Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5858 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — lukandi, holiday furnished premesis u guest houses

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' sodod f'lukandi, guest houses u holiday furnished premises f'Għawdex fis-sena 2007 u 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kappara — Triq Sliema - Asfaltar ta' triq

Question

Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5606 u jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.5781.
Leg 11 PQ #5862 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xagħra l-Ħamra — Park Nazzjonali Naturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5644, 5208 u 4928 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li bħalissa qiegħed ikun ffinaliżżat pjan ta’ mmaniġġjar li ser jirregola l-attivitajiet li jsiru fis-sit tal-Park. Matul l-aħħar sena x-xogħol iffoka fuq it-tindif, l-aktar minħabba l-fatt li ebda intervent ma’ jista’ jsir fis-sit mingħajr il-permessi meħtieġa. Ġiet imnaddfa art kbira ta’ l-fuq minn 40 tomna fix-Xagħra l-Ħamra, li kienet mimlija skart tal-bini. Bdew jinżergħu wkoll is-siġar fix-Xagħra l-Ħamra, b’kollaborazzjoni mat-34U. Dan wara li tfassal landscape plan għal dik il-parti tal-park li hi tajba għall-afforestazzjoni. Fil-fatt aktar minn 3000 siġra sejrin jinżergħu f’dan is-sit aktar tard din is-sena. Beda wkoll ir-restawr tal-ħitan tas-sejjiegħ. Qegħdin isiru patrols minn park ranger li ġie mpjegat mal-Bord ta’ Tmexxija tal-park. Barra minn hekk qegħdin jiġu organizzati Guided walks matul-is-sena kollha. Bħala public awareness , ġew stampati 8000 brochure, Walks in the Park li tqassmu lill-istudenti, t-turisti, fl-iskejjel u fil-hotel biswit u tlesta wkoll ktieb fuq il-Park tal-Majjistral. Saru għaxar Majjistral Park welcome and information boards kif ukoll tlesta x-xogħol fuq il-website tal-park, Majjistral.org. L-asserzjoni tal-Onor Interpellant li dan is-sit kien intgħażel b’mod arbitrarju biex isir fih golf course hija żbaljata. Kienet il-MEPA li nkludiet dan is-sit biex jiġi studjat aktar fid-dettal jekk hux addattat biex isir golf course fuqu.
Leg 11 PQ #5866 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Organizzazzjonijiet Non-Governattivi — għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li huma rikonoxxuti mill-Gvern bħala NGOs li jikkwalifikaw għal għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea (Cohesion/Structural Fund)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5874 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għat-Talbiet Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru seduti mit-Tribunal għat-Talbiet Żgħar: a) mill-bidu tas-sena forensika sal-lum? b)fis-sena forensika preċedenti? Kemm jitħallas iċ-Chairman tal-istess tribunal għal kull seduta? Kemm ġew deċiżi kawżi mill-istess tribunal mis-sena forensika preċedenti għal dik li qegħdin fiha llum? Kemm ġew deċiżi kawżi mill-istess tribunal f'din is-sena forensika? Kemm ġew transatti jew seduti f'din is-sena forensika? Kemm daħħal iċ-Chairman mis-sena forensika preċedenti għal dik tal-lum? Kemm daħħal din is-sena sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5875 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

riforma ta' liberazzjoni — kumpanniji fuq l-istock exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riforma ta' liberazzjoni tinkludix ukoll kumpanniji li huma listed fuq l-istock exchange?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Miżura 121 — applikazzjoni għal sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet fid-dipartiment konċernat minn bdiewa u raħħala sabiex jibbenefikaw minn sussidju taħt Miżura 121, liema miżura għalqet fil-31 ta’ Jannar 2009? Jista' jghid kemm hu l-ammont kumulattiv ta' investiment propost f’dawn l-applikazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kon-katidral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jindika: 1) ta' min hu t-titlu ta' ownership fuq il-Kon-katidral ta' San Ġwann? Jekk il-pussess qiegħed favur terz, b'liema titlu qiegħed dan it-terz igawdi l-pussess? 2) ta' min hu t-titlu ta' ownership tal-pjazza li tiġi eżattament quddiem il-Kon-katidral ta' San Ġwann?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5199 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5889 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mgarr — Oqbra - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4192 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex jinxtraw oqbra fiċ-ċimiterju tal-Imġarr?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet strutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5222 u jagħti rendikont sena b’sena, tax-xogħlijiet infrastrutturali kollha (inkluż toroq) li saru mill-Gvern Ċentrali f’Ħaż-Żebbuġ, mill-2005 sal-2008? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li huma fil-programm tal-Gvern Ċentrali u jagħti l-ordni ta' prijorità tal-istess xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Airport tax refund

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5228, jista' l-Ministru jgħid kif u meta ser jitħallas ir-refund tat-taxxa lil dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra ma jagħmlux użu mill-biljett tal-ajru li kienu bbukkjaw qabel l-ewwel ta' Novembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qasam tat-telefonija — Direttorju ġdid

Question

Minħabba l-iżviluppi li seħħew fil-qasam tat-telefonija fl-aħħar snin u b'mod partikolari minħabba l-age-divide fil-qasam tal-IT, jista' l-Ministru jara li r-regolatur jinforza li jiġi ppubblikat direttorju tat-telefon mill-aktar fis, peress li l-aħħar ħarġa mill-eks kumpannija Maltacom tmur lura għas-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'deċiżjoni tagħha ta' Lulju 2002, l-Aworita` dwar il-Komunikazzjoni (MCA) obbligat lill-Maltacom (issa Go plc) biex tippublika d-direttorju tat-telephone. Id-direttorju fil-fatt ġie ppublikat fis-sena 2004. L-istess deċiżjoni tgħid li supplimenti aġġornati għal dan id-direttorju għandhom jiġu ippublikata mhux anqas minn darba kull tlett snin. Min dak iż-żmien l-introduzzjoni ta’ operaturi ġodda fit-telefonija fissa rrekjediet reviżjoni tad-Deċiżjoni, u fix-xhur li ġejjin, l-MCA ser tkun qiegħda tniedi konsultazzjoni fuq l’ hekk imsejħa ‘Universal Service Obligations’ biex tistabbilixxi jekk dan id-direttorju għandux jkun ippublikat, u jekk iva, f’liema format ikun ippublikat, il-kontenut tad-direttorju, u liema operatur għandu jingħata l-obbligu li jippublikah. Sadanittant fil-preżent il-kumpanija Go plc qiegħda toffri servizz komprensiv ta’ direttorju telefoniku elettroniku aġġornat bla ħlas fuq l-Internet li jinkludi aċċess għan-numri kollha, jiġifieri anke ta’ operaturi oħra li jipprovdu telefonija fissa kif ukoll telefonija mobbli.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti b'kemm inbidel il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Exectuive Management Committee tal-istess Bank bejn l-2008 u l-2009? Jista' jgħid ukoll x'kien il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni ta' konsulent impjegat għal dawn l-aħħar erba' snin mad-Dipartiment tal-Ekonomija fil-Bank Ċentrali, u kemm tkun din r-remunerazzjoni wara li jiġġeded il-kuntratt tiegħu fl-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — prezz tal-gass

Question

Peress li minn informazzjoni li ngħatat waqt seduta tal-Kumitat tal-Kamra għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, in-naħa tal-gvern qalet li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ngħatat l-informazzjoni mill-kumpannija li issa hija responsabbli mis-servizz tal-gass fil-pajjiż dwar il-prezz ġdid, jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikun propost li jkun il-prezz għal kull tip ta' ċilindru tal-gass?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5898 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Linji tal-Arju — sussidju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpanija matul is-sentejn li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pjazza San Ġorġ — Żarmar, irfiegħ u ġarr fl-imħażen

Question

Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għal maħżen għall-monument tas-7 Gugnio li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, jista' l-Ministru jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-avviż li hu rrefera għalih ma nħariġx mill-Ministeru tiegħi u għalhekk nistiednu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preċa

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Hamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.