Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawedx kull sena? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar dan is-suġġett bħalissa il-Ministeru tiegħi jinsab f’kuntatt dirett ma’ sidien ta’ artiġjanat f’Ta’ Qali, fejn qed jiġi diskuss dwar x’jista’ isir minn dawn l-istess fabbriki.
Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5115 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5115.
Jista' l-Ministru jgħid fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern kemm hemm:
a) Persuni:
i) indipendenti?
ii) semi dipendenti?
iii) dipendenti?
iv) b'dementia
b) Staff grad bi grad?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Lm60,000 allokati fil-budget tal-2006 sabiex isir ċentru għall-annimali? Fiex intnefqu dawn il-flus u f'liema stadju wasal dan iċ-ċentru? Meta hu stmat li dan iċ-ċentru se jkun fully operational? Kif se jkun qed jitħaddem u minn min?
Jista' jgħid kemm intnefqu mill-flus allokati fl-2007 għall-animal welfare u fiex intnefqu? Kemm ġew imsewwija klieb u qtates? Min kienu l-veterenarji li sewwew dawn l-annimali u x'kienet ir-rata li ġew imħallsin biha?
Jista' jgħid fejn ġew imsewwija dawn l-annimali u jagħti dettalji ta' kemm kien hemm klieb u qtates u minn liema post?
Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpannija, eċċ. kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-kumpens għal ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li joqogħdu Għawdex iżda jaħdmu Malta hu ta’ €1.26. Dan jingħata bħala forma ta’ sussidju fuq it-trasport għal kull ġurnata xogħol u huwa mħallas mill-Ministeru għal Għawdex.
Dwar il-kumpens lill-ħaddiema tal-korporazzjonijiet, aġenziji u entitajiet tal-Gvern, dan ivarja u mhux l-impjegati kollha jirċevuh.
Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant trid ammont kbir ta’ riżorsi, u ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi tal-Gvern jintużaw biex jingħataw aktar dettalji sakemm na ningħatax raġuni valida għal dan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5423 u jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti illegali li nstabu li kellhom it-TB fl-aħħar 5 snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar ħames snin ġew irrappurtati 104 każ ta’ Tuberkulożi f’immigranti irregolari skond it-tabella t’hawn taħt:
Sena
Tuberkulozi fil-pulmun
Tuberkulozi barra l-pulmun
2004
9
1
2005
9
6
2006
12
3
2007
11
8
2008
33
12
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5419 u jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5402 u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84, ingħatat biss 15.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5396 u cioe' : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5362 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tara li jitmexxa l-każ ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jinagħtaw separatament, peress li anke peadiatrician privat qal li għandu bżonn facilitator?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola sa kemm ikun imissu skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — Pjanijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5406 u 5236 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern għandu proġett kontra l-għargħar, li ser jiswa madwar 57 miljun Ewro, ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea li hu maħsub li jinbeda fl-2010. Dan il-proġett jinkludi diversi xogħlijiet maħsuba prinċipalment biex itaffu l-problema tal-għargħar f’bosta lokalitajiet madwar Malta kif ukoll joħolqu infrastruttura ġdida li kapaċi taħżen madwar 200,000 metri kubi (44 miljun gallun) ta’ ilma tax-xita. Għadu kemm inħareġ u għadda tender għall-Environmental impact assessment, cost benefit analysis u xogħol ta’ dettal tekniku għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5332 u 4947 u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5335, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li minn meta twaħħlet il-camera sal-lum kien hemm inqas incidenti, jew le? Kemm kienet din id-differenza, jekk il-każ huwa li kien hemm inqas inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Londra - ħatra ta' Direttur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal ħatra ta' Direttur tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f'Londra:
a) x'kien il-proċess segwit għal din il-ħatra?
b) x'kienu r-rekwiżit mitlub, f'termini ta' kwalifiki, esperjenza eċċ.?
ċ) kemm kien hemm applikanti?
d) min għamel l-interviews tal-applikanti?
e) fejn saru dawn l-interviews?
f) jekk l-interviewing board qisx bħala skwalifika għal din il-ħarta persuni b'kunflitt ta' interess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
a) Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet proċessata b’mod normali mill–RRAG (‘Recruitment & Redeployment Advisory Group’), fl-Uffiċċju tal–Prim Ministru fejn ingħata il-permess biex l-applikazzjoni tgħaddi għand l-ETC (‘Employment & Training Corporation’), minn fejn tkompla l-proċess kif regolarizzat mill- ETC.b) Ir-rekwiżit mitluba għal din il-vakanza u li dehru fl-avviż kienu kif ġej:
‘Preferably be in possession of a first degree in a related subject’.
‘Minimum of three years’ working experience at management level within the tourism field’.
‘Superior leadership and management skills, as well as strategic management capabilities, are of critical importance for this post’.
c) In-numru ta’ applikanti għal din il-vakanza kien ta’ 25.
d) L-‘interviews preliminari’ saru miċ-‘Chairman’, iċ- ‘Chief Executive Officer’ u d-Direttur tal- ‘International Marketing’ tal-Awtorità li minnhom ħarġet ‘shorlist’ għat–tieni ‘interviews’. It–tieni ‘interviews’ saru miċ -’Chairman’, iċ -‘Chief Executive Officer’ tal-Awtorità u s-Segretarju Permanenti għall-Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
e) Minħabba raġunijiet loġistiċi l-ewwel ‘interviews’ saru fl-uffiċċju taċ-‘Chairman’ u f’lukanda, filwaqt li t-tieni ‘interviews’ saru fl-uffiċċju taċ–‘Chief Executive Officer’.
f) Ninsab infurmat ukoll li ma rriżultax lill-Invterviewing Board li l-applikanti li ġew short listed kellhom jew għandhom xi kunflitt ta’ nteress.
Jista’ l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar meta hu mistenni li jkun hemm intake ieħor ta' pulizija fil-Korp tal-Pulizija? Kemm hu mistenni li jiġu ngaġġati persuni f'dan l-intake?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir skont l-esiġenzi tal-Korp u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi skema ta' taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq? Jekk hemm, liema huma dawn l-iskemi u kemm hemm ħaddiema li qed jiġu mħarrġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.