Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mezz alternattiv għal stazzjon tat-televiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jingħatax mezz alternattiv lil stazzjon tat-televiżjoni privat li jkun irid ixandar u li providers privati ma jkunux iridu jagħtuh spazju biex jagħmel dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xandara privati qed jingħataw aċċess minn network operators privati mingħajr xkiel. Ma jirriżulta li hemm l’ebda każ ta’ xandara licenzjati li m’humiex jingħataw aċċess. Jekk xi xandar jallega li ma hux qed jingħata spazju b’mod diskriminatorju jista’ jagħmel rikors lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Ġusta biex dan ta’ l-aħħar jinvestiga l-każ u jiddetermina jekk hemmx każ ta’ abbuż ta’ dominanza. Ta’ min wieħed ifakkar li l-Awtorita Maltija għall-Komunikazzjoni għamlet analizi estensiva tas-suq skond il-poteri li tippermettilha l-ligi u ppublikat ir-rapport tagħha fl-24 ta’ Novembru 2008. L-Awtorita ma’ sabet l-ebda indikazzjoni ta’ dominanza minn xi network operator u għaldaqstant m’għandiex il-poter li tirregola l-aċċess li jingħata lil xandara minn dawn in-network operators. Dan ifisser li sa ma’ jkun hemm indikazzjonijiet ulterjuri il-ħarsien ta’ dan is-suq issa huwa biss kompitu ta’ l-Ufficcju għal Kompetizzjoni Ġusta. Għaldaqstant xandara privati jistgħu jagħmlu rikors ma’ dan l-uffiċċju f’kaz ta’ ħtieġa.

Sptar Mater Dei — Teatri tal-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teatri tal-operazzjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei? Kemm-il siegħa ntużaw kuljum dawn it-teatri matul is-sena 2008, wieħed b'wieħed?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Joint Office — xiri ta' proprejtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid x jrid isir sabiex persuna li għandha kirja/ċens ta' proprjetà tal-Joint office tkun tista' tixtrih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi preżentament, sabiex persuna tkun tista’ tixtri proprjeta’ tal-Joint Office li tkun mogħtija b’kirja/ċens trid tagħmel talba lill-Uffiċċju Konġunt. Madanakollu, qed isir eżerċizzju sabiex applikazzjonijiet biex jinxtara ċ-ċens isiru fuq formola apposta li ser tkun imnedija dalwaqt.

Bormla — Triq il-Ġubilew tal-Fidda - ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-post li jinstab fi Triq il-Ġublew tal-Fidda, Bormla qabel tidħol lejn Triq il-Mitħna li fiż-żmien kien ċimiterju?

Response (FENECH, TONIO)

Jien infurmat li l-proprjeta’ in kwistjoni hija tal-Gvern. Din il-proprjeta’ ilha mikrija lill-Boy Scouts Association mill-1966.

Dipartiment tal-VAT — numru ta' reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk reġistrati mad-dipartiment tal-VAT maqsuma skond min hu eżentat mill-ħlas tal-VAT, dawk li jimlew ir-return kull kwart tas-sena u dawk li jimlewha darba fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ dawk reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT huwa kif spjegat hawn taħt: Eżenti mill-ħlas tal-VAT (Reg. B) 18,913 (Jimlew id-denunzja darba fis-sena) Dawk taxxabbli u jimlew id-denunzja kull tlett xhur (Reg. A) 21,585 Dawk taxxabbli u jimlew id-denunzja darba kull sena (Reg. A) 11,822.
Leg 11 PQ #5498 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li mhux qed tirċievi pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament, mhux qed tirċievi pensjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #5499 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar tal-Anzjani — prevenzjoni kontra mard infettiv

Question

Jista' l-Ministeru jgħid jekk il-carers fil-homes tal-anzjani, kemm tal-Gvern, u tal-privat humiex qed jingħataw xi kura preventiva kontra l-mard infettiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fil-każ tad-Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern il-carers jingħataw it-tilqima ta` kontra l-influwenza u kontra l-Hepatitis B. F’każ ta’ bżonn il-carers jingħataw ukoll it-tilqima kontra it-Tetanus u t-Tuberkulożi. Isir ukoll ‘mantoux’ testing b’xejn meta mitlub. Fid-djar tal-privat tingħata t-tilqima kontra l- Hepaptitis B , li titħallas minn min iħaddem, sakemm l-impjegat koncernat ma jkunx twieled wara l-1988 f’liema każ jaqa’ taħt l-iskeda nazzjonali ta’ immunizazzjoni b’xejn. Prevenzjonijiet oħra bħal screening għat-Tuberkulożi jingħataw bla ħlas. Din is-sena ingħatat ukoll bla ħlas it-tilqima kontra l-influwenza. Ninsab informat ukoll li barra minn hekk jekk jinstab xi mard infettiv fi djar ta’ l-anzjani (kemm tal-gvern, kif ukoll fil-privat) id-dipartiment koncernat jevalwa ir-riskju għall-anzjani u l-ħaddiema u jagħmel rakkomandazzjonijiet skond il-bżonn. Dawn ir-rakkamondazzjonijiet jistgħu jinkludu kura preventiva f’każijiet specifici.
Leg 11 PQ #5500 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule u Dar tal-Anzjani Bormla — waiting list

Question

Jista' l-Ministeru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule, u d-Dar tal-Anzjani ta' Bormla maqsuma skond irġiel u nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-waiting list għar-Residenza San Vincenz De Paule u d-Dar tal-Anzjani ta' Bormla hija hekk :- Irġiel Nisa SVPR 221 478 Bormla 43 110.

Industrial Estates — Tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għat-tmexxija tal-industrial estates? Liema huma dawk l-industrial estates li ser jiġu milquta minn dan it-tibdil u meta huwa maħsub li dawn l-arranġamenti l-ġodda jidħlu fis-seħħ? Jista’ jagħti dettalji oħra marbuta ma’ obbligazzjonijiet li s-sidien/l-inkwilini tal-fabbriki se jkollhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-MIP qiegħda tistudja sistemi ta' tmexxija ġodda biex is-sidien tal-fabbriki fiż-żoni industrijali mmexxija minnha jkollhom servizz u ambjent aħjar billi ngħollulhom l-livell għal standards internazzjonali. Huwa mportanti li jingħad li il-pjanijiet imsemmija huma fir-rigward ta' l-immaniġjar taż-żoni komuni fl-estates biss u mhux tat-tmexxija ta' l-estates. Il- proċess huwa fil-bidu tiegħu u l-MIP qiegħda tippjana li tibda il-proċess ta' titjib lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Peress illi l-ħsieb tal-Gvern ma jinkludix il-privatizzazjoni tal-fabbriki, d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-sidien tal-fabbriki mhumiex ser jinbidlu.

Fabbriki b'eviction order fuq is-sid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li hemm eviction order fuq is-sid? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raġuni għal kull eviction order u kemm ilhom jokkupaw dawn il-postijiet? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn il-persuni jew kumpanniji li fuqhom hemm eviction order?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm tmien fabbriki li hemm eviction order pendenti fuq is-sid. Dawn il-fabbriki jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, Ħal Luqa, Kordin, Ħ’Attard u San Ġwann. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija dwar min huma il-persuni/kumpaniji li fuqhom hemm eviction order, m’għandhiex issir pubblika peress illi hija informazzjoni sensittiva li tista’ anki toħloq preġudizzju lil individwu jew kumpanija li fil-konfront tagħhom inħarġet tali ordni.

Sptar Mater Dei — Chest infection

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar 2009 kemm ġew rikoventi pażjent fl-Isptar Mater Dei b'chest infection? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux antibiotiċi fil-komunità fil-jiem ta' qabel? Kemm minnhom jirriżulta li ma ħadux vaccine tal-influwenza fix-xhur ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar pazjenti li ġew irrekoverati b’chest infection f’Jannar 2009 ma tistax tingħata għalissa għaliex għadha qed tiddaħħal fid-database tal-Hospital Activity Analysis. L-informazzjoni dwar kemm minn dawn il-pazjenti ma ħadux antibiotiċi fil-kommunità fil-jiem ta’ qabel u kemm minnhom ma ħadux vaccine tal-influwenza fiix-xhur ta’ qabel, ma tinġabarx.

Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post tax-xogħol instab mhux konformi mar-regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà matul 2008? Kemm-il inċidenti ġie rappurtat f'dawn l-istess postijiet tax-xogħol fl-istess perijodu? Ittieħdu xi passi legali u b'liema eżitu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2008 l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol għamlet 2,022 spezzjoni. Barra minn hekk l-Awtorita’ tivverifika konformita mar-regolamenti billi tevalwa ċertifikazzjoni li tirċievi, skond kif mitlub mir-regolamenti. Minn dawn iċ-ċertifikati l-Awtorita’ eżaminat 4279 il-ħertifikat. Peress li l-obbligi legali ta’ min iħaddem huma vasti, l-Awtorita’ tiffoka fuq dawk l-obbligi li n-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għall-ikbar riskji u tieħu azzjoni fil-Qorti meta jkun hemm nuqqasijiet serji. Fil-fatt matul is-sena nkwistjoni l-Awtorita’ ressqet 118 il-kaz ġdid u għad jonqos 42 kaz biex jiġu appuntanti quddiem il-Qorti. Għad hemm numru sostanzjali ta’ kazijiet li l-investigazzjoni għadha ma ġietx konluża u li jistgħu jispiċċaw quddiem il-Qorti. Informat ukoll li rigward in-numru ta’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa d-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali li jiġbor din l-istatistika. Matul l-istess perjodu kien hemm tlett imwiet fuq il-post tax-xogħol.

Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 kemm kien hemm konsulenti f'kull taqsima fid-Dipartiment tas-Saħħa u fid-Dipartiment tal-Anzjani b'kollox? Kemm minnhom intrabtu li jaħdmu esklussivament mas-settur pubbliku? Fil-qasam tal-kirurġija u l-ġinekoloġija kemm saru operazzjonijiet minn kull konsulent u kemm minnhom kienu: a) Minor? b) Intermediate? ċ) Major? d) Urġenti? e) Elettivi (elective)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera matlin u barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — antibiotiċi f'forma ta' injection

Question

Jaf il-Ministru li antibiotiċi f'forma ta' injection mhix tingħata lil pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża? Japprezza l-Ministru li din il-mediċina mhix irħisa u n-nuqqas tagħha jista' jwassal għal aktar pazjenti jiġu riferuti u rikoverati fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kemm l-Amoxicillin injection (250mg and 500mg) kif ukoll FLucloxacillin injection jistgħu jinkitbu mit-tabib tal-familja għall-pazjenti bi dħul baxx bil-karta roża.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda ix-xogħol mil-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-Kunsill Lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5639 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Degree fil-qasam mediku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi partikolari biex studenti fil-qasam mediku (dawk li jilhqu tobba) fil-fatt ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw hawn Malta għal-degrees wara l-ewwel degree tal-M.D.? Jekk iva, liema istituzzjonijiet barranin se jistabbilixxu ruħhom f'Malta u meta mistenni li jibdew l-ewwel korsijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

ADI — xogħlijiet ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5205 u jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

The International Renewable Energy Agency — founding treaty

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux se jiffirma l-founding treaty ta’ IRENA – The International Renewable Energy Agency?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Imġarr — Roman Baths - Irranġar u ppreservar

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk sarx xi studji partikolari biex jiġi stabbilit x'xogħol għandu jsir biex ir-Roman Baths fl-inħawi tal-Imġarr fil-fatt jiġu rranġati u ppreservati b'mod li jistgħu jitgawdew minn kulħadd?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li Heritage Malta rebħet fondi mill-UNESCO sabiex tagħmel rapport intensiv fuq il-qagħda tal-konservazzjoni tal-mużajċi kollha ta’ Malta li ftit minnhom jinsabu wkoll fuq dan is-sit Ruman. Sa llum diġa’ tlestiet id-dokumentazzjoni fotografika (Rectified Photography) tas-sit kollu u beda x-xogħol ta’ conservation mapping tal-istat tal-mużajċi tad-Domus Romana fir-Rabat. Wara li dan jitlesta x-xogħol se jkompli fuq il-Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn l-istudji wara jridu jiġu studjati mill-esperta Taljana li tqabbdet apposta sabiex jitnieda pjan ta’ xogħol li jiddetermina x’hemm bżonn bħala riżorsi sabiex il-proġett jkun jista’ jiġi ffinanzjat.