Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5793 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5178 u jgħid x’kien l-ammont ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali li tħallsu lir-residenti ta’ Malta u ta’ Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ kull sena minflok kull kwart tas-sena mill-1999 ‘l hawn u jgħid kif kienu maqsumin f’benefiċċji kontributorji u f’benefiċċji mhux kontributorji u skond in-natura tal-benefiċċju? Jista’ jgħid kemm kienu l-benefiċjarji f’kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta oriġinali.

Cirkewwa — Spazju għal parkeġġ

Question

Peress li fiċ-Ċirkewwa qed jingħataw ħafna ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali minħabba kontravenzjonijiet ta' sinjali, peress li f'dawk l-inħawi fejn ikun hemm ipparkjati l-vetturi, li ħafna minnhom ikunu ta' Għawdxin li ta' kuljum jiġu Malta għax-xogħol, mhemmx senjaletika, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema u cioe' billi ssir senjaletika adegwata u ċara kif wkoll jiġi provdut spazju għal parkeġġ adegwat għal dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5796 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, tista' l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita', nitlob lill-Onerevoli Nterpellant jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5797 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Qorti l-ġdid

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini tal-Qorti l-ġdid?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanti sottomesse lil MEPA rigward il-bini tal-Qorti l-Ġdid.
Leg 11 PQ #5798 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' pixxina

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini tal-pixxina f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanti sottomessi lil MEPA rigward il-bini ta' pixxina f'Għawdex.
Leg 11 PQ #5799 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' child care centre

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni u pjanta li ġew intavolati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-bini ta' child care centre?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija 5392.

Studenti fil-kors tal-liġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iggradwaw avukati sena b'sena mill-1980 sal-lum? Tista' taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa? Tista' tgħid kemm hemm studenti fil-kors tal-liġi preżenti u taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Hazardous waste esportat lejn iċ-Ċina

Question

Wara li l-Ministru ħabbar f’ġurnal lokali li l-hazardous waste ta’ pajjiżna kien qed jiġi esportat lejn iċ-Ċina, jista' jgħid kif qed jiġi rapportat lill-Unjoni Ewropea u jekk huwiex qed jiġi klassifikat u rapportat bħala waste for recycling?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li jien ma tkellimtx dwar Hazardous Waste imma dwar rejects li jirriżultaw mill-proċess tar-riċiklaġġ.

Kont tas-Saħħa

Question

B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5620 u 5266 u jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Rabat — Vjal il-Ħaddiema - Ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4225, 3972 u 3676 u jara li jiġu rimedjati bla aktar dewmien il-ħsarat u cioè l-iżbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenza 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat, Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt dan l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Ninsab infurmat li dan is is-sit jinsab fil-lista ta' prioritajiet fil-Master Plan tad-drenaġġ għal dawn l-inħawi u dan ix-xogħol għandu jsir meta l-finanzi jippermettu.
Leg 11 PQ #5812 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnejna — Slipway

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4736 u ċioè: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess? Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar. Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4407 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każi li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jgħid x'kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5815 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imħallef fil-Qorti Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-applikazzjoni (f'Malta) għall-imħallef fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (European Court of Human Rights) kemm applikaw? Jista' jgħid x'kienet il-kariga ta' kull applikant/applikanta meta applikaw? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoi in materja nħarġet fi Frar 2006. Il-karigi ta' persuni li applikaw kienu s-segwenti : Prim Imħallef, Imħallfin, Maġistrat u avukati. Kien hemm 9 irġiel u 2 nisa.

Applikazzjonijiet għal social housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4553 u jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f' a) irġiel u nisa b) kemm hemm separati c) single mothers u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mosta — Pont tal-Isperanza - ħajt tal-ilqugħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5291 u jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmak li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.

Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5582 u 5115 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5115.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.