Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi żgħażagħ li huma sponsorjati mill-ministeru li qed jistudjaw għal xi degreef'oqsma agrikoli differenti? Jekk iva, kemm hemm u f'liema oqsma qed jiġu mħarrġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qed jisponsorja lil sitt impjegati tiegħu li qed jattendu korsijiet fl-Università ta’ Malta. Minn dawn, hemm erba’ li bdew jattendu kors f’Ottubru 2008, li jwassal għall-‘Preparatory Course for Diploma in Agriculture’. Ieħor beda jattendi kors f’Ottubru 2007, li jwassal għall-‘BSc in Mediterranean Agro-Ecosystems Management’ u mpjegata oħra li qed tattendi t-tieni sena ta’ kors li jwassal għall-Diploma fl-Agrikoltura.
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 39 – Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li huwa maħsub li bħala parti mill-proġett Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo (Ref no 039) isir xogħol ta’ restawr u rijabilitazzjoni fuq madwar 17,500 metru kwadru ta’ swar fiċ-Ċittadella, Għawdex. L-allokazzjoni indikattiva għal dan il-għan hi ta’ madwar €7,252,000.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 24 – Employability Programme?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Employability Programme jikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet immirati sabiex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu xogħol jew jeħtieġu li jiġu mħarrġa mill-ġdid. L-Għawdxin jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet kollha.
Sabiex l-Għawdxin ikunu jistgħu jibbenefikaw aħjar, persuna partikolari li ser tkun qed taħdem fuq il-proġett ser tkun responsabbli speċifikament mill-klijenti Għawdxin u t-taħriġ li ser ikun qed isir ġewwa Għawdex.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — tenders għal xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tenders li ħarġet l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex tkun tista' twettaq ix-xogħol li għandu jsir fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra?
Meta hu mistenni li f'kull każ jinbena x-xogħol neċessarju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ħarġet żewġ tenders s’issa li jirrigwardjaw xogħol fiż-żona msemmija. Dawn huma:
CT 2023/07 –
Construction Works in Conjunction with the Qawra Beach Upgrading Project, Ix-Xtajta tal-Qawra –
maħruġ fit-30/01/09 u x-xogħol maħsub li jinbeda wara s-sajf;
CT 031/09 CT 2564/08 –
Development of a Public Aquarium and Marine Attraction at Qawra –
li huwa dokument ta’ pre-kwalifika għat-
tender
li għad trid toħroġ għall-bini ta’ dan il-kumpless. Ix-xogħol huwa maħsub li jinbeda aktar tard din is-sena.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-qasam mediku jinbdew jinżammu f'Malta korsijiet post graduate? F'liema oqsma tal-mediċina hu mistenni li jibdew jinżammu dawn il-korsijiet? Ma liema istituzzjonijiet mediċi internazzjonali hu mistenni li jibdew jiġu organizzati dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-korsijiet li ser jiġu offruti f’Ottubru 2009 huma kif ġej:
Master of Science in Public Health offrut fuq bażi part-time
Master of Science in Pathology offrut fuq bażi full-time jew part-time:
Oqsma:
Molecular Genetics and Haematology
Blood transfusion Science
Neuroscience
Molecular Genetics
Haematology
Microbiology
Master of Science in Family Medicine offrut fuq bażi part-time filgħodu
Master of Science in Pharmacy offrut fuq bażi full-time.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif jekk hux possibli li l-ministeru jieħu passi partikolari biex jgħin fit-twaqqif ta' mużewijiet/wirjiet permanenti mis-settur privat f'oqsma differenti tax-xogħol f'pajjiżna? Tista' l-Heritage Malta tgħin fit-twaqqif ta' wirjiet permanenti jew mużewijiet ta' dan it-tip li fihom ikun hemm investiment mill-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-każ tat-twaqqif ta’ wirjiet permanenti jew mużewijiet ta’ dan it-tip li fihom ikun hemm investiment mill-privat il-Bord tal-Heritage Malta jikkunsidra t-talbiet li jistgħu jaslu każ b’każ.
Meta kienu telgħu l-imgħaxijiet ta' banek, sar għagħa kbir, issa li tnaqssu, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qegħdin jiffrankaw familji li għandhom loans mal-banek? Ċifra medja tkun biżżejjed biex tagħti idea.
Jista' l-Prim Ministru jara kemm kien hemm infringements ambjentali mal-Unjoni Ewropea inkluż dawk relatati mal-qasam tal-immaniġjar tal-iskart, liema kienu u x'kienu jirrigwardaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Fi sfont ta' ħafna mistoqsijiet parlamentari li saru fuq Sliema Road, Kappara, u l-istat ħażin ħafna ta' din it-triq li tagħti ukoll lejn l-isptar, jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-tiswijiet, u jekk hux aħjar li t-triq ssir darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ħa jkun qed isir xogħol ta’ resurfacing fuq din it-triq bi sħab bejn l-ADT u l-Kunsill Lokali ta’ San Gwann li tiegħu hi r-responsabbiltá.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Oil Division li sa ftit ilu kien jidher fuq il-website tal-ministeru tiegħu m'għadux jidher fuq dan is-site?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5288, l-Ministru hi f`pozizzjoni li tgħid meta ser tiġi introdotta l-ispiżerija tal-għazla tiegħek f`Għawdex, jew għallinqas tista' tgħid meta ser tiġi introddota l-Quality Service Charter għal ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta` Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s'issa ma għandna l-ebda informazzjoni uffiċċjali dwar meta se tiġi introdotta il "Pharmacy of your Choice" f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' liċenzji tal-kummerċ li jiġu pproċessati kull sena? Liema hi l-aħħar sena sħiħa li ġiet ipproċessata u x'kien l-ammont ta' flus li daħħal il-Gvern f'dik is-sena partikolari? Liema kien l-aħħar xahar li ġie pproċessat mis-sena 2008?
Jaf li sidien ta' postijiet tal-kummerċ li bagħtu l-ħlas tal-liċenzja tal-kummerċ tagħhom f'Ottubru li għadda għadhom ma rċevewx il-liċenzja mġedda/l-irċevuta? Jista' jispjega għaliex dan id-dewmien fid-dħul tal-Gvern u jieħu passi biex dan id-dewmien ma jkomplix b'detriment għall-istess Gvern u wkoll għas-sidien ta' postijiet tal-kummerċ?
Jista' Ministru jieħu passi biex flus dovuti lil infermiera skond il-ftehim kollettiv mal-MUMN u wkoll ta' xiri li għamlu ta' tagħmir tal-informatika u l-komunikazzjoni jfittxu jitħallsu? Jista' jieħu passi biex ħlasijiet bħal dawn isiru b'mod regolari u mhux impjegati inkarigati minflok ma jipproċessaw it-talbiet li jsiru regolarment joqogħdu jigbruhom sakemm ilaħħqu ċerti ammonti? F'kull każ kemm hu n-numru ta' infermiera li għandhom jieħdu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa, x'inhuma l-ammonti totali li jridu jitħallsu u għalxiex, u meta hemm il-ħsieb li tali flus jitħallsu?
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5288 fejn intqal li s-Senior Pharmacist u l-Pharmacist qed jaħdmu sagħtejn fil-gimgħa iktar, xi ħaġa li minn investigazzjoni li għamilt ma tirrizultax, tista' il-Ministru tikkonferma dawn il-ħinijet? Jekk jirrizulta li l-ħinijet mogħtija m'humiex koretti, u minnħabba li sforz in-nuqqas ta' serjeta u n-negliġenza li tezisti fil-Ministeru tagħha, il-Kamra ġiet mogħtija informazzjoni ħażina, tikkonsidra l-Ministru li tieħu passi dixxiplinarji kontra min għaddielha din l-informazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nikkonferma li l-ħinijiet tax-xogħol tal-Pharmacist u Senior Pharmacist huma kif indikati fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Numru 5288, jiġifieri:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 a.m. sas-2.30p.m. u
s-Sibt mis-7.00a.m. sa 12.00p.m.
Dawn ilhom jaħdmu dawn il-ħinijiet għal dawn l-aħħar snin.
Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme — Kumpanniji - trasferiment minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme tapplikax għal kumpanniji li jittrasferixxu l-operat tagħhom minn Malta għal Għawdex? Jista’ jgħid kemm kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’jagħti l-valur tal-benefiċċju li rċevew, in-numru ta’ ħaddiema li dwarhom ingħata l-benfiċċju u kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati ġodda? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u skond in-natura tan-negozju tal-kumpanniji, eż. manifattura, ICT, call centres, farmaċewtika, eċċ.?
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5288 fejn skont ir-risposta jidher li minnħabba nuqqas ta' staff fl-ispiżerija l-istaff kien qed jingħata kumpens billi tnaqqas il-ħin biex il-pubbliku jkun jista' jinqeda, u billi kontra kull proċedura stabbilita f`dipartimenti oħra tal-Gvern il-membri tal-pubbliku li kien ikun ilhom jistennew fil-kju kienu qed jintbagħtu lura f`nofs inhar x'ħin tagħlaq l-ispizerija, frott tal-ftehim milħuq bejn id-Direttur tal-Customers Services u l-Union Ħaddiema Magħqudin fl-aħħar ta' Novembru 2008, tista' fiċ-ċirkostanzi prezenti l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l- ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma hemmx ftehim bil-miktub "per se". L-UĦM bagħtet it-talbiet tagħha permezz ta' email bid-data tat-12 ta' Oottubru 2008. Saru diversi trattativi verbali bejn id-Dipartiment u l-UĦM u fl-14 ta' Novembru 2008, d-Dipartiment informa lill-UĦM li kienu qed jiġu aċċettati parti mit-talbiet imressqa. L-UĦM ġiet infurmata wkoll li l-punti maqbula kellhom jidħlu fis-seħħ mill-24 ta' Novembru 2008 sabiex il-pubbliku jingħata avviż xieraq.
Għawdex — Employment Aid - kumpanniji li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanniji bbenefikaw mill-iskema ta’ employment aid għal Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jagħti l-valur tal-benefiċċju li ħadu u n-numru ta’ ħaddiema ġodda li impjegaw? Kemm minn dawk li kienu ngaġġati mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Settermbru 2007 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel l-ewwel ta’ Jannar 2007? Kemm minn dawk li kienu ngaġġati minn Ottubru 2007 ‘l hawn kienu qed jirreġistraw qabel Ottubru 2007? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u skond in-natura tan-negozju tal-kumpanniji?
EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5177 dwar pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006?
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5184, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala f’Għawdex, kif ukoll kopja tal-istatistika dwar it-turiżmu f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5184.