Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 bdew jaħdmu jew sabu xogħol f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex.
Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5523 u jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f'Għawdex kull sena? Jista' jagħti t-tagħrif mitlub xahar xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-liema stadju wasal id-development brief konċernanti l-kontrada tal-Girgħien f’Birżebbuġa?
Jista' jgħid ġewx sottomessi applikazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernanti għar-rigward tal-istess proġetti hemm indikati? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan iseħħ?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli l-persuna ndikata separatament, li għandha l-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, b' puntegg ta' 166 punt żgur, għad sallum ma ġiex allokat lilha fond tant meħtieġ?
Jara l-Ministru li dan huwa każ li għandu jingħata l-attenzjoni immedjata u meħtieġa?
Foundation for tomorrow schools — xogħol tal-aluminium
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex wara li sar ix-xogħol tal-aluminium minn kuntrattur mqabbad mill-Foundation for Tomorrow Schools fuq l-iskola ta' Ħad-Dingli kellha tintervjeni it-TSB biex tirranġa ix-xogħol kollu diffettuż li sar? Kemm sewa dan il-kuntratt? Tista' tgħid jekk hux ser issir xi indagazzjoni biex tistabilixxi x'wassal għal dan? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-indagazzjoni hekk kif dan ikun konkluż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol tal-aluminium imsemmi ma kienx xogħol li għamlet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Ix-xogħol li sar mit-TSB fuq l-aluminium ta’ din l-iskola kien jinvolvi spiża ta’ 20 Ewro u kien minimu għall-aħħar.
Tista' l-Ministru tgħidilna kemm saru kilometri ta' ivjaġġar minn impjegati tal-Gvern li huma intitolati li jkollhom il-log book u b'numru fiss ta' kilometri li jistgħu jitħallsu tagħhom, kull xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? X'inhi r-rata tal-ħlas? Min jiffissa din ir-rata ta' kilometri għal kull persuna u fuq liema bażi? Kemm kien il-ħlas globali xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, bl-eċċezzjoni ta’ dak li jirrigwarda l-MCAST, li ma laħqetx tasal fil-ħin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm alloka fondi mill-baġit għal skopijiet ta' safar kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar tliet snin? Min għamel użu minn dawn il-fondi minn kull dipartiment persuna b'persuna, u sena b'sena? Fejn kienet kull mawra? Kemm damet kull mawra? Kemm swiet kull mawra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħidilna għaliex il-planning miltub mill-MITTS biex jingħataw fondi lid-Direttorati tal-Edukazzjoni ghal skopijiet ta' IT fl-iskejjel qed jiġi rifjutat lilha? Min huwa d-Direttur jew l-entità konċernata li qed tirrifjuta li tagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi ta’ l-iSkejjel mhux konxju li hemm xi Direttur jew entita’ li qed jirrifjutaw li jagħtu lill-MITTS il-planning mitlub minnha biex jingħataw fondi lid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni għal skopijiet ta’ IT fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħidilna kemm huma u min huma l-periti li għandha impjegati magħha l-Foundation for Tomorrow School? Liema skejjel jaqgħu taħt kull perit? X'xogħol sar minn kull perit matul dawn l-aħħar ħames snin skola b'skola? X'inhu s-salarju ta' kull perit li hemm mal-Foundation for Tomorrow Schools sew dawk li huma full time u wkoll dawk li huma part time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Technical services branch u gardening section — Overtime
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward l-overtime magħmul mit-taqsimiet tat-technical services branch u l-gardening section matul is-sajf li għadda, ingħatat l-impressjoni li ma kienx hemm preferenzi fil-għoti ta' dan l-overtime. Tista' l-Ministru tagħti lista tan-nies li ma ingħatawx l-overtime? Mil-liema trades kienu kull wieħed? X'kienet r-raġuni li dawn l-individwi ma ingħatawx il-possibilità li jagħmlu overtime?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-nies mit-taqsimiet imsemmija mill-Onor Interpellant li ma ħadmux sahra matul is-sajf li għadda huma kif ġej:
Numru Sengħa
3 Aluminium
12 Carpentry
5 Drainage
11 Electrical
31 Gardener
13 Masonry
3 Membrane
20 Painting
9 Plumber
12 Welder
Ma jidhirlix li nagħti l-ismijiet tal-persuni konċernati.
Kienu bosta r-ragunijiet għalfejn dawn il-ħaddiema ma ħadmux sahra, fosthom kien hemm min irrifjuta li jagħmel sahra kif ukoll li kien hemm xogħol li għalih ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ sahra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4435 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex matul is-sena 2009 tinbena xi istituzzjoni ħalli dawk ż-żgħażagħ, tfal, irġiel u nisa, li għandhom bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jmorru jgħixu f'din l-istituzzjoni jekk il-ġenituri tagħhom jew il-carers jiġu neqsin? Jekk m'għandux pjanijiet għall-2009, jista' jiddikjara l-politika tal-gvern preżenti fuq dan is-suġġett?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija SAPPORT min żmien għal żmien tiftaħ residenzi żgħar fil-Komunita’ għal persuni b’diżabilita’ dejjem skond ir-riżorzi finanzjarji disponibbli. Mhiex politka tal-gvern li jinfetħu istituzzjonijiet kbar għal dawn il-persuni. Tajjeb li wieħed issemmi li mindu twaqqfet l-Aġenzija SAPPORT fl-2001 infetħu residenzi ġewwa l-Fgura, Ħal-Kirkop, Mtarfa u il-Kumpless Vajrita f’Marscala bi 12 il-appartament. Bħalissa qed isir programm ta’ transizzjoni ta’ 6 klijenti biex jidħlu fir-residenza ġdida ġewwa Bormla. Fl-istess waqt qed isir eserċizzju ta’ reklutaġġ għal ħaddiema biex dawn il-peruni jkunu jistgħu jidħlu f’din ir-residenza. Barra min hekk l-Aġenzija SAPPORT tamministra ftehim bejn dan il-Ministeru, il-Ministeru għal Għawdex u l-Fondazzjoni Arka li permezz tiegħu 6 persuni jgħixu ġewwa Dar Arka, Għajnsielem Għawdex b’mod permanenti, kif ukoll ftehim ieħor bejn dan il-Ministeru u l-Kurja li permezz teigħu 7 persuni oħra qed jgħixu ġewwa Dar Pirotta, B’Kara.
Gwardamangia — Sptar Karen Grech - Fjuri u xemgħa quddiem il-bust
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk ħarġitx xi policy ġdida biex xemgħa u fjuri ma jitħallewx jitpoġġew quddiem bust tal-mibkija Karen Grech fl-Isptar Karen Grech fi Gwardamangia? Dan qed nistaqsih wara li kien hemm min inżamm milli jagħmel dan.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma ħarġet l-ebda policy biex ma jitħallewx jitpoġġew xemgħa u fjuri quddiem il-bust ta' Karen Grech fl-iSptar Karen Grech.
Pilloli Statins — pażjenti intitolati għal dan it-trattament
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għall-pilloli Statins? Jista' jispjega l-fatt għaliex pazjenti li jkollhom ix-xaħam fid-demm għoli xorta ma jkunux intitolati għal dan it-trattament jekk ma jkollhomx kundizzjoni f'qalbhom ukoll? Huwa minnu dan il-fatt jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li biex pazjenti jkunu intitolati għal Statins iridu jkunu eligibbli għal kartuna safra jew roża. Statins huma klassi ta’ mediċina li l-indikazzjoni tagħha hija il-Hyperchoesterolaemia jew kif inhi magħrufa wkoll ix-xaħam jew cholesterol għoli fid-demm. Dawn il-mediċini jinsabu fil-formularju pero jingħataw taħt protokolli speċifiċi. Dan il-protokoll jispeċifika eżatt x’għandu jkollu pazjent biex ikun intitolat għal din il-mediċina. F’dan il-każ it –trattament jingħata lill-pazjenti kollha irripettivament miż-żmien li għandhom meta jkun hemm dawn il-kriterji:
1. Irripespettivament mill-livell ta’ cholesterol LDL ma’
a. Ischaemic heart disease dokumentat wara
i.) acute myocardial infarction
(IHD
) jew
ii) percutaneous coronary intervention jew
iii) coronary artery bypass
b. familial (type 2) hypercholesterolaemia
2. Livell ta’ LDL Cholesterol ta’ 4.1mm/L jew aktar ma’:
a.
Ischaemic heart disease
dokumentat li mhux inkluz f’punt 1 hawn fuq
b. Diabete
(Diabetes Mellitus)
3. Livell ta’ LDL Cholesterol ta’4.1 jew aktar imma ma tnejn jew aktar minn dawn ir-
risk factors
:
c. pressjoni gholja – persistenti il-fuq minn 160/95mmHg
d. storja ta’ IHD ( fi qraba ta’ l-ewwel grad li ghandhom il-fuq minn 50 sena)
e. cerebral/peripheral vascular disease
f. obesita (BMI il-fuq minn 35%)
Għalhekk bil-protokoll eżistenti huwa possibli li pazjenti li jkollhom ix-xaħam jew cholesterol fid-demm ma jkunux intitolati għal dan it-trattament jekk ma jaqawx taħt kriterji jew fatturi oħra inkluż mard tal-qalb. Ta’ min wieħed jgħid li kemm il-formularju kif ukoll il-protokolli huma stabbiliti u jinsabu fis-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jelenka min huwa intitolat għall-Aredia Infusion 120mg? Kemm-il darba dawn il-persuni jistgħu jieħdu dan it-trattament b'xejn? F'liema kundizzjoni jintalbu jixruh? Kemm jiswa dan it-trattament? Kull kemm trid tieħdu? Kemm kien hemm pażjenti li ħaduh b'xejn mill-isptar matul is-sena 2008? Kemm-il darba ħaduh l-istess pażjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li Aredia huwa isem ta’ ditta ta’ mediċinali Disodium Pamidronate. Dan id-Disodium Pamidronate jaħdem billi jnaqqas ir-rata ta’ turnover tal-għadam fil-ġisem u jeżisti f’diversi forom u dożi. Disodium Pamidronate m’huwiex fuq il-formularju farmaċewtiku tal-gvern u Aredia Infusion 120mg m’huwiex provdut b’xejn lill-pazjenti. Il-Gvern pero jipprovdi Disodium Pamidronate bħalha Aredia 15mg injection lil pazjenti li huma intitolati għaliha. Dan l-intitolament huwa idditerminat minn protokoll li jispeċifika il-kundizzjonijiet kliniċi li wieħed/waħda irid ikollu/ha. Dawn il-kondizzjonijiet huma:
• Paget’s Disease
•
Pazjenti tal-onkologija b’:
i. Malignant hypercalcaemia and widespread malignant bone deposit.
ii. Extensive bone secondaries,
speċjalment kanċer ta-sider li ma jirrispondux għal
endocrine
jew
cytotoxic therapy jew
radioterapija lokalizzata.
.
iii. Myeloma with extensive generalized osteolysis.
• Non-malignant hypercalcaemia due to hyperparathyroidism.
•Osteoporosis
ikkawzata minn xi kundizzjoni kronika li taqgħa taħt il-kartuna safra
(unlicensed indication).
In-numru ta’ drabi li l-pazjenti jieħdu dan it-trattament, il-frekwenza u d-doża jiddependu mill-indikazzjoni li għaliha ġiet preskritta id-Disodium Pamidronate. Per e
żempju:
Għat-trattament ta’
osteoporosis,
il-pazjent
jingħata doża ta’ bejn 60mg u 90mg kull darba. Din id-doża tingħata kull tlett xhur.
Pazjenti b’
Paget’s Disease
jingħataw doża ta’ bejn 30mg u 90mg darba kull 3 xhur jew inqas spiss, per eżempju kull 6 xhur jew kull 12-il-xahar.
Għal pazjenti li għandhom
hypercalcaemia
sekondarja għall-marda tal-kanċer, id-doża tvarja skond il-livell tal-kalċjum fid-demm u tingħata darba jew tigi repetuta sakemm il-livell tal-kalċjum jiġi għan-normal.
Il-proċess jinvolvi li wara d-dijanjozi, issir talba minn naħa tal-Konsulent f-isem il-pazjent lill-ispizerija. In-numru ta’ talbiet proċessati mill-ispiżerija għall-Disodium Pamidronate fl-2008 kien ta’ 1550. L-ispiżerija pero ma żżommx rekord ta’ kemm il-darba l-istess pazjent jkun ħa id-Disodium Pamidronate.
Kull vjala ta’ Disodium Pamidronate bħalha
Aredia Injection 15 mg
fil-prezent qed tiswa’ lill- Gvern €43.00.
Il-Gvern qed ukoll joffri l-possibilita f’dawk il-kazi li l-kundizzjoni tal-pazjenti ma tikkwalifikax għal trattament b’xejn taħt l-imsemmi protokoll li din il-mediċina tingħata lil pazjenti bi ħlas.