Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u d-Dipartimenti fid-dekasteru tiegħu iħaddmu żewġ impjegati b'diżabilità Total ta' impjegati huwa 331, għalhekk il-perċentaġġ ta' persuni b'diżabilità huwa ta' 0.6 fil-mija

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #35431 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, dipartimenti u dekasteri huwa ta’ 5 persuni li hu ekwivalenti għal 0.18% tal-ħaddiema kollha.

Enemalta — żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25092 u 35211 dwar iż-żarmar tal-istallazzjoni tal-impjant tal-Korporazzjoni Enemalta mill-Qajjenza, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-iskedi biex isir dan kif ukoll it-timelines tal-korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi kif imwieġeb fil-Mistoqsija Parlamentari numru 35211 ir-responsabbiltà taż-żarmar tal-impjant tal-Gass huwa f’idejn il-Gasco. Il-Korporazzjoni Enemalta tinsab infurmata li l-Gasco qegħda fil-proċess tal-applikazzjoni mal-MEPA għal dan iż-żarmar. Għalhekk diment li l-permess għadu ma ħariġx għad m’hemm l-ebda skedi u timelines stabbiliti. Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa l-impjant għadu qed jiffunzjona normali.

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35213 u 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li sabiex jiġi rregolarizzat il- billing cycle fuq perijodu ta’ kull xaharejn , uħud mill-konsumaturi qegħdin jirċievu kontijiet għal-perijodu ta’ konsum iqsar minn dak ta’ xahrejn.

permessi għal qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ntalabx jagħti permessi għal qtugħ ta' siġar mit-terminus tal-karozzi tal-linja jew minn art li tmiss mal-istess terminus? Min talab dan il-permess? Min qatgħa dawn is-siġar u min ħallas għall-qtugħ tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jispeċifika għal liema terminus qed jirreferi.

talba għal benefiċċju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34096, jista' l-Ministru jara li l-persuna kkonċernata tingħata risposta peress li s'issa ħadd għandu ma kkuntatjaha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma li Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-Dipartiment reġa’ bagħat kopja tal-ittra oriġinali mibgħuta.
Leg 11 PQ #35461 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

każ ta' bdil ta' skola

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33891, tista' l-Ministru tgħid x'iridu jkunu l-kriterji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ewwel ma jingħata post huwa għat-tfal mil-lokalità. Ma jistgħux jiddaħħlu tfal minn lokalitajiet oħra li ma jħallux post għal tfal mil-lokalità. Jekk ikun hemm post jintużaw dawn il-kriterji, f’din l-ordni; 1. Problemi ta’ saħħa. 2. Aħwa li jkunu diġa’ jattendu fl-istess skola 3. Ulied l-iStaff tal-iskola konċernata 4. Ġenituri li jkunu ġabu prova uffiċjali li huma impjegati u li ma jkun hemm ħadd li jiġbrilhom it-tfal mill-iskola 5. Raġunijiet oħra validi.

Smart City — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sehem tal-gvern fi Smart City? X'inhi r-raġuni li l-one stop shop li l-gvern kellu iwaqqaf fi Smart City ma sarx? X'inhi r-raġuni li l-gvern ma ħax parti minn Smart City bħala uffiċini? Jista' l-gvern jirranġa biex il-karozzi tal-linja jgħaddu minn ħdejn Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern għandu 9% share holding fi SmartCity Malta. Peress li l-One Stop shop jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise u nitolbu lill-Onor. Interpellant jistaqsi lill-Ministru konċernat. SmartCity hija kumpanija privata u għalhekk il-gvern ma' kellu l-ebda obbligu li jikri uffiċini minn SmartCity. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li preżentament hemm ir-rotta 3 bi frekwenza ta’ kull 30 minuta bejn is-7.00 ta’ filgħodu u s-7.00 ta’ filgħaxija u bi frekwenza ta’ kull 60 minuta fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata. Din ir-rotta tipprovdi servizz fiż-żona ta’ Smart City.

Smart City — dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiddawlu t-toroq li jwasslu sa Smart City? Jekk ir-responsabilità hija tal-gvern, jista' dan ix-xogħol isir mill-aktar fiss possibli peress li t-toroq tal-inħawi jkunu fi dlam ċappa u qed itellef milli n-nies jiffrekwentaw dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hija l-entità li se tkun qed tieħu ħsieb li t-triq imsemmija tiddawwal b'mod adegwat. Għaldaqstant Transport Malta diġa xtrat il-materjal neċessarju u ħarġet sejħiet għall-offerti kemm għad-dawl kif ukoll għal xogħol ieħor f'din it-triq.

Smart City — designated area

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet li jiftħu f'Smart City jaqgħux taħt ir-regoli ġenerali li jirregolaw il-ftuħ u l-għeluq tal-ħwienet peress li Smart City hija designated area? Jekk hija designated area, l-liġijiet li japplikaw għal ażjendi tal-business in ġenerali japplikaw ukoll għal Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li SmartCity Malta hija Kumpanija privata u bħal kumpanija privata oħra għandha l-obbligu li timxi skont il-liġi. Rigward il-ħinijiet permissibbli nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi lil Ministeru konċernat.

talba għal helper

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex meta l-helper tal-koppja anzjana qed id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, tkun bil-leave jew bis-sick, id-dipartiment jara kif jipprovdi helper oħra għalihom peress li dawn huma morda ħafna u ma jistax ikun li jkunu bla reliever?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-preżent ma hemmx servizz ta’ reliever f’Raħal Ġdid. Għaldaqstant, meta Assistenta Soċjali li taħdem fis-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar tkun bil-leave jew sick leave tkun tista’ tintbgħat sostituta biss meta xi Assistenta Soċjali oħra jkollha xi siegħat vakanti. Dawn is-siegħat jiġu allokati skont il-livell ta’ bżonn tal-klijenti. Fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant is-sezzjoni jirrizultalha li riċentament jiġifieri is-Sibt 2 ta’ Ġunju 2012 dawn il-klijenti ingħataw sagħtejn servizz minn Assistenta Soċjali oħra li kellha sagħtejn vakanti.

San Vinċenz de Paul — qtugħ mill-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li jkunu nkitbu biex jintbagħtu San Vinċenz de Paul tibda tinqatgħalhom parti mill-pensjoni dakinhar stess li japplikaw għad-dħul f’din id-dar tal-anzjani qabel saħansitra tkun ġiet ipproċessata l-applikazzjoni u/jew ikunu ntbagħtu hemmekk?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li permezz ta’ emendi fl’2011 fuq Avviż Legali 259/04, pazjenti li jibqgħu fl-Isptar Mater Dei wara li jiġu uffiċjalment discharged mill-isptar għax m’għandhomx bżonn aktar kura medika jew riabilitazzjoni, tibda tinqagħtalhom parti mill-pensjoni mid-data tad-discharge uffiċjali. Dan japplika anke meta dan il-pazjent anzjan ikun applika sabiex jidħol f’dar tal-anzjani.

informazzjoni dwar permessi ta' pjan terran

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkonferma li ċertu xogħol li qed isir fil-pjan terran li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex isir bil-permessi meħtieġa u x’azzjoni tista' tittieħed biex dan ix-xogħol li allegatament qed isir mingħajr permess qed iwassal biex jkun sors sabiex jidħlu saħansitra ġrieden fl-imsemmi block b’inkonvenjent kbir għar-residenti nfushom, jitwaqqaf?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed isir xogħol strutturali f'żewġ appartamenti separati fil-pjan terran tas-sit indikat. Waqt li l-iżvilupp f' wieħed mill-appartamenti (Flat nru 8) huwa kopert bil-permess ta' żvilupp (PA 1493/08) maħruġ fl-20 ta' Ġunju, 2008, ix-xogħol fl-ieħor (Flat Nru 7) mhux awtorizat skond rifjut tal-applikazzjoni PA 2175/07, datat 22 t'Awwissu, 2007. Dwar dan l-iżvilupp illegali li preżentamant jinsab wieqaf, kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettiq ECF 795/07 kontra l-persuna responsabbli talli sar żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn ftuħ ta' tieqa' fuq il-faċċata li tagħti għal ġewwa l-basement kif ukoll twaqqa' parti mill-boundary wall. Il-każ għadu pendenti.
Leg 11 PQ #35470 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — informazzjoni dwar impjegat

Question

Jista' l-Prim Minsitru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qabel spiċċat bl-età, kien ġie promos fil-kariga ta’ manager u riċentament ġie maħtur bħala advisor għall-ministeru kkonċernat fir-rigward tal-affarijiet interni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm-il siegħa jaħdem, kemm qed jitħallas u fuq liema kriterju saret din il-ħatra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li għaliha qed jagħmel referenza kienet nħatret Manager f’ Jannar tal-2011 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara sejħa maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Infurmat ukoll li l-persuna rtirat bl-eta’ f’Marzu ta’ din is-sena u nħatret bħala Adviser għat-Taqsima Kura u Re-Integrazzjoni tal-Faċilità biex tikkontribwixxi bl-esperjenza tagħha fil-qasam għad-dħul fis-seħħ tar-riformi marbuta mal-Att tal-Ġustizzja Riparatriċi. Din il-persuna qed taħdem medja ta’ 30 siegħa fil-gimgħa u titħallas €19,468 fuq bażi ta’ tnax il-xahar.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35492 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — contracts manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 35238 u jgħid ir-raġunijiet għalfejn il-kunsilli indikati ma jużawx contracts manager?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #35497 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

Kunsill lokali — librerija pubblika

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta biċċa art żgħira 'l bogħod mill-bini tal-Iskola Primarja tal-Fgura se tkun devoluta lill-kunsill lokali sabiex ikun jista' jespandi a spejjeż tiegħu l-librerija pubblika f'dan il-lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura kien infurmat li t-talba tiegħu għad-devoluzzjoni msemmija ma ġietx aċċettata permezz ta’ ittra mill-Kummissarju tal-Artijiet, datata 8 ta’ Frar 2012. Infurmat ukoll li l-Kunsill rċieva din l-ittra fl-14 ta’ Frar 2012.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.