilmenti ta’ bosta residenti? Dan għaliex għalkemm huwa mifhum li l-liċenzja tkopri biss bejgħ ta' car stereos u alarms fil-fatt huwa allegatament rapportat li anke jagħmel l-istallazzjoni tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-database tal-liċenzji hemm negozju bl-istess isem fl-istess lokal iżda b’isem ta’ triq differenti.
Rigward il-liċenzja ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liċenzja tkopri “
domestic appliances, office equipment, spares, hifi”.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5407 u 5235 u jgħid minn fejn tixtri ż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm xtrat żejt matul l-2008 u kemm sewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2008 il-Korporazzjoni Enemalta xtrat total ta’ 964,604 MT żejt li sewa USD 712,092,900 minn għand:
Totsa Total Oil Trading SA 901,052 MT
Litasco 62,557 MT
FSSL 911 MT
ENI 84 MT
Dan l-ammont jinkludi żejt kemm għall-użu fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku kif ukoll għas-suq lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5403 u cioè: meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt mal-fornitur, meta din it-triq suppost li bdiet żmien qabel l-aħħar elezzjoni anke kont kif jindika billboard li kien tpoġġa fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin il-proċeduri biex jiġi ffirmat il-kuntratt tax-xogħolijiet għar-rikostruzzjoni tal-
By-Pass
ta’ Wied il-Ghajn. Sussegwentament, ikun hemm il-fazi ta’ koordinazzjoni bejn l-
istakeholders
tal-proġett in kwistjoni biex ikun jista' jinbeda x-xogħol meta dan il-proċess tal-aħħar ikun konkluż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid liema huma l-kumpanniji li qed jibbenefikaw mill-capping fuq id-dawl u l-ilma fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawk il-kumpanniji li kienu jibbenefikaw mill-capping qabel ma’ daħlu fis-seħħ il-kontijiet l-għolja fl-1 ta’ Ottubru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant illi fl-ebda ħin din il-mistoqsija ma ġiet irreferuta lili mill-Ministru Gatt.
Għaldaqstant m’għandix xi nżid mar-risposta li ta għal Mistoqsija Parlamentari numru 4817.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5404 u jgħid meta ser isir ix-xogħol fuq parti minn Triq Merħba fil-Fgura li għadha ma ġietx asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil-preżent qed jintilef parti sostanzjali minnu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
PQ 5729 – Abbożż ta` risposta
Seduta 80 -04/02/09 (18.00 hrs)
MISTOQSIJA MILL-ONOR CARMELO ABELA
Mistoqsija :
Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il- ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil – preżent qed jintilef parti sostanżjali minnu?
Tweġiba :
Jien infurmat li matul 2008 sar xogħol ta` tiswija u tindif fuq numru ta`ġibjuni madwar Malta .L-istess hu ppjanat li jsir matul l-2009. Kienet twaqqfet
Unit
apposta biex tieħu ħsieb dan ix-xogħol.
Nirreferi wkoll l-Onor Membru għar risposta tal-mistosija Nru 5406
Informażżjoni addiżżjonali :
Matul 2008 sar xogħol ta` manutenżżjoni u tindif fuq sitt ġibjuni. Dawn kienu tnejn fi triq Garibaldi,wieħed Santa Luċia, wieħed Msida,u tnejn il-Gudja.
Awtorita' dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5243 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-proċess tal-Environmental Impact Assessment dwar ix-Xagħra l-Ħamra kien ġie abortit qabel ma ġie konkluż? Min kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? Liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom in konessjoni ma' dan ix-xogħol? Jekk le, jista' jgħid xi studji saru dwar ix-Xagħra l-Ħamra, min għamilhom u kemm ġew jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iStudju dwar l-Impatt Ambjentali kien qiegħed jiġi ikkordinat mill-ADI Associates Environmental Consultants. Il-MEPA kienet approvat lill-konsulenti segwenti sabiex jieħdu sehem fl-istudji imsemmija hawn taħt:
- Disinn tal-Golf kors u studji relatati: Hawtree Ltd;
- Sorsi ta' l-ilma: Perit Philip B. Grech;
- Għasafar: John J. Borg;
- Agrikoltura: Joseph Buhagiar;
- Ekoloġija: Ecoserv Ltd- Louis F. Cassar, Sandro Lanfranco u Jonathan Henwood;
- Pajsaġġ u studju viziv: Kevin Morris;
- Wirt Kulturali: Arcaheological Services Cooperative Ltd;
- Idroloġija u Ġeoloġija: Dr Saviour Scerri;
- Użu ta' l-art: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Aċċess Publiku: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Kwalità ta' l-arja: Dr George Peplow, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Ħoss: Mediterranean Technical Services Ltd- John Demanuele;
- Trasport: Perit David V. Camilleri, Kevin Morris;
- Turf grasses: Hawtree Ltd, Joseph Buhagiar, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Kimika (użu tagħha u effetti): Hawtree Ltd, Dr George Peplow, Joseph Buhagiar, Rachel Xuereb, Adrian Mallia, Perit Philip B. Grech, Dr Saviour Scerri;
- Enerġija u dwal: Hawtree Ltd, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Valutazzjoni Ekonomika: Gordon Cordina;
- Valutazzjoni Soċjoloġika: Stephen Vella, Dr Mark Anthony Falzon;
- Pjanijiet ta' mmaniġġjar tas-sit: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia.
Mhuwiex fil-kompitu tal-MEPA li jkollha informazzjoni dwar kemm ġew jiswew l-istudji, kif ukoll dwar liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom b'konnessjoni ma' dan ix-xogħol.
Il-permess tal-
EIA
twaqqaf hekk kif ħareġ fiċ-ċar li l-ammont ta’ żvilupp u bini neċessarji sabiex isir il-proġett ma kienx ġustifikabbli.
Tista' l-Ministru permezz ta' Heritage Malta, tagħti indikazzjoni ta' liema huma s-siti storiċi li xi għaqda jew individwi talbu biex jieħdu ħsiebhom u li jużawhom għal xi raġuni jew oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Heritage Malta ma rċeviet l-ebda talba.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li din il-mistoqsija tirreferi għal talbiet li saru minn Dipartiment tal-Gvern, naħseb ikun għaqli u opportun li tali informazzjoni tintalab lid-Dipartiment ikkonċernat. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' interventi mid-dwana wara li f'Malta waslet merkanzija, li tkun qed tiġi mdaħħla mill-importaturi, matul l-2008? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-interventi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul 2008 id-Diviżjoni tad-Dwana irċeviet 50,219 dikjarazjoni ta’ importazzjoni. Minn dawn 15,903 ġew fiżikament eżaminati u jirriżulta li nġabret is-somma ta’ €452,491 f’taxxi addizjonali u penali imqassma kif jidher hawn taħt:
€
Penali
122,523
Dazju ta’ importazzjoni
74,787
Dazju tas-sisa
1,261
Anti-Dumping Duty
137,829
Dazju Agrikolu
575
VAT
115,516
TOTAL
452,491
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 56 – Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li taħt il-proġett Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo (Ref No 56) hemm maħsub €150,000 għal Għawdex. B’dawn il-flus hu maħsub li jiġi mqawwaf work shop fl-Istitut tal-Inġenjerija Mekkanika tal-MCAST ġewwa Għawdex.