Jiista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5670 u ċioè: Peress li l-Ministru kellu jippubblika regolamenti ċari dwar il-kaxxi tal-logħob (gambling machines) ħafna drabi bl-aktar mod sfaċċat imsejħa amusement machines sal-aħħar tas-sena 2008, jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti ser ikunu ppubblikati?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jidhirlu l-Prim Ministru li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jidhirlu l-Prim Ministru li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5658 u ċioè: Peress li x-xita qawwija riċenti għamlet ħafna ħsara fit-toroq, inkluż toroq mibnija b'finanzjament tal-Protokoll Taljan u bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Bridge Manwel Dimech, jista' jgħid jekk saritx evalwazzjoni tad-difetti li żviluppaw f'dawn it-toroq minħabba x-xita u x'passi se jittieħdu biex dawn id-difetti jiġu rranġati jew korretti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi ħafna mill-ħsarat li ġew irrapurtati fit toroq tal-Protokoll Taljan u mill-fondi tal-Unjoni Ewropea kienu jikkonsistu fi ħsarat ta' tappieri u gradilji tat-tappieri tax-xita miżduda. Fejn dawn il-ħsarat ġew attribwiti għall-nuqqasijiet tal-kuntratturi li bnew l-istess toroq, il-ħsarat gew irranġati mill-istess kuntratturi mingħajr spejjez għall-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru:
a) ta' karozzi ġodda
b) ta' muturi ġodda
ċ) ta' trakkijiet u heavy plants ġodda oħra
reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2008? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' żgħażagħ/persuni li qed jattendu ċ-Ċentru ta' Delinkwenza fl-Imtaħleb limiti tar-Rabat fil-preżent? X'etajiet għandhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 14-il persuna li qed jattendu fiċ-Ċentru ta' Delinkwenza fl-Imtaħleb. L'etajiet ta' dawn ivarjaw bejn it-22 sena u t-53 sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil Onor Interpellant biex jara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5562 li ngħatat aktar kmieni fis-seduta..
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5563, 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5564 u jgħid kemm kien stmat ix-xogħol li kellu jsir għall-irranġar tat-toroq fil-Crafts Village ta' Ta' Qali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istima tax-xogħlijiet għall-bini ta’ toroq u installazzjoni ta’ servizzi għal-proġett tal-Crafts Village hija hekk:-
Lot 1 – roads, parking areas & pedestrian areas €11,961,332 including VAT
(LM5,135,000)
Lot 2 – new drinking and sewer mains €1,061,016 including VAT
(LM455,494)
Lot 3 – civil works for cable works €317,261 including VAT
(LM136,200)
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar serq ta' 17-il amra tan-nar li kienu għadhom kemm waslu Malta u l-uffiċjali tad-Dwana minflok ma poġġew dawn l-armi f'post b'sigurtà adegwata, tħallew fil-Qasam Industrijali tal-Marsa? Peress li dawn l-armi kienu collectors' items u min seraqhom kienu jafu l-valur kbir tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta sidhom li ma jaħti xejn, sejjer jiġi kkumpensat?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm min dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi regolament li permezz tiegħu, ħaddiema nisa fil-fabbriki jistgħu ma jaċċettawx li jaħdmu shift ta' bil-lejl kontra l-volontà tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li ma jeżisti l-ebda regolament fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jimpedixxi ħaddiema nisa milli jaħdmu xogħol ta' bil-lejl fil-fabbriki.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba aktar 'l isfel dwar il-kumpanniji u ħaddiema li qed jaħdmu bil-four day week:
a) Minn Ottubru 2008 kemm hawn kumpanniji li qed jaħdmu fuq bażi ta' four day week?
b) Liema huma dawn il-kumpanniji?
ċ) Kemm iħaddmu nies dawn il-kumpanniji?
d) Kemm huwa maħsub li se jdumu jaħdmu fuq bażi ta' four day week dawn l-istess kumpanniji?
e) X'kienu ir-raġunijiet li ġabu dawn il-kumpanniji biex jiġġustifikaw din il-miżura li jaħdmu four day week?
f) Hemm xi talbiet oħra quddiem id-dipartiment minn kumpanniji biex jaħdmu b'sigħat imnaqqsa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li meta id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta l-Impieg jirċievi talba biex ħaddiema jitpoġġew fuq ġimgha ta’ inqas xogħol issir spezzjoni fl-intrapriża konċernata biex tevalwa r-rikjesta u jsiru konsultazzjonijiet neċessarji ma min iħaddem u mal-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ li jkun hemm raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba, tinħareg l-approvazzjoni għal-nuqqas fis-siegħat ta' xogħol, kull darba gal perjodu ta’ erba ġimgħat, skont kif stipulat fl’Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Matul l-2008 inħargu dawn l-awtorizzazjonijiet:
· Trelleborg Sealing Solutions Ltd
· Hetronic Malta Ltd
· Methode Electronics Malta Ltd
· Malta Moulds Ltd
· Pamargan Products (Malta) Ltd (91 minn 155 impjegat)
· Dold Industrial Automation Ltd
· Powerswitch Ltd
· Multi Packaging Ltd
· Packprint Ltd
· Waldorf Auto Services Centre Ltd (limitata ghal zewg kategoriji ta’ haddiema)
F’Jannar 2009 inħargu dawn l-awtorizzazjonijiet:
· Malta Moulds Ltd
· Pamargan Products (Malta) Ltd (impjegati kollha)
· Stainless Steel Products Ltd
· Hetronic Malta Ltd
· Methode Electronics Malta Ltd
· Dold Industrial Automation Ltd
· Powerswitch Ltd
Informat ukoll li fil-preżent hawn disa’ kumpaniji li qed jaħdmu fuq bażi ta’
four day
week li b’kollox iħaddmu 1208 impjegat bejnithom. Dawn huma:
· Malta Moulds Ltd
· Pamargan Products (Malta) Ltd
· Stainless Steel Products Ltd
· Hetronic Malta Ltd
· Methode Electronics Malta Ltd
· Dold Industrial Automation Ltd
· Powerswitch Ltd
· Multi Packaging Ltd
· Packprint Ltd
Informat ukoll li hija l-intrapriża li abbażi taċ-ċirkostanzi li ssib ruħha fihom, tiddeċiedi jekk għandhiex titlob permess biex taħdem fuq bażi ta’
four day week,
partikolarjament bħala miżura tintuża biex ikunu jistgħu jiġu evitati
redundancies
. Tali permess jingħata għal perjodu ta’ mhux itwal minn erba’ ġimghat. Imbagħad hija l-kumpanija li tiddeċiedi jekk tridx titlob li testendi dan il-perjodu jew le. Ir-raġunijiet li ġabu dawn il-kumpaniji biex jiġġustifikaw din il-miżura kienet li dawn għaddejjin minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċili u kellhom nuqqas sostanzjali fl-ordnijiet kawża tal- kriżi finanzjarja u ekonomika preżenti.
Bħalissa ma hemmx talbiet oħra pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilità intelletwali bħalissa li qed jużaw is-servizz taċ-child development and assessments unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-età, subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ngħataw lil dawn it-tfal? Kemm minnhom huma minn Għawdex?
Università ta' Malta — Gozo Centre - Korsijiet universitarji
Question
Tista' l-Ministru tagħti:
a) lista tal-korsijiet universitarji li qed jinżammu fil-
Gozo Centre
tal-Università ta' Malta?
b) Kemm hemm studenti f'kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.